Centaurea melitensis
| Centaurea melitensis | |
|---|---|
|
| |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Saltna | Plantae |
| Ordni | Asterales |
| Familja | Asteraceae |
| Tribù | Cynareae (mul) |
| Ġeneru | Centaurea (mul) |
| speċi | Centaurea melitensis Linnaeus, 1753
|
Iċ-Centaurea melitensis L. magħrufa bħala x-Xewk ta’ Malta bil-Malti u l-Maltese Star-Thistle, Maltese Knapweed, Maltese Centaury, Napa Star Thistle bil-lingwa Ingliża mitkellma Internazzjonalment, Tocalote fl-Amerika u Maltese Cockspur fl-Awstralja, hija pjanta indiġena għall-gżejjer Maltin mill-familja Asteraceae[1][2][3][4][5].
Deskrizzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Din il-pjanta hija annwali jew bijennali, Twarrad bi fjuri sofor bejn April u Mejju [1][6]. Il-Fjura hija ovali, bil- kalċi tal-fjura jkun aħdar bix-xewk u l-petali sofor [1][6][7][8]. Il-weraq huma ħodor fil-ġriż, muswafa, bil-weraq ta’ fuq tal-pjanta ikunu niggieża[4][7]. Tagħmel żerriegħa żgħira kannella b'xagħar niggieżi li tinxtered permezz tar-riħ, mal-ilma, l-annimali jew mill-bniedem. Iż-żerriegha tagħha rrapurtata li tibqa' bil-kapaċita' li tfellas sa bejn tlieta u għaxar snin li tibqa’ fil-ħamrija, sakemm il-kundizzjonijiet ambjentali jkunu tajbin għat-tfellis[8][9]. Iċ-Centaurea melitensis Giet irrapurtata bħala tossika għaż-żwiemel [10].
Nomenklatura
[immodifika | immodifika s-sors]L-isem tal-ispeċi Centaurea melitensis ġie ippubblikat għall-ewwel darba fit-tieni volum tal-ktieb Species Plantarum (1753) ta’ Carl Linnaeus (Carl von Linné) (1707-1778) [3][11][12][13]. L-isem Ġeneru Centaurea tirreferi għall-Kentaurion bil-Grieġ jew Centaureum bil-Latin, li tirreferi għaċ-centaur Chiron li kien magħruf għat-tagħrif tiegħu tad-duwa permezz tal-ħwawar [14]. Filwaqt li l-isem tal-ispeċi Melitensis, tfisser li toriġina jew hija relata ma' Malta jew il-Ġżejjer Maltin [1].
Distribuzzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Is-Centaurea melitensis hija meqjusa rari fil-Gżejjer Maltin u hija mniżżla fir-Red Data Book of the Maltese islands bħala speċi mheddha bl-estinzjoni fl-ambjent naturali tagħha[1][15]. Tikber f’postijiet miftuħa, niexfa, b’ħamrija iebsa u ġeblija kif ukoll fl-imħarbat[1]. Barra mill-Ġzejjer Maltin, tikber ukoll f’wesghat miftuħa tal-foresti u mal-ġnub tat-toroq [16]. Id-distribuzzjoni naturali ta’ din il-pjanta hija fir-reġjun tal-Mediterran u fin-Nofsinhar tal-Ewropa [3]. Għalkemm din il-pjanta ġiet introdotta f’ħafna pajjiżi oħra madwar id-dinja, fosthom fit-Tramuntana tal-Ewropa u fil-kontinenti tal-Amerika, fl-Afrika, fl-Awstralja u fil-Gżira ta’ Norfolk fl-Oċean Paċifiku[3][17][18][19]. Fejn saret invaziva [8][20][21][22]. Fl-Amerika ta’ fuq, din l-ispeċi giet irrapurtata li kienet introdotta b'mod aċċidentali bħala żerriegħa li kienet tinstab maz-żrieragħ tal-qamħ, ħafur u x-xgħir li inġabet għaż-żriegħ[7]. L-introduzzjoni tagħha ġiet stmatha għas-Seklu Tmintax[7]. Ghax fil-fatt, żerriegħa ta’ din l-ispeċi nstabet ukoll fit-torba ta’ binja li ġiet mibnija fil-1797 f’San Fernando, Kalifornia[7]. Illum il-ġurnata, iċ-Centaurea melitensis saret speċi invażiva f’dan il-kontinent, inkluż fl-Awstralja kif ukoll f'New Zealand, fejn kienet introdotta fl-1891 [23][24].
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- 1 2 3 4 5 6 Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Centaurea melitensis (Maltese Star-Thistle) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". www.maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-12.
- ↑ "Centaurea melitensis L." www.worldfloraonline.org (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-12.
- 1 2 3 4 "Centaurea melitensis L. | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-12.
- 1 2 "Centaurea melitensis". ucjeps.berkeley.edu. Miġbur 2025-11-12.
- ↑ Database of Vascular Plants of Canada (VASCAN), Canadensys (2025). "Centaurea melitensis". data.canadensys.net (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-12.
- 1 2 "USDA Plants Database". plants.sc.egov.usda.gov. Miġbur 2025-11-12.
- 1 2 3 4 5 "IPCW Plant Report – California Invasive Plant Council" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-12.
- 1 2 3 "Centaurea melitensis Profile – California Invasive Plant Council" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-12.
- ↑ Western Australian Herbarium, Biodiversity and Conservation Science. "Florabase—the Western Australian flora". florabase.dbca.wa.gov.au (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-12.
- ↑ "Malta starthistle | AZ Invasive Plants". azinvasiveplants.arizona.edu (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-12.
- ↑ "Centaurea melitensis | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2025-11-16.
- ↑ "Species Plantarum | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2025-11-16.
- ↑ Linné, Carl von; Linné, Carl von; Salvius, Lars (1753). Caroli Linnaei ... Species plantarum :exhibentes plantas rite cognitas, ad genera relatas, cum differentiis specificis, nominibus trivialibus, synonymis selectis, locis natalibus, secundum systema sexuale digestas... vol. 2. Holmiae: Impensis Laurentii Salvii.
- ↑ "Centaurea melitensis". New Zealand Plant Conservation Network (bl-Ingliż). Miġbur 2025-11-16.
- ↑ Schembri, P. J., & Sultana, J. (1989). Red Data Book of the Maltese Islands. Malta: Department of Information
- ↑ "Centaurea melitensis - Calflora". www.calflora.org. Miġbur 2025-12-10.
- ↑ "Centaurea melitensis | Euro+Med-Plantbase". europlusmed.org. Miġbur 2025-12-10.
- ↑ "Search | Atlas of Living Australia". bie.ala.org.au. Miġbur 2025-12-10.
- ↑ "Flora of Zimbabwe: Species information: Centaurea melitensis". www.zimbabweflora.co.zw. Miġbur 2025-12-10.
- ↑ Moroney, Jolene R.; Rundel, Philip W.; Sork, Victoria L. (2013). "Phenotypic plasticity and differentiation in fitness-related traits in invasive populations of the Mediterranean forb Centaurea melitensis (Asteraceae)". American Journal of Botany (bl-Ingliż). 100 (10): 2040–2051.
- ↑ Moroney, Jolene R.; Rundel, Philip W. (2013-03-01). "Abundance and dispersion of the invasive Mediterranean annual, Centaurea melitensis in its native and non-native ranges". Biological Invasions (bl-Ingliż). 15 (3): 495–507.
- ↑ Humphries, T.; Weller, S. L.; Mahony, A.; Javaid, M. M.; Turville, C. (2024). "Seed ecology of the arid zone invasive thistle; Centaurea melitensis L.: A study of the effects of seasonal temperature, pH, salinity and moisture stress". Weed Research (bl-Ingliż). 64 (6): 445–455.
- ↑ Western Australian Herbarium, Biodiversity and Conservation Science. "Florabase—the Western Australian flora". florabase.dbca.wa.gov.au (bl-Ingliż). Miġbur 2025-12-10.
- ↑ "Centaurea melitensis". New Zealand Plant Conservation Network (bl-Ingliż). Miġbur 2025-12-10.