Catherine Middleton

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn in-navigazzjoni Aqbeż lejn it-tfittxija
Catherine Middleton
The Duke and Duchess Cambridge at Commonwealth Big Lunch on 22 March 2018 - 120 (cropped).jpg
Ħajja
Isem propju Catherine Elizabeth Middleton
Twelid Royal Berkshire Hospital (en) Translate, 9 Jannar 1982 (40 snin)
Nazzjonalità Renju Unit
Residenza Kensington Palace (en) Translate
Anmer Hall (en) Translate
Anglesey (en) Translate
Grupp etniku L-Ingliżi
L-ewwel lingwa Ingliż Brittaniku
Familja
Missier Michael Middleton
Omm Carole Middleton
Konjuga/i Prince William, Duke of Cambridge (en) Translate  (29 April 2011 -
Ulied
Aħwa
Familja
uri
Tribù House of Windsor (en) Translate
Family of Catherine, Duchess of Cambridge (en) Translate
Edukazzjoni
Alma mater British Institute of Florence (en) Translate
University of St Andrews (en) Translate 2005) Masters tal-Arti : history of art (en) Translate
Marlborough College (en) Translate
Downe House (en) Translate
St Andrew's School, Pangbourne (en) Translate
(1986 -
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni negozjant
persuna prominenti
filantropu
Għoli 175 cm
Post tax-xogħol Kensington Palace (en) Translate
Premjijiet
Strument/i tal-mużika pjanu

Catherine, Dukessa ta' Cambridge (imwielda bħala Catherine Elizabeth "Kate" Middleton; twieldet fid-9 ta' Jannar 1982) hija l-mara tal-Prinċep William ta' Wales. Irċiviet it-titlu ta' Dukessa ta' Cambridge, Kontessa ta' Strathearn u Barunessa ta' Carrickfergus mir-Reġina Eliżabetta II f'jum it-tieġ tad-29 ta' April 2011.

Bijografija[immodifika | immodifika s-sors]

Tfulija u żgħożija[immodifika | immodifika s-sors]

Catherine Elizabeth Middleton twieldet fl-Isptar Rjali ta' Berkshire ġewwa Reading, fir-Renju Unit, nhar id-9 ta' Jannar 1982. Hi hi l-ikbar fost tliet aħwa imwielda lil Carole Elizabeth (née Goldsmith) u ta' Michael Francis Middleton,[1] eks-impjegati tal-British Airways, li żżewġu fil-21 ta' Ġunju 1980 fil-Knisja Parrokkjali ta' Dorney, f'Buckinghamshire. Iż-żewġ aħwa ta' Catherine huma, oħtha Philippa Charlotte, magħrufa wkoll bħala "Pippa" (t. 1983), u ħuha James William (t. 1987).[1]

Il-familja paterna ta' Catherine ġejja minn Leeds, West Yorkshire, u l-bużnanna tagħha Olivia kienet membru tal-familja Lupton, li għal ġenerazzjonijiet kienu attivi fix-xogħol kummerċjali u muniċipali.[2] Il-familja min-naħa ta' ommha, il-Harrisons, kienu familja ta' ħaddiema u ta' minaturi minn Sunderland u mill-Kontea ta' Durham.[3]

Catherine iffrekwentat l-iskola St. Andrew's School f'Pangbourne, ġewwa Berkshire. Kompliet l-istudji tagħha ġewwa l-Marlborough College,[4] fejn aktar tard attendiet l-Universià ta' Saint Andrews ġewwa Fife, l-Iskozja, fejn hemmhekk iltaqgħet ma' William, sieħeb tagħha fil-kors.

Relazzjoni mal-Prinċep William[immodifika | immodifika s-sors]

Catherine mal-Prinċep Harry, Ġunju 2008

L-istat tagħha bħala l-għarusa tal-prinċep William ta' Wales ġab interess qawwi min-naħa tal-istampa Brittanika u dik internazzjonali, u spiss kienet tkun fotografata waqt l-ħajja ta' kuljum tagħha. Fis-17 ta' Ottubru 2005, l-avukati tagħha urew l-iskumdità li Catherine kienet qed tħoss minħabba l-fastidju kontinwu mill-medja, fejn stqarret li m'għamlet xejn importanti li kien jisħoqilha din in-notorjetà kollha.[5] Fi Frar tal-2006 ġie imħabbar li Kate kienet se tingħata gwardja tas-sigurtà mid-Dipartment tal-Protezzjoni Rjali u Diplomatiku. Dan wassal għal aktar xniegħat li hi u William kienu se jitgħarsu, minħabba li kieku ma kinitx tingħata dan is-servizz.

F'Jannar tal-2007 l-attenzjoni tal-medja reġgħet daret fuq Catherine, fl-okkażjoni ta' għeluq il-ħamsa u għoxrin sena tagħha, li wassal għal twissijiet kemm min-naħa tal-Prinċep Karlu kemm tal-istess William u tal-avukati tal-familja Middleton. Ir-riżultat kien li News International, li tippubblika l-gazzetti The Times u The Sun, u l-Guardian Media Group, proprjetarja tal-gazzetta The Guardian, iddeċidew li jieqfu milli jippubblikaw ritratti tal-paparazzi.[6]

Nhar il-15 ta' Diċembru 2006, Kate ħademt sehem f'parata li fiha ħa sehem il-Prinċep William, organizzata mill-Akkademja Militari Rjali ta' Sandhurst, bħala mistiedna uffiċjali tad-Dar Rjali. F'Diċembru tal-2007 ħarġu rapporti li Catherine marret toqgħod ma' William fi Clarence House, ir-residenza tal-Prinċep ta' Wales ġewwa Londra,[7] spekulazzjonijiet li ġewwa miċħuda minn Clarence House.[8]

Fl-14 ta' April 2007, waqt btala fil-villeġġjatura Żvizzera ta' Zermatt, ir-relazzjoni bejn Kate u William intemmet.[9] L-ebda motiv uffiċjali ma ngħata wara din l-aħbar, għalkemm ġie ipotizzat li l-kawża setgħet kienet minħabba n-nuqqas ta' attenzjoni min-naħa tal-Prinċep, jew li kienu għadhom wisq żgħar biex jidħlu għaż-żwieġ. F'Ġunju tal-istess sena, Kate u William insistew fuq il-fatt li baqgħu biss "ħbieb kbar".[10] Madanakollu, il-familja Middleton ħadu sehem fil-kunċert għal Lady Diana ġewwa Wembley Stadium, imma Kate u William qagħdu bilqiegħda 'l bogħod minn xulxin.[11]

Sussegwentament, il-koppja dehret ħafna drabi flimkien f'diversi okkażjonijiet pubbliċi, u numru ta' sorsi tal-aħbarijiet ikkonfermaw li kienu rrikonċiljaw.[12] Fis-17 ta' Mejju 2008, Kate ħadet sehem fl-assenza tas-sieħeb tagħha fit-tieġ ta' Peter Philipps – it-tifel tal-Prinċipessa Anna u l-kuġin tal-Prinċep William – ma' Autumn Kelly. F'Ġunju tal-istess sena Kate assistiet mal-familja rjali kollha għall-investitura ta' William fl-Ordni tat-Takkalja u f'Lulju ġiet mistiedna fit-tieġ ta' Lady Rose Windsor, it-tifla tad-Duka ta' Gloucester – u kuġin tar-Reġina Eliżabetta – ma' George Gilman.

Għerusija u ż-żwieġ[immodifika | immodifika s-sors]

Il-miżżewwġin friski l-Prinċep William u Catherine Middleton fuq il-gallerija tal-Palazz ta' Buckingham

Fis-16 ta' Novembru 2010, Clarence House ħabbret l-għerusija uffiċjali tal-Prinċep William ma' Catherine Middleton.[13] Il-proposta għaż-żwieġ kienet diġà waslet min-naħa ta' William f'Ottubru tal-2010, waqt vjaġġ tal-koppja fil-Kenja. Bħala ċurkett, Kate irċiviet il-ġojjell li l-Prinċep Karlu kien ta lil Lady Diana fl-istess okkażjoni: ċurkett abjad deheb ta' tmintax-il karat b'żaffir ovali ta' tnax-il karat imdawwar minn erbatax-il djamant.[14]

Minn komunikat uffiċjali mid-Dar Rjali fit-23 ta' Novembru 2010, id-data tat-tieġ ġiet iffissata għad-29 ta' April 2011 – festa ta' Santa Katerina ta' Siena, liema Kate ħadet isimha – u l-ġurnata ġiet proklamata bħala festa nazzjonali.[15] Iċ-ċerimonja żvolġiet f'Westminster Abbey. Bħala miżżewwġa ta' prinċep rjali u duka, Kate ingħatat it-titlu ta' dukessa flimkien ma' dak ta' altezza rjali. Fil-fatt, mid-29 ta' April hi saret Catherine dukessa ta' Cambridge.

Għar-rit tat-tieġ, barra l-preżenza tar-Reġina Eliżabetta II, il-Prinċep t'Edinburgh, il-Prinċep Karlu u l-Prinċep Harry, kien hemm mijiet ta' personalitajiet u dinjitarji li jappartjenu għax-xena politika, tan-nobbli u tal-ispettaklu Ingliż u dak internazzjonali. Barra minn hekk, kien stmat li dan l-avveniment segwewh bejn 300 miljun u żewġ biljun persuna, waqt li 24.5 miljun ruħ mir-Renju Unit raw it-tieġ dirett.[16]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ a b "Ancestry of Kate Middleton". wargs.com (bl-Ingliż). Miġbur 2011-04-29.
  2. ^ "The Leeds connection..." (bl-Ingliż). Yorkshire Evening Post. 2006-09-11. Miġbur 2011-04-29.
  3. ^ Wilson, Christopher (2006-12-22). "Kate, the coal miner's girl" (bl-Ingliż). Daily Mail. Miġbur 2011-04-29.
  4. ^ "World press gather outside Middleton family home in Bucklebury as royal relationship ends" (bl-Ingliż). Newbury Today. 2007-01-14. Miġbur 2011-04-29.
  5. ^ "Ex-royal aide condemns paparazzi" (bl-Ingliż). BBC News. 2010-11-16. Miġbur 2011-04-29.
  6. ^ Rubin, Courtney; Nudd, Tim (2007-01-16). "Kate Middleton Seeks Privacy from Paparazzi" (bl-Ingliż). People. Miġbur 2011-04-29.
  7. ^ Larcombe, Duncan (2007-03-10). "Wills is cooped up with his bird" (bl-Ingliż). The Sun. Miġbur 2011-04-29.
  8. ^ Alderson, Andrew (2007-12-31). "Rings for Prince William and Kate Middleton?" (bl-Ingliż). Daily Telegraph. Miġbur 2011-04-29.
  9. ^ Larcombe, Duncan (2007-04-14). "Wills and Kate split" (bl-Ingliż). The Sun. Miġbur 2011-04-29.
  10. ^ Larcombe, Duncan (2007-06-29). "Wills and Kate are 'just friends'" (bl-Ingliż). The Sun. Miġbur 2011-04-29.
  11. ^ "It's a hard life Kate!" (bl-Ingliż). Daily Mail. 2007-07-04. Miġbur 2011-04-29.
  12. ^ "'Paparazzi chase' concerns prince" (bl-Ingliż). BBC News. 2007-10-05. Miġbur 2011-04-29.
  13. ^ "Press Release: His Royal Highness Prince William of Wales and Miss Catherine Middleton are engaged to be married" (bl-Ingliż). The Prince of Wales. 2010-11-16. Miġbur 2011-04-29.
  14. ^ Wilkes, David; Schlesinger, Fay (2010-11-17). "A ring fit for his mother... and his love: Prince William's sapphire and diamond engagement ring for Kate" (bl-Ingliż). The Daily Mail. Miġbur 2011-04-29.
  15. ^ "Royal wedding date set for 29 April" (bl-Ingliż). The Guardian. 2010-11-23. Miġbur 2011-04-29.
  16. ^ "2 billion tune in to Royal Wedding". news.com.au (bl-Ingliż). 2011-05-01. Miġbur 2011-05-01.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]