Aqbeż għall-kontentut

Catarina Vitale

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Catarina Vitale

Lua error in mw.lua at line 656: invalid value (nil) at index 1 in table for 'concat'.
Ħajja
Twelid Greċja, 1566
Nazzjonalità Greċja
L-ewwel lingwa Grieg modern
Mewt Siracusa, 1619
Edukazzjoni
Lingwi Grieg modern
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni spiżjar
kimiku
Impjegaturi Nuns of the Order of St. John of Jerusalem (en) Ittraduċi

Katarina Vitale (twieldet fl-1566 – mietet fl-1619), jew Katerina Vitale inkella Catarina Vitale jew Caterina Vitale, kienet l-ewwel spiżjara f'Malta, u l-ewwel spiżjara tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann.[1]

Ħajja privata u professjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

Katarina Vitale kienet oriġinarjament mill-Greċja.[2] Hija żżewġet lil Ettore Vitale, spiżjar tal-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann, meta kienet adolexxenti.[1][3] Meta r-raġel tagħha miet fl-1590, hi wirtet l-ispiżerija tiegħu kif ukoll il-kompitu li tissodisfa l-ħtiġijiet tal-ispiżeriji tal-Furmarija, jew kif inhi magħrufa aħjar, is-Sacra Infermeria. Katarina Vitale ġiet deskritta bħala negozjant ta' suċċess, saret sinjura ħafna, u hija magħrufa bħala benefattur tal-Karmelitani.[1]

Peress li kienet twettaq professjoni li ma kinitx waħda komuni fost in-nisa ta' dak iż-żmien, kienet persuna kontroversjali u kienet fil-mira ta' għadd ta' leġġendi, qlajjiet u xnigħat, tant li kien jingħad li kienet prostituta, ġellieda, u sadista li kienet tittortura l-iskjavi.[3]

Katarina Vitale mietet fl-1619 f'Siracusa u l-katavru tagħha ndifen fil-Knisja Karmelitana fil-Belt Valletta.[4] Malli wieħed jidħol fil-Knisja Karmelitana, fuq ix-xellug u fuq il-lemin hemm il-lapida tagħha kif ukoll il-lapida ta' Caterina Scappi, il-fundatriċi tal-ewwel sptar għan-nisa f'Malta.[5]

  1. 1 2 3 "'Sex In the City' tour: The knights and their ladies of the night - The Malta Independent". www.independent.com.mt. Miġbur 2021-05-01.
  2. ↑ Hoe, Susanna (2016). "Valletta". Malta: Women, History, Books and Places (bl-Ingliż). Oxford: Women's History Press. pp. 368–369. ISBN 9780957215351.
  3. 1 2 "Meet the authors of the secret 'histories' toasting Giovanni Bonello in Merlin's festschrift". MaltaToday.com.mt (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-01.
  4. ↑ Cassar Pullicino, Joseph (Ottubru–Diċembru 1949). "The Order of St. John in Maltese folk-memory" (PDF). Scientia (bl-Ingliż). 15 (4): 151. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-2016-04-17.
  5. ↑ "Caterina Scappi and her revolutionary hospital for women who were incurable". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2021-05-01.