Bolla telegrafika

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Jump to navigation Jump to search
Bolla telegrafika tar-Renju Unit użata f'Leith fl-1877.
Bolla telegrafikaa maħruġa minn Bonelli's Electric Telegraph Company Limited fl-1862

Bolla telegrafika hija tip ta' bolla li tintuża biex tħallas miżati tat-telegrafi. Illum l-użu tagħhom kważi ntemm għal kollox.[1]

Użu[immodifika | immodifika s-sors]

F'ħafna pajjiżi, l-ispiża biex tibgħat telegramma kienet titħallas minn bolol postali. Dawn spiss jistgħu jiġu identifikati mit-timbru telegrafiku distintiv jew inkella mit-toqob ippanċjati. F'xi pajjiżi, bolol speċjali telegrafiċi kienu użati. Kumpaniji privati ukoll ​​ħarġu bolol telegrafiċi fil-pajjiżi fejn in-netwerk telegrafu kien privat.

Bolla telegrafika militari tar-Renju Unit tal-1900.

Bolol militari kienu bolol telegrafiċi maħruġa speċjalment għall-użu mill-forzi armati ta' xi pajjiż. Dawn kienu maħruġa mir-Renju Unit, kif ukoll mill-Kap tat-Tama t-Tajba, il-Kolonja tax-Xmara Orange u s-Sudan.

Nuqqas ta' użu[immodifika | immodifika s-sors]

Il-telegrafu kien sostitwit mill-fax, email, u messaġġi mit-telefon ċellulari, u llum bolol telegrafiċi għadhom jintużaw biss fil-Ħonduras fl-Amerika Ċentrali.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ Barefoot, John. Telegraph Stamps of the World. L-1 edizzjoni, 2013, pp. 3. ISBN 090684570X