Bidnija
| Bidnija | |
|---|---|
|
| |
|
| |
| Amministrazzjoni | |
| Stat sovran | Malta |
| Reġjuni ta’ Malta | Tramuntana |
| Belt | Mosta |
| Ġeografija | |
| Koordinati | 35°55′37″N 14°23′54″E / 35.9269°N 14.3983°EKoordinati: 35°55′37″N 14°23′54″E / 35.9269°N 14.3983°E |
| Superfiċjenti | 6.4 kilometru kwadru |
| Demografija | |
| Informazzjoni oħra | |
| Kodiċi tat-telefon |
356 |
Il-Bidnija hija lokalità rurali fit-tramuntana ta' Malta, bejn il-Mosta, San Pawl il-Baħar u l-Imġarr. Sal-2008 kienu jgħixu madwar 300 ruħ fiż-żona. Il-lokalità tinsab bejn żewġ widien ewlenin, Wied Qannotta u Wied tal-Pwales), imbagħad testendi għall-widien żgħar oħra fiż-żona. Huwa fil-biċċa l-kbira raħal rurali mdawwar b'għelieqi, għalkemm matul is-snin xi nies minn inħawi oħra ġew jgħixu f'din iż-żona, ħafna drabi għall-kwiet u l-veduti tal-kampanja li toffri.
Fil-preżent, Bidnija hija amministrata mill-kunsilli lokali tal-Mosta u ta’ San Pawl il-Baħar. Fiha xi faċilitajiet għall-irkib taż-żwiemel, klabb tal-isparar tal-ħamiem tat-tafal, u ristorant tal-kċina Maltija li jispeċjalizza fl-istuffat tradizzjonali tal-fenek. Il-knisja żgħira ta’ Bidnija hija ddedikata lill-Familja Mqaddsa u l-festa tagħha tiġi ċċelebrata f’Lulju.
Storja
[immodifika | immodifika s-sors]Bidnija tinsab fit-tramuntana ta' Malta. Bidnija ħadet isimha mill-bosk taż-żebbuġ ta' Bidni li jinsab f'dan ir-raħal u li jista' jmur lura għal 5,000 sena. Il-Bosk taż-Żebbuġ Antik f'Bidnija jgawdi minn status ta' żona Protetta. [1] Dawn iż-żebbuġ huma importanti għall-produttività taż-żejt taż-żebbuġa. L-arkeologi u r-riċerkaturi jemmnu wkoll li xi fdalijiet Rumani (pereżempju vilel Rumani u oqbra) jistgħu jinstabu fil-qrib, peress li Bidnija tagħmel parti mill-inħawi rurali ta' Rabat li serviet bħala Belt f'dawk iż-żminijiet, u wkoll mhix 'il bogħod mill-kosta ta' Salina, li xi darba kienet port Ruman.
Matul is-snin, il-bdiewa tal-lokalità bnew ir-razzetti tagħhom stess fl-inħawi u llum il-ġurnata ħafna mid-dixxendenti tagħhom għadhom jgħixu fir-raħal. Lejn il-bidu tas-seklu 20, kienu jgħixu madwar 25 familja fl-inħawi. Dawn urew ix-xewqa tagħhom li jibnu knisja biex taqdi l-bżonnijiet spiritwali tagħhom, u x-xogħlijiet fuq il-bini tal-knisja bdew fl-1920.
Fil-bidu tas-seklu 20, inbnew numru ta’ kmamar żgħar madwar it-truf tal-għolja. Dawn servew biex is-suldati Brittaniċi joqogħdu hemm jgħassu l-gżira Maltija matul it-Tieni Gwerra Dinjija meta Malta kienet kolonja Brittanika. Numru ta’ xelters tal-gwerra huma mifruxa wkoll madwar il-lokalità. Dawn ix-xelters servew bħala kenn għall-bdiewa u l-abitanti tar-raħal matul il-gwerra.
Fis-16 ta' Ottubru 2017, il-kittieba, ġurnalista, blogger, u attivista kontra l-korruzzjoni Daphne Caruana Galizia nqatlet qrib darha fil-Bidnija meta bomba f'karozza ġiet sploduta ġewwa l-vettura tagħha.[2] Kien hemm kundanna lokali u internazzjonali mifruxa tal-attakk.[3] F'Diċembru 2017, tliet irġiel ġew arrestati b'konnessjoni mal-attakk.[4] Il-pulizija arrestat lil Yorgen Fenech, is-sid tal-kumpanija 17 Black ibbażata fid-Dubai, fuq il-jott tiegħu fl-20 ta' Novembru 2019 b'konnessjoni mal-qtil tagħha.[5]
Knisja tal-Bidnija
[immodifika | immodifika s-sors]Fis-snin għoxrin, knisja ddisinjata mill-bennej Salvu Zahra nbniet fl-inħawi mill-abitanti nfushom biex taqdi l-bżonnijiet spiritwali tagħhom. Il-knisja nbniet f'sentejn, u kull familja f'Bidnija kienet iddeċidiet li tagħti xi ħaġa biex tgħammar il-knisja. Din il-knisja hija ddedikata lill-Familja Mqaddsa ta' Nazaret. Pittura titulari, flimkien ma' żewġ xogħlijiet oħra f'din il-knisja, ġew miżbugħin minn Gianni Vella.[6]
L-istatwa titulari tal-Familja Mqaddsa nħadmet minn Wistin Camilleri u ġiet imbierka f'Lulju 1977 mill-Arċipriet ta' dak iż-żmien tal-Mosta, il-Monsinjur Bartolomeo Bezzina, u saret purċissjoni għall-ewwel darba. L-istatwa ġiet ikkummissjonata u mħallsa minn Angelo Galea (tat-Tork) bħala ex-voto. Il-festa bil-purċissjoni fit-toroq tal-Bidnija tiġi ċċelebrata min-nies ta' dan ir-raħal fit-tielet Ħadd ta' Lulju, ftit qabel il-festa tal-Mosta. L-ewwel festa ġiet iċċelebrata fl-1977.[ċitazzjoni meħtieġa]
Toroq
[immodifika | immodifika s-sors]- Triq il-Bidnija (triq prinċipali)
- Triq is-Sagra Familja
- Triq tal-Milord
- Triq il-Bdiewa
- Triq iż-Żebbuġ
- Triq il-Ħarruba
- Triq il-Ġirna
- Triq Għajn Riħana
- Triq tal-Karri
- Triq tal-Għażżi
- Triq ta' Ħal Dragu
- Triq ta' Ġebel Għażżara
- Sqaq ta' San Pawl Milqi
Widien
[immodifika | immodifika s-sors]- Wied Ċelestina
- Wied l-Imselliet
- Wied l-Arkata
- Wied Qannotta
- Wied tal-Pwales
- Wied tal-Ħżejjen
Żoni
[immodifika | immodifika s-sors]- Busewdien
- Għajn Astas
- Ħal Dragu
- Ħanxara
- Ħotba ta' San Martin
- Il-Folju
- Il-Palma
- Il-Qolla
- L-Arġentier
- L-Imbordin
- Ras il-Wied
- San Martin
- Is-Simar
- Ta' Garrum
- Ta' Rkuplu
- Tal-Fjuri
- Tal-Ħireb
- Wardija
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Malta - Antique Olive Grove at Bidnija" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2007-11-07. Miġbur 2008-03-22.
- ↑ "Murder in Paradise: A Car Bomb Kills A Crusading Journalist". The Economist (bl-Ingliż). 2017-10-21. p. 52.
- ↑ "Top UK newspapers slam 'mafia state' Malta over Caruana Galizia murder". The Times of Malta (bl-Ingliż). 2017-10-18. Arkivjat mill-orġinal fl-2017-10-18. Miġbur 2017-10-21.
- ↑ Jon Stone (2017-12-06). "Daphne Caruana Galizia murder: Three charged over killing of Maltese journalist who exposed Panama Papers corruption". The Independent (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-2017-12-06. Miġbur 2017-12-07.
- ↑ "Malta businessman held on yacht in journalist murder probe". BBC (bl-Ingliż). 2019-11-20. Arkivjat mill-orġinal fl-2019-11-23. Miġbur 2019-11-26.
He was also identified by Malta's Financial Intelligence Analysis Unit (FIAU) as being the owner of a Dubai-registered company called 17 Black.
- ↑ Mangion, Francesco (1986). "Storja tal-Mosta bil-Knisja Tagħha (Malta 1986) - Żieda XI: Il-Bidnija w il-Limiti tal-Mosta Llum". The Mosta Archives (bil-Malti). Miġbur 2025-11-24.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Bidnija, limiti ta' San Pawl il-Baħar (arkivjata)