Aqbeż għall-kontentut

Betti Alver

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Betti Alver
Ħajja
Twelid Jõgeva, 23 Novembru 1906
Nazzjonalità Estonja
Unjoni Sovjetika
Mewt Tartu, 19 Ġunju 1989
Post tad-dfin ċimiterju ta' Raadi
Familja
Konjuga/i Heiti Talvik (mul) Translate  (1937 -
Mart Lepik (mul) Translate  (1956 -
Edukazzjoni
Alma mater Miina Härma Gymnasium (en) Translate
Università ta' Tartu
Lingwi Estonjan
Russu
Ġermaniż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni poeta
rumanzier
traduttur
kittieb
Premjijiet
Psewdonomu Betti Alver

Elisabet "Betti" Alver (twieldet fit-23 ta' Novembru [skont sorsi oħra twieldet fl-10 ta' Novembru] 1906 – mietet fid-19 ta' Ġunju 1989),[1] kienet mill-iżjed poeti notevoli tal-Estonja. Hija kienet fost l-ewwel ġenerazzjonijiet li ġew edukati fl-iskejjel ta' Estonja indipendenti. Hija attendiet l-iskola tal-grammatika f'Tartu.[2]

Betti Alver bdiet bħala kittieba tal-proża. Hija saret magħrufa bħala membru tal-Arbujad ("Dawk li Jbassru l-Futur"), grupp żgħir ta' poeti Estonjani influwenti, li kien jinkludi lil Bernard Kangro, Uku Masing, Kersti Merilaas, Mart Raud, August Sang, Heiti Talvik u Paul Viiding. Wara l-gwerra, ir-raġel tagħha Heiti Talvik inxteħet il-ħabs mis-Sovjetiċi u miet fis-Siberja.[3] Għal xi żewġ jew tliet deċennji baqgħet siekta bħala poeta bħala protesta kontra t-tmexxija Sovjetika, iżda reġgħet bdiet tkun attiva fis-snin 60 tas-seklu 20. F'dan it-tieni perjodu ta' attività tagħha, ta' min isemmi l-ġabra tal-1966 imsejħa Tähetund jew "Żmien l-Istilel". Hija kitbet xi rumanzi wkoll u għamlet xi xogħol ta' traduzzjoni.[4] Fil-mitt anniversarju ta' twelidha, ġie ddedikat mużew f'isimha f'Jõgeva.

  1. ^ Bédé, Jean Albert; Edgerton, William Benbow (1980). Columbia dictionary of modern European literature By Jean Albert Bédé, William Benbow Edgerton. Columbia University Press. ISBN 9780231037174.
  2. ^ "Estonian Literary Magazine | Soothsayer, Mother-of-Song, 'Divine Hooligan' - Betti Alver". web.archive.org. 2010-09-11. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-09-11. Miġbur 2025-03-22.
  3. ^ "Estonian Literature". estlit.ee (bl-Ingliż). Miġbur 2025-03-22.
  4. ^ Cummins, W.M.; Debeljak, A.; Haderlap, M.; Ihan, A.; Potokar, J.; Šalamun, T. (1993). Shifting Borders: East European Poetries of the Eighties. Foreign Policy; 9. Fairleigh Dickinson University Press. pp. 32–33. ISBN 978-0-8386-3497-4.