Aqbeż għall-kontentut

Batterija tat-Tarġa

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

 

Tarġa Battery; Bateria Tarġa; Batterija tat-Tarġa; battery in Malta; battery in Malta
Batterija tat-Tarġa 
battery in Malta
PostSan Pawl il-Baħar, Reġjun tat-Tramuntana, Malta
MapMudell:Coord/input/error2Koordinati: Mudell:Coord/input/error2
Biddel id-data tal-infobox fuq Wikidata

Il-Batterija tat-Tarġa hija batterija tal-artillerija fuq il-konfini bejn San Pawl il-Baħar u l-Mosta, Malta. Hija nbniet fl-1887 mill-Ingliżi bħala parti mill-Victoria Lines. Il-batterija issa tinsab f’idejn il-Kunsill Lokali tal-Mosta, li rrestawrat is-sit u llum il-ġurnata tintuża mill-assoċjazzjoni tal-iscouts tal-Mosta.

Id-daħla prinċipali tal-batterija

Il-Batterija ta' Tarġa nbniet fl-1887 bħala parti mill-Front tal-Majjistral (aktar tard imsemmi mill-ġdid bħala l- Victoria Lines), bejn il-Linji tad-Dwejra u l-Fortizza tal-Mosta. Il-batterija nbniet biex tipproteġi l-irdum baxx tal-linja difensiva f'Tarġa Gap, u kellha l-għan li tiddefendi ż-żona minn batteriji tal-għadu li setgħu jinbnew fuq l-Għolja tal-Bidnija.[1]

Il-batterija għandha forma pentagonali, u fiha kaponier, postijiet għall-kanuni b'każemata, irdum u foss. Inbena ridott tal-infanterija fuq wara tal-batterija. Saru xi tibdiliet fl-istruttura bejn is-snin 1890 u l-ewwel nofs tas-seklu 20.

Il-batterija f'April 2016

Fl-1888, meta kienet għadha qed tinbena, id-disinn tal-batterija kien ġie kkritikat minn numru ta' inġiniera Brittaniċi. Ittieħdet id-deċiżjoni li l-batterija titlesta xorta waħda, iżda qatt ma rċeviet l-armament maħsub tagħha ta' erba' kanuni RML ta' 64 libbra.

Apparti minn hemm, il-Victoria Lines kollha kellhom valur difensiv dubjuż, u s-sistema kollha ta' fortifikazzjonijiet (bl-eċċezzjoni tal-Fortizza ta' Madalena u l-Fortizza ta' Binġemma) ġiet dekummissjonata fl-1907.

Il-batterija ta’ qabel imbagħad intużat bħala magażin jew żona tal-ħażna, u ntużat għat-taħriġ u l-ħażna mid-Difiża Ċivili Ingliża eżatt wara t-Tieni Gwerra Dinjija.[2]

Illum il-ġurnata

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Ministeru tal-Artijiet għadda l-batterija lill-Kunsill Lokali tal-Mosta, li naddafha flimkien mal-Grupp tal-Iscouts tal-Mosta f'Mejju 2012.[3] Is-sit issa huwa l-kampeġġ u ċ-ċentru tal-attivitajiet tal-Grupp tal-Iscouts tal-Mosta.

Panorama tal-batterija
  1. "Fortifications". Mosta Local Council. Arkivjat minn l-oriġinal fl-11 June 2010.
  2. "Targa Battery Open Day". MilitaryArchitecture.com. 24 May 2012. Arkivjat minn l-oriġinal fl-3 April 2015. Miġbur 10 July 2015.
  3. "Targa Battery". Harsien Patrimonju Mosti. Miġbur 10 July 2015.
[immodifika | immodifika s-sors]

Mudell:Batteries in Malta