Bank Ċentrali ta' Malta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
539px-Logo Central Bank Malta.svg.png

Il-Bank Ċentrali ta' Malta ġie stabbilit fis-17 ta' April 1968. F'Mejju tal-2004, meta Malta ssieħbet fl-Unjoni Ewropea, dan sar parti integrali mill-Sistema Ewropea ta' Banek Ċentrali. Kien responsabbli għal, fost affarijiet oħra, il-ħruġ tal-karti tal-flus u l-muniti tal-lira Maltija, qabel Malta adottat l-ewro fl-2008 u l-Bank saru parti mill-Ewrosistema.