Bajja ta' Tallinn

Il-Bajja ta' Tallinn (bl-Estonjan: Tallinna laht) hija bajja fl-Estonja mal-kosta tan-Nofsinhar tal-Golf tal-Finlandja. Il-belt kapitali Estonjana, Tallinn, tinsab mal-kosta tan-Nofsinhar tal-bajja.[1]
Il-Bajja ta' Tallinn hija maqsuma f'diversi partijiet: il-Qala ta' Tallinn (bl-Estonijan: Tallinna reid), il-Bajja ta' Kopli, il-Bajja ta' Kakumäe u l-Bajja ta' Paljassaare. Il-gżejjer ta' Naissaar u ta' Aegna jmissu mal-bajja fit-Tramuntana, filwaqt li l-Peniżola ta' Viimsi tmiss magħha fil-Lvant.
L-ilmijiet tal-bajja huma baxxi iżda jsiru fondi malajr mhux bil-mod il-mod. Il-Bajja ta' Tallinn għandha xaqliba wieqfa, u b'hekk tippermetti li jkun hemm skambju tajjeb tal-ilma mal-ilmijiet tal-Golf tal-Finlandja.[2] Il-Bajja ta' Tallinn hija waħda mill-iżjed bajjiet fondi fl-Estonja, b'fond massimu ta' madwar 100 metru.[3]
Iċ-ċentru storiku tal-belt kapitali jinsab qrib il-Bajja mkennija ta' Tallinn, li hija port naturali u l-port prinċipali għall-passiġġeri. Il-Port ta' Paljassa u l-Port ta' Bekker qrib il-Bajja ta' Kopli jintużaw għat-traffiku tal-merkanzija. Mal-kosta hemm erba' bajjiet pubbliċi: Pirita, Stroomi, Kakumäe u Pikakari.

Fil-Gwerra bejn ir-Russja u l-Iżvezja (1788–1790), il-Qala ta' Tallinn saret is-sit ta' battalja navali, li fiha l-flotta navali Żvediża ġarrbet attakk li ma rnexxiex kontra l-pożizzjonijiet tad-difiża Russi.
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]- View at Tallinn city centre over the Tallinn Bay from Maarjamäe.
- Pirita Beach
- Coastline in Merivälja.
- Tallinn Passenger Port
- View from Paljassaare towards Pirita.
- Pikakari Beach in Paljassaare.
- Paljasaare
- Kopli Bay
- Stroomi Beach by the Kopli Bay in Pelguranna.
- View from Stroomi Beach to Väike-Õismäe.
- Boat harbour on the southern coast of Naissaar island.
- Tallinn Bay by Ivan Aivazovsky (1845).
- Tallinn Bay at winter
- Tallinn Bay in fog at sunset
- Foggy sunset at Tallinn Bay
- Tallinn Roadstead in 1816
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ↑ "Tallinna laht - Eesti Entsüklopeedia". entsyklopeedia.ee. Miġbur 2025-03-22.
- ↑ "Review of the state of the Tallinn Bay | Tallinn". www.tallinn.ee (bl-Estonjan). Miġbur 2025-03-22.
- ↑ Autorite kollektiiv. 1996. Mereleksikon. Eesti Entsüklopeediakirjastus. lk 419.