Aqbeż għall-kontentut

Arthur Schnitzler

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Arthur Schnitzler
Ħajja
Twelid Vjenna, 15 Mejju 1862
Nazzjonalità Imperu Awstrijak
Ċislejtanja
Awstrija
Mewt Vjenna, 21 Ottubru 1931
Post tad-dfin Old Jewish Cemetery (en) Translate
Kawża tal-mewt kawżi naturali (puplesija
emorraġija ċerebrali)
Familja
Missier Johann Schnitzler
Konjuga/i Olga Schnitzler (en) Translate  (26 Awwissu 1903 -  7 Lulju 1921)
Koppja/i Clara Katharina Pollaczek (en) Translate
Ulied
Aħwa
Familja
uri
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Vjenna : mediċina
Akademisches Gymnasium (mul) Translate
(1871 - 1871)
Livell tal-edukazzjoni Dottorat tal-Mediċina
Lingwi Ġermaniż
Għalliema Maximilian Lang (mul) Translate
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
drammaturgu
kittieb mediku
xeneġġatur
psikjatra
rumanzier
awtur televiżiv
xeneġġatur ċinematografiku
prożatur
tabib
poeta
Xogħlijiet importanti Dream Story (en) Translate
Merry-Go-Round (en) Translate
Fräulein Else (en) Translate
Lieutenant Gustl (en) Translate
Flirtation (en) Translate
Premjijiet

Arthur Schnitzler (pronunzja bil-Ġermaniż: [ˈʃnɪtslɐ]; twieled fil-15 ta' Mejju 1862 – miet fil-21 ta' Ottubru 1931) kien awtur u drammaturgu Awstrijakk. Huwa jitqies bħala wieħed mill-iżjed rappreżentanti sinifikanti tal-Moderniżmu ta' Vjenna. Ix-xogħlijiet ta' Schnitzler, li jinkludu drammi u narrattivi psikoloġiċi li analizzaw il-ħajja tal-borgeżija ta' Vjenna mal-bidla tas-sekli 19 u 20, jagħmluh kronista mirqum u konxju stilistikament tas-soċjetà ta' Vjenna għall-ħabta tal-bidu tas-seklu 20. It-trawwim Lhudi ta' Schnitzler u l-kontenut sesswali tax-xogħlijiet tiegħu wasslu biex jitqiesu kontroversjali jew ipprojbiti fi żmienu u lil hinn.

Arthur Schnitzler twieled f'Praterstrasse 16, Leopoldstadt, Vjenna, il-belt kapitali tal-Imperu Awtrijakk (mill-1867, parti mill-monarkija doppja tal-Awstrija u tal-Ungerija). Huwa kien l-iben ta' laringologu Ungeriż prominenti, Johann Schnitzler (1835–1893) u Luise Markbreiter (1838–1911), bint it-tabib minn Vjenna Philipp Markbreiter. Il-ġenituri tiegħu t-tnejn li huma kienu minn familji Lhud. Fl-1879 Schnitzler beda jistudja l-mediċina fl-Università ta' Vjenna u fl-1885 kiseb id-dottorat fil-mediċina. Huwa beda jaħdem fl-Isptar Ġenerali ta' Vjenna (bil-Ġermaniż: Allgemeines Krankenhaus der Stadt Wien), iżda fl-aħħar mill-aħħar abbanduna l-prattika tal-mediċina favur il-kitba.

Fis-26 ta' Awwissu 1903, Schnitzler iżżewweġ lil Olga Gussmann (1882–1970), attriċi u kantanta aspiranta ta' 21 sena minn familja Lhudija tal-klassi medja. Flimkien kellhom iben, Heinrich (1902–1982), li twieled fid-9 ta' Awwissu 1902. Fl-1909 kellhom bint, Lili, li għamlet suwiċidju fl-1928. Arthur u Olga sseparaw fl-1921. Schnitzler miet fil-21 ta' Ottubru 1931 fi Vjenna b'emorraġija ċerebrali. Fl-1938, wara l-Anschluss, ibnu Heinrich mar jgħix fl-Istati Uniti u ma reġax lura l-Awstrija qabel l-1959; hu missier il-mużiċista u l-membru tal-konservatorju Awstrijakk Michael Schnitzler, li twieled fl-1944 f'Berkeley, California, u li mar jgħix Vjenna mal-ġenituri tiegħu fl-1959.[1]

Xogħlijiet letterarji

[immodifika | immodifika s-sors]

Ix-xogħlijiet ta' Schnitzler spiss kienu kontroversjali, kemm fid-deskrizzjoni franka tas-sesswalità (f'ittra lil Schnitzler, Sigmund Freud qerr li "kellu l-impressjoni li inti tgħallimt bl-intuwizzjoni – għalkemm effettivament wara introspezzjoni sensittiva – dak kollu li jien kelli nikxef bix-xogħol iebes fuq persuni oħra") kif ukoll għall-pożizzjoni b'saħħitha tagħhom kontra l-antisemitiżmu, irrappreżentati b'xogħlijiet bħad-dramm tiegħu Il-Professur Bernhardi u r-rumanz tiegħu Der Weg ins Freie. Madankollu, għalkemm Schnitzler kien Lhudi, il-Professor Bernhardi u Fräulein Else huma fost il-ftit protagonisti identifikati b'mod ċar bħala Lhud fix-xogħol tiegħu.

Schnitzler ġie ttikkettat bħala pornografu wara li rrilaxxa d-dramm tiegħu Reigen, fejn 10 pari ta' karattri jintwerew qabel u wara l-att sesswali, u jibda u jispiċċa bi prostituta. L-għagħa li nqala' minħabba dan id-dramm spiss ġie deskritt b'termini antisemitiċi. Reigen ġie prodott bħala film bil-Franċiż fl-1950 mir-reġista mwieled Ġermaniż Max Ophüls bit-titlu La Ronde. Il-film kiseb suċċess konsiderevoli fid-dinja fejn jiġi mitkellem l-Ingliż, u b'hekk id-dramm ta' Schnitzler huwa magħruf iktar bit-titlu bil-Franċiż. Il-film ta' Richard Oswald The Merry-Go-Round (1920), il-film ta' Roger Vadim Circle of Love (1964) u l-film ta' Otto Schenk Der Reigen (1973) huma bbażati wkoll fuq id-dramm. Adattament iktar reċenti huwa l-film ta' Fernando Meirelles 360.

Fin-novella Fräulein Else (1924), Schnitzler jaf qed jirribatti kritika kontenzjuża tal-karattru Lhudi ta' Otto Weininger (1903) billi jippożizzjona s-sesswalità tal-protagonista żagħżugħa. Il-ġrajja fl-ewwel persuna hija narrattiva tal-kuxjenza ta' mara aristokratika żagħżugħa, u tiżvela dilemma morali li tintemm fi traġedja.

B'rispons għal intervistatur li staqsa lil Schnitzler x'kien jaħseb dwar il-kritika li x-xogħlijiet kollha tiegħu donnhom kienu jittrattaw l-istess suġġetti, huwa wieġeb, "Jien nikteb dwar l-imħabba u l-mewt. X'suġġetti oħra hemm?". Minkejja s-serjetà tal-iskop tiegħu, Schnitzler spiss jittratta l-farsa tal-kamra tas-sodda fid-drammi tiegħu. Il-Professur Bernhardi, dramm dwar tabib Lhudi li jkeċċi patri Kattoliku sabiex il-pazjent tiegħu ma tindunax li waslet fl-aħħar, huwa l-uniku xogħol drammatiku ewlieni tiegħu mingħajr tema sesswali.

Schnitzler kien membru tal-grupp avant-garde Vjenna Żagħżugħa (Jung-Wien), u kien jogħxa jaqleb bejn id-drawwiet formali u soċjali. Bin-novella tiegħu tal-1900 Il-Logutenent Gustl, huwa kien l-ewwel wieħed li kiteb fizzjoni Ġermaniża bin-narrazzjoni mqanqla mill-kuxjenza. Il-ġrajja hija ritratt deskrittiv mhux daqstant pożittiv tal-protagonist u tal-kodiċi ossessjonanti tal-unur formali tal-armata. Din l-opra swiet lil Schnitzler il-kummissjoni tiegħu bħala uffiċjal ta' riżerva fil-korp mediku.

Huwa speċjalizza f'xogħlijiet iktar qosra bħan-novelli u d-dramm b'att wieħed. Fl-istejjer qosra tiegħu bħal "L-Ingravata Ħadra" ("Die grüne Krawatte") huwa wera lilu nnifsu bħala wieħed mill-ewwel kittieba tal-mikrofizzjoni. Madankollu huwa kiteb ukoll żewġ rumanzi twal: Der Weg ins Freie dwar kompożitur żagħżugħ mhux motivat, u Therese li ma tantx kienet daqstant sodisfaċenti artistikament.

Minbarra d-drammi u l-fizzjoni tiegħu, Schnitzler żamm djarju b'mod metikoluż mill-età ta' 17-il sena sa jumejn qabel mewtu. Il-manuskritt, li fih madwar 8,000 paġna, huwa notevoli l-iktar għad-deskrizzjonijiet każwali tas-sesswalità ta' Schnitzler; spiss kellu relazzjonijiet ma' diversi nisa f'daqqa u għal perjodu ta' xi snin żamm rekord ta' kull orgażmu. Id-djarji ġew ippubblikati bejn l-1981 u s-sena 2000 f'10 volumi mill-Akkademja Awstrijakka tax-Xjenzi u ilhom disponibbli b'format diġitali mill-2019.

Il-ġabriet tal-ittri ta' Schnitzler ġew ippubblikati wkoll. Il-korrispondenzi ewlenin ma' Hugo von Hofmannsthal, Hermann Bahr, Sigmund Freud, Otto Brahm u Richard Beer-Hofmann ġew stampati, flimkien ma' żewġ volumi estensivi li jippreżentaw għażla rappreżentattiva tal-ittri tiegħu. Mill-2018, l-Akkademja Awstrijakka tax-Xjenzi ħejjiet edizzjoni għall-istudjużi tal-korrispondenzi ta' Schnitzler ma' kittieba oħra, li tinkludi iktar minn 50 skambju u iktar minn 4,000 ittra sa issa. Minħabba li l-ħajja ta' Schnitzler hija ddokumentata sew permezz ta' sorsi awtobijografiċi, hemm bażi tad-data li telenka iktar minn 47,000 soġġorn irreġistrat fi kważi 5,000 post li ġiet ippubblikata online fl-2025. Din titqies bħala l-iżjed rekord komprensiv aċċessibbli b'xejn fid-dinja tal-postijiet assoċjati ma' individwu storiku.[2]

Ix-xogħlijiet ta' Schnitzler kienu msejħa "ħmieġ Lhudi" minn Adolf Hitler u ġew ipprojbiti min-Nażisti fl-Awstrija u fil-Ġermanja. Fl-1933, meta Joseph Goebbels organizza l-ħruq tal-kotba f'Berlin u fi bliet oħra, ix-xogħlijiet ta' Schnitzler intefgħu fil-fjammi flimkien ma' xogħlijiet oħra ta' Lhud oħra, inkluż Einstein, Marx, Kafka, Freud u Stefan Zweig.

In-novella tiegħu Fräulein Else ġiet adattata diversi drabi, inkluż fil-film silenzjuż Ġermaniż Fräulein Else (1929), b'Elisabeth Bergner bħala protagonista, u l-film Arġentin tal-1946 The Naked Angel, b'Olga Zubarry bħala l-protagonista.

Fl-1973, ħames stejjer qosra ta' Schnitzler ġew adattati bħala s-sensiela televiżiva tal-BBC "Vienna 1900".[3]

Il-biċċa l-kbira tal-arkivju ta' Schnitzler, li jikkonsisti minn 40,000 paġna ta' dokumenti, ġie salvat min-Nażisti minn raġel Brittaniku, Eric A. Blackall. F'isem l-armla ta' Schnitzler, Olga (effettivament l-eks mara tiegħu), Blackall irranġa biex id-dokumenti jiġu ttrasportati b'mod sigriet lejn l-Università ta' Cambridge taħt siġill diplomatiku. Wara l-gwerra, dan ħoloq sitwazzjoni legali diffiċli, peress li l-eks mara ta' Schnitzler, Olga, ma kellhiex id-dritt legali li tagħti d-dokumenti b'donazzjoni. Fil-fatt, Schnitzler kien ħallihom lil ibnu, Heinrich, li ma kienx fi Vjenna dak iż-żmien. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija u wara, Heinrich Schnitzler ipprova jerġa' jikseb id-dokumenti iżda ma rnexxilux. Thomas Trenkler kiteb fil-gazzetta Kurier li l-akkwiżizzjoni tad-dokumenti mill-Brittaniċi ma kinitx leġittima u li d-dokumenti kellhom jingħataw lill-kumplament tal-familja ta' Schnitzler fl-2015. In-neputijiet ta' Schnitzler, Michael u Peter, ħabbru li tabilħaqq riedu li d-dokumenti jingħataw lilhom.[4]

Għażla ta' xogħlijiet

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Anatol (1893), sensiela ta' seba' atti rigward ġigolo tal-borgeżija u r-relazzjonijiet immaturi tiegħu;
  • Flirtation (Liebelei – 1895), magħruf ukoll bħala The Reckoning, li nqaleb f'film minn Max Ophüls fl-1933, u minn Pierre Gaspard-Huit fl-1958 (Christine), u li ġie adattat ukoll bħala Dalliance minn Tom Stoppard (1986) u Sweet Nothings minn David Harrower għal Young Vic fl-2010;
  • Fair Game (Freiwild – 1896);
  • Light-'O-Love (1896);
  • Reigen (1897), magħruf l-iktar bħala La Ronde u għadu jiġi ppreżentat spiss. Max Ophüls idderieġa l-ewwel adattament f'film tad-dramm fl-1950; Roger Vadim idderieġa t-tieni verżjoni fl-1964, u Otto Schenk idderieġa t-tielet verżjoni fl-1973. Fl-1998, ġie maħdum mill-ġdid mid-drammaturgu Brittaniku David Hare bħala The Blue Room. Ġie adattat ukoll mill-kompożitur teatrali Michael John LaChiusa f'musical ta' Off-Broadway imsejjaħ Hello Again fl-1994. Suzanne Bachner għamlet adattament modern imsejjaħ "Circle" dwar il-morali sesswali tas-seklu 21 fl-2002. Il-kompożitur Awstrijakk Bernhard Lang kiteb opra, Der Reigen, fl-2012; u ttellgħet għall-ewwel darba fl-2014 fil-Festival ta' Schwetzingen;
  • Die Gefährtin (1899);
  • Paracelsus  (1899);
  • The Green Cockatoo (Der grüne Kakadu – 1899). Fl-1954–1956, il-kompożitur Richard Mohaupt adatta d-dramm fl-opra b'att wieħed Der grüne Kakadu, li ttellgħet għall-ewwel darba fl-Opra Statali ta' Amburgu fis-16 ta' Settembru 1958;
  • The Lonely Way (Der einsame Weg – 1904);
  • Intermezzo (Zwischenspiel – 1904);
  • Der Ruf des Lebens  (1906);
  • Countess Mizzi or the Family Reunion  (Komtesse Mizzi oder Der Familientag – 1907);
  • Living Hours  (1911);
  • Young Medardus (Der junge Medardus – 1910);
  • The Vast Domain  (Das weite Land – 1911). Id-dramm ġie adattat bħala Undiscovered Country minn Tom Stoppard (1979). Saru tliet verżjonijiet ta' dan id-dramm f'films, l-ewwel minn Ernst Lothar fl-1960 b'Attila Hörbiger bħala Hofreiter, it-tieni minn Peter Beauvais fl-1970 b'O. W. Fischer, u t-tielet The Distant Land fl-1986 minn Luc Bondy, b'Michel Piccoli bħala protagonista;
  • Il-Professur Bernhardi (1912);
  • The Comedy of Seduction  (Komödie der Verführung – 1924);
  • Comedies of Words and Other Plays (1917).
  • The Road into the Open (Der Weg ins Freie – 1908);
  • Therese. Chronik eines Frauenlebens (1928).

Stejjer qosra u novelli

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Dying (Sterben – 1895);
  • None but the Brave  (Leutnant Gustl – 1900);
  • Berta Garlan  (1900);
  • Blind Geronimo and his Brother  (Der blinde Geronimo und sein Bruder – 1902);
  • The Prophecy (Die Weissagung – 1905);
  • Casanova's Homecoming  (Casanovas Heimfahrt – 1918);
  • Fräulein Else (1924);
  • Rhapsody – ippubblikata wkoll bħala Dream Story (Traumnovelle – 1925/26), u iktar 'il quddiem adattata bħala l-Eyes Wide Shut tar-reġista Amerikan Stanley Kubrick;
  • Night Games (Spiel im Morgengrauen – 1926);
  • Flight into Darkness ; (Flucht in die Finsternis – 1931);
  • The Death of a Bachelor  (Der Tod des Junggesellen – 1917);
  • Late Fame (2014, miktuba għall-ħabta tal-1894-1895), u iktar 'il quddiem adattata f'film bl-istess isem mir-reġista Amerikan Kent Jones.

Mhux fizzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]
  • My Youth in Vienna  (Jugend in Wien), awtobijografija ppubblikata wara mewtu fl-1968;
  • Diary, 1879–1931.
  • J. G. Huneker, Ivory, Apes, and Peacocks (New York, 1915).
  • Ludwig Lewisohn, The Modern Drama (New York, 1915).
  • Theodor Reik, Arthur Schnitzler als Psychologe (Minden, 1913).
  • H. B. Samuel, Modernities (Londra, 1913).
  • Wolpaw, Frances Rickel (1979). Studies in obsession Otto Weininger, Arthur Schnitzler, Heimito von Doderer (Thesis). New Haven: Yale University.
  1. Author. "Rainforest of the Austrians,Osa,Costa Rica: project director Michael Schnitzler". www.regenwald.at (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-02-20. Miġbur 2026-05-15.
  2. Barker, Andrew (2001). "Race, Sex and Character in Schnitzler's Fräulein Else." German Life and Letters. v. 54(1):1–9.
  3. Nicholas., Parsons (2009). Vienna : a cultural history. Oxford: Oxford University Press. ISBN 978-0-19-537606-7. OCLC 221155367.
  4. ttrenkler (2015-01-18). "Fall Schnitzler: "Aufgewühlte" Nachfahren". kurier.at (bil-Ġermaniż). Miġbur 2026-05-15.