Aqbeż għall-kontentut

Anthony Sammut

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Anthony Sammut
Ħajja
Twelid 1921
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Malta
L-ewwel lingwa Malti
Ingliż
Mewt 1990
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni mużiċist
surmast tal-banda

Anthony Sammut (1921 - 1990) kien bandist u surmast Malti. Huwa serva bħala surmast tal-banda tas-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard għal 26 sena bejn l-1954 u l-1980.

Fl-1973 jew 1974, il-Kumitat tas-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard kien avviċina lis-saċerdot u poeta Dun Ġwann Debono. Huma talbuh biex jikteb il-lirika għal innu ġdid biex tiġi kkommemorata l-inkurunazzjoni tal-kwadru titulari tal-Assunta li jinstab fir-Rotunda tal-Mosta. Din il-lirika imbagħad għaddiet f'idejn il-Maestro Sammut, li kkompona l-mużika f'qasir żmien u beda l-provi mal-Banda u mal-Kor Santa Ċeċilja. L-innu ndaqq għall-ewwel darba nhar it-8 ta' Awwissu 1975, jumejn qabel ma l-kwadru ġie inkurunat.[1]

Il-Maestro Sammut jibqa' magħruf l-liktar talli kkompona l-mużika għal dan l-Innu tal-Inkurunazzjoni. Fil-Każin tal-Banda tas-Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard insibu pittura u bust tas-surmast (maħdumin minn Raymond Pitrè u Salvu Deguara rispettivament).[1]

Triq residenzjali ġdida fil-Mosta ssemmiet warajh fl-2025, bħala parti mill-kommemorazzjoni ta' ħamsin sena mill-inkurunazzjoni.[2]

  1. 1 2 "L-innu marċ 'Lill-Assunta Inkurunata' (1975) u s-surmast Mro Anthony Sammut". Soċjetà Filarmonika Nicolò Isouard Mosta (bil-Malti). 2021-02-04. Miġbur 2025-11-27.
  2. "Minuti - Laqgħa tal-Kunsill Lokali Mosta - Disa' Leġislatura - Laqgħa Numru 10" (PDF). Kunsill Lokali Mosta (bil-Malti). 2025-01-21. Miġbur 2025-11-25.