Annetto Depasquale

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Annetto Depasquale
isqof titulari

16 Novembru 1998 -
Dioceses: Aradi
isqof awżiljarju

16 Novembru 1998 -
Dioceses: Arċidjoċesi ta' Malta
Ħajja
Twelid Ħal Qormi, 28 Ġunju 1938
Nazzjonalità Kolonja ta' Malta
Stat ta' Malta
Malta
Mewt Ħal Qormi, 29 Novembru 2011
Post tad-dfin Ċimiterju tal-Addolorata
Kawża tal-mewt  (mard)
Edukazzjoni
Lingwi Malti
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni għalliem fl-università
saċerdot Kattoliku
Isqof Kattoliku

Mons. Annetto Depasquale (Ħal Qormi, 28 ta' Ġunju 1938Ħal Qormi, 29 ta' Novembru 2011) kien Isqof Awżiljarju tal-Arċidjoċesi ta' Malta mill-1999 sakemm miet.

Studju[immodifika | immodifika s-sors]

Huwa rċieva l-edukazzjoni primarja tiegħu fl-iskola tas-Sorijiet ta' San Ġużepp fil-Belt Valletta u l-edukazzjoni sekondarja fil-Liċeo. Kompla l-istudji tiegħu fl-Università ta' Malta u fl-Università Pontifiċja tal-Lateran, fejn studja l-Liġi Kanonika u t-Teoloġija Pastorali.

Karigi fil-Knisja[immodifika | immodifika s-sors]

Ġie ordnat saċerdot fis-7 ta' April 1962 u ta s-servizz tiegħu fi ħdan il-Kummissjoni Djar tal-Knisja għat-tfal, fil-Pastoral Research Services tal-Arċidjoċesi, kif ukoll fil-parroċċa ta' San Ġorġ, Ħal Qormi, u fil-Parroċċa Nazzjonali għal Kattoliċi ta' Lingwa Ingliża. Fis-6 ta' Awwissu 1977 inħatar Kanċillier tal-Kurja u fl-14 ta' April 1986, Segretarju Pastorali. Fid-9 ta' Jannar 1989 inħatar Vigarju Ġenerali u fis-16 ta' Novembru 1998, il-Papa nnominah bħal Isqof Titulari ta' Aradi u Isqof Awżiljarju ta' Malta. Ġie ordnat Isqof fit-2 ta' Jannar 1999. Għallem il-Liġi Kanonika fil-Fakultajiet tat-Teoloġija u tal-Liġi fl-Università ta' Malta.

Mard u Mewt[immodifika | immodifika s-sors]

Depasquale miet fid-dar tiegħu fid-29 ta' Novembru 2011 fl-3.45 p.m. f'Ħal Qormi u jidher li hu miet għar għarrieda minħabba li l-jum ta' qabel filgħodu kien qed jagħmel xi xogħol fil-Kurja tal-Arċisqof fil-Furjana. Malli tħabbret l-aħbar tal-mewt kemm il-Prim Ministru kif ukoll il-Kap tal-Oppo­żizzjoni esprimew in-niket tagħhom fejn waqt li Lawrence Gonzi iddeskrivih bħala "persuna li f'kull pożizzjoni kien dejjem qiesha bħala opportunità oħra li jkun viċin in-nies biex jagħtihom servizz", Joseph Muscat fissru bħala bniedem li fi ħdan il-Knisja wettaq "ħidma li kienet dejjem maħsuba biex twettaq ġid komuni fost il-komunità".

Fl-omelija fil-quddiesa tal-funeral ikkonċeleb­rata jumejn wara mewtu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann l-Arċisqof Pawl Cremona stqarr: “Forsi taħsbu li l-mewt ħasditu. Imma fl-aħħar ħames snin kien jitkellem dwar il-mewt b’sens ta’ paċi. Ħass li kienet fil-qrib imma kien lest għaliha”. Huwa qal li Monsinjur Depasquale qatt ma rribella jew staqsa imma aċċetta b’kalma t-tbatija tal-mard anke jekk l-istess marda żammitu milli jaqdi kif xtaq lill-Knisja li tant kien iħobb. L-Arċisqof ta’ Malta semma wkoll li jekk kien hemm xi ħaġa li laqtitu f’Monsinjur Depasquale din kienet il-fedeltà li kellu kemm lejn Alla kif ukoll lejh bħala l-Mexxej tal-Knisja Maltija.

Minbarra t-tmien ħutu, għall-funeral attendew fost oħrajn il-President George Abela, il-Prim Ministru Lawrence Gonzi, il-Kap tal-Oppożizzjoni Joseph Muscat, deputati parlamentari, membri tal-ġudikatura u għadd kbir ta’ saċerdoti u membri tal-kleru fosthom l-Isqof t’Għawdex Mario Grech, in-Nunzju Appostoliku Tommaso Caputo u l-Arċisqof Emeritus Ġużeppi Mercieca.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]