Aqbeż għall-kontentut

Anna Kyriakou

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Anna Kyriakou
Ħajja
Twelid Ateni, 17 Jannar 1929
Nazzjonalità Greċja
Grupp etniku Greeks (en) Ittraduċi
Mewt Ateni, 13 Ottubru 2025
Kawża tal-mewt kawżi naturali
Familja
Konjuga/i Margaritis Apostolidis (en) Ittraduċi  16 Jannar 2005)
Edukazzjoni
Alma mater Skola Nazzjonali tat-Teatru tal-Greċja
Skola ta' Charles Dullin
(1954 - 1956)
Lingwi Grieg modern
Għalliema Jean Vilar (mul) Ittraduċi
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni attur
attur televiżiv
attur tal-palk
attur ċinematografiku
kittieb
awtobijografu
Impjegaturi Finos Film (en) Ittraduċi
Xogħlijiet importanti Zorba the Greek (en) Ittraduċi
Oi Treis Harites (en) Ittraduċi
Konstantinou kai Elenis (en) Ittraduċi
Epta thanasimes petheres (en) Ittraduċi
Sħubija Hellenic Actors Union (en) Ittraduċi
Moviment artistiku kummiedja

Anna Kyriakou (bil-Grieg: Άννα Κυριακού; twieldet fis-17 ta' Jannar 1929 – mietet fit-13 ta' Ottrubru 2025) kienet attriċi Griega, magħrufa għar-rwol tagħha ta' Psyche fil-film tal-1964 Zorba the Greek.[1]

Ħajja bikrija u karriera

[immodifika | immodifika s-sors]

Kyriakou twieldet f'Ateni fis-17 ta' Jannar 1929. Hija studjat fl-Iskola tat-Teatru Nazzjonali ta' Drama, kif ukoll fl-Iskola ta' Charles Dullin f'Pariġi, Franza, b'Jean Vilar bħala l-għalliem tagħha.[2] Hija dehret għall-ewwel darba fl-ispettakli teatrali meta kienet għadha adolexxenti fit-Teatru REX mal-kumpanija ta' Marika Kotopouli fl-ispettaklu teatrali ta' Carmen u kkollaborat ma' Manolidou-Pappa, Vassilis Logothetidis, Katerina, Manos Katrakis, eċċ.[3]

Fl-1953 hija kkollaborat mal-kumpanija ta' Dimitris Myrat. Meta reġgħet lura minn Pariġi, hija kkollaborat f'rwoli ewlenin mal-kumpaniji ta' Iliopoulos, Fotopoulos u Alexandrakis.[4] Fl-1959 hija kienet il-protagonista fit-Teatru ta' Piraeus ta' Dimitris Rodiris fl-ispettakli teatrali The Mistress of the Inn, The Marriage of Figaro u Electra u kellha kollaborazzjoni ta' iktar minn 20 sena mat-Teatru Nazzjonali, li bdiet b'suċċess kbir bħala Calliope f'Temptation ta' Gregorios Xenopoulos. Hija kienet notevoli wkoll fiċ-ċinema f'films bħal The Drunkard (1950), Liar Wanted (1961), Bridegroom Urgently Wanted (1971), Safe Sex (1999), Crying... Silicon Tears (2001), Blackmail Boy (2003), eċċ.[5]

Hija ħadet sehem f'bosta sensiliet televiżivi, fosthom Him and Him, Our Neighbor u Jugerman fis-snin 70 tas-seklu 20, u The Three Graces fejn ħadmet il-parti leġġendarja taz-zija Bebeka. Hija dehret ukoll bħala mistiedna f'Constantine’s and Helens, fejn ħadmet ir-rwol taz-zija Maro, kif ukoll f'Seven Deadly Mothers-in-Law, fejn ħadmet ir-rwol tal-kunjata kattiva. Ir-repertorju teatrali tagħha fuq ir-radju huwa partikolarment rikk, pereżempju fi spettakli bħal The Theater on the Radio.[6]

Ħajja personali u mewt

[immodifika | immodifika s-sors]

Kyriakou kienet miżżewġa ma' Margaritis Apostolidis sa mewtu fl-2005 u flimkien kellhom iben.[7][8]

Kyriakou mietet fit-13 ta' Ottubru 2025, tal-età ta' 96 sena.[9]

Dawn li ġejjin huma xi films li fiha ħadmet Kyriakou:

  • Do You Love Me? (2006);
  • Epta thanasimes petheres (2006);
  • Silence (2004);
  • Blackmail Boy (2003);
  • Crying... Silicon Tears (2001);[10]
  • Athens Blues (2001);
  • Sti skia tou polemou (1999);
  • Safe Sex (1999);[11]
  • Konstantinou kai Elenis (1998);
  • O Ious Tou Patera (1996);
  • Oi treis Harites (1990);
  • Zorba the Greek (1964);[12]
  • Liar Wanted (1962).[13]
  1. Nash, Jay Robert; Ross, Stanley Ralph (1985). The Motion Picture Guide. Cinebooks. ISBN 978-0-933997-09-7.
  2. Valoukos, Stathēs (1998). Philmographia tou Hellēnikou kinēmatographou: 1914-1998 (bil-Grieg). Aigokerōs. ISBN 978-960-322-107-4.
  3. Rouvas, Angelos (2005). Ελληνικος κινηματογραφος: 1971-2005 (bil-Grieg). Ελληνικα Γραμματα. ISBN 978-960-406-778-7.
  4. Βουγιουκα, Μαρω (2006). Κουκακι, Φιλοπαππου, Γαργαρεττα (bil-Grieg). Εκδοσεις Φιλιπποτη.
  5. Δελβερούδη, Ελίζα-Άννα (2004). Οι Νέοι στις κωμωδίες του Ελληνικού Κινηματογράφου: (1948-1974) (bil-Grieg). Κέντρο Νεοελληνικών Ερευνών Ε.Ι.Ε. ISBN 978-960-7138-32-3.
  6. Ioannides, Christos P. (1997). Greeks in English-speaking Countries: Culture, Identity, Politics. Aristide D. Caratzas. ISBN 978-0-89241-568-7.
  7. A Dictionary of Architecture and Landscape Architecture. ISBN 978-0-19-860678-9.
  8. Group), Radiotileoptiki S. A. (OPEN Digital (1980-01-01). "Άννα Κυριακού: «Κάθε μέρα που περνάει η ζωή μου είναι εφιαλτική»". ΕΘΝΟΣ (bil-Grieg). Miġbur 2026-04-09.
  9. Newsroom (2025-10-13). "Πέθανε η πολύ γνωστή ηθοποιός Άννα Κυριακού από τις «Τρεις Χάριτες» - Dnews". www.dnews.gr (bil-Grieg). Miġbur 2026-04-09.
  10. Karalis, Vrasidas (2 February 2012). History of Greek Cinema. A&C Black. ISBN 978-1-4411-9447-3.
  11. "Safe sex (1999) ‒ Greek-Movies". greek-movies.com. Miġbur 2026-04-09.
  12. Kazantzakis, Nikos (23 December 2014). Zorba the Greek. Simon and Schuster. ISBN 978-1-4767-8281-2.
  13. Γιαννακοπούλου, Ντόρα (6 July 2015). Μια ζωή σαν πρόβα (bil-Grieg). Εκδόσεις Καστανιώτη. ISBN 978-960-03-5929-9.