Aqbeż għall-kontentut

Albert Cassola

Dan l-artiklu ġie ppubblikat l-ewwel fil-Wikipedija bil-Malti
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Albert Cassola
Ħajja
Twelid Valletta, 2 Mejju 1915
Nazzjonalità Malta
L-ewwel lingwa Malti (mul) Translate
Mewt 23 Ġunju 1974
Kawża tal-mewt kawżi naturali (infart tal-mijokardju)
Familja
Ulied
Edukazzjoni
Lingwi Malti (mul) Translate
Taljan
Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni kittieb
drammaturgu
edukatur
editur
kittieb tal-kotba tat-tfal
Premjijiet
Psewdonomu C. Mertolsu Carlo Tasso

Albert M. Cassola (twieled it-2 ta' Mejju 1915 – miet fit-23 ta' Ġunju 1974) kien awtur u drammaturgu ewlieni Malti. Huwa kien miżżewweġ lil Ethel Marks u binhom hu Arnold Cassola.[1]

Imwieled il-Belt Valletta, Cassola beda jikteb id-drammi ta' erbatax-il sena u sal-1956 kien diġà kiteb numru ta' drammi bil-Malti, bit-Taljan u bl-Ingliż.[2] Cassola attenda l-Iskola Sekondarja ta' San Ġużepp (bl-Ingliż: St. Joseph High School) fil-Belt Valletta, il-Liċeo kif ukoll għadd ta' universitajiet barranin.[1]

Fl-1953 huwa ġie elett bħala sieħeb fl-Istitut tal-Lingwistika ta' Londra. Huwa rebaħ diversi premjijiet letterarji, fosthom il-Premio Colosseo fl-1966 u il-Premio degli Immortali d'Italia fl-1969 għall-proża Taljana. Fl-1951 ġie mogħti il-Premju Inez Soler għall-aħjar dramm oriġinali bil-Malti mill-Malta Drama League. Fl-1977 huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti, wara mewtu, għall-ktieb It-Tfajla bil-Fjur fuq Sidirha.[1]

Huwa miet fit-23 ta' Ġunju 1974.

Fl-2014, fl-okkażjoni tal-erbgħin anniversarju minn mewtu, ibnu Arnold Cassola għamel donazzjonijiet tal-kitbiet ta' missieru lil-Librerija tal-Università ta' Malta. Din l-għotja kienet tikkonsisti f'kitbiet mill-pinna tiegħu ppubblikati f'diversi rivisti fl-Ewropa, kif ukoll gazzetti mill-1929 'il quddiem. Inkluż ma' din id-donazzjoni kien hemm ukoll bust ta' Albert M. Cassola, xogħol il-Kavallier Emmanuel Borg Gauci.[3]

  1. 1 2 3 Schiavone, Michael J. (2009). Dictionary of Maltese Biographies : Vol. 1 : A-F (bl-Ingliż). Malta: Publikazzjonijiet Indipendenza. p. 544. ISBN 9789993291329.
  2. C.A.P.A. (1956). "Profile of a playwright : Albert M. Cassola". The Critic : a Monthly Review of Stage, Screen & Studio (bl-Ingliż). Malta: C.A.P.A.: 12–13.Manutenzjoni CS1: data u sena (link)
  3. Attard, Charmaine (2014-04-07). "Kitbiet u bust ta' missier Arnold Cassola jingħataw lill-Università". Newsbook Malta. Miġbur 2025-09-14.