Albert Borg
| Albert Borg | |
|---|---|
| Ħajja | |
| Twelid | 1950 (74/75 sena) |
| Nazzjonalità | Malta |
| Okkupazzjoni | |
| Okkupazzjoni | lingwista |
| Impjegaturi | Università ta' Malta |
| Premjijiet |
List
|
Albert J. Borg (imwieled 1950) huwa Lingwista u Professur Emeritus Malti magħruf għall-kontributi estensivi tiegħu fl-istudju xjentifiku u fl-iżvilupp tal-lingwistika Maltija.[1]
Karriera Akkademika u Kontributi
[immodifika | immodifika s-sors]Albert Borg iggradwa mill-Università ta' Malta (B.A. (Hons) Malti) fl-1972, u mill-Università ta' Ruma (D.Litt.) fl-1975, b'teżi li kienet tipproponi reviżjoni xjentifika tal-ortografija tal-Malti. Fl-1979, huwa kiseb id-Dottorat (Ph.D.) mill-Università ta' Edinburgh b'teżi dwar il-kategoriji tal-ħin (tense) u l-aspett fil-Malti.[1]
Borg kien minn ta' quddiem fit-twaqqif tal-Istitut tal-Lingwistika fl-Università ta' Malta, fejn serva bħala l-ewwel Direttur fl-1988.[1]
Huwa kien membru attiv tal-Bord tal-Malti li ħadem fuq il-liġi li stabbiliet il-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, fejn serva wkoll bħala membru għal bosta snin. Borg ippresieda wkoll l-Akkademja tal-Malti bejn l-2018 u l-2019.[1]
Premjijiet
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-1989 huwa gie fit-tieni post għal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb bix-xogħol tiegħu "Ilsienna: Studji Grammatikali". [2]
F'Novembru 2022, il-Professur Borg ingħata l-medalja tad-deheb "Ġieħ l-Akkademja tal-Malti" b'rikonoxximent tal-kontribut eċċezzjonali tiegħu fil-qasam tal-lingwa Maltija.[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ d "Prof. Albert Borg" (bl-Ingliż). Miġbur 2025-09-29.
- ^ Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (2023). "L-istorja tal-premju nazzjonali tal-ktieb". Miġbur 2025-09-29.
- ^ Malta, Times of (2022-11-15). "Professor Albert Borg receives president's award for work on Maltese language". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2025-09-29.