Aqbeż għall-kontentut

Adiantum capillus-veneris

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Adiantum capillus-veneris
Stat ta' konservazzjoni

Riskju minimu  (IUCN 3.1)
Klassifikazzjoni xjentifika
SaltnaPlantae
KlassiPolypodiopsida (mul) Polypodiopsida
OrdniPolypodiales (mul) Polypodiales
FamiljaPteridaceae (mul) Pteridaceae
ĠeneruAdiantum (mul) Adiantum
speċi Adiantum capillus-veneris
Linnaeus, 1753

L-Adiantum capillus-veneris magħrufa bħala Tursin il-Bir bil-Malti, [1][2] u Maidenhair Fern, Southern Maidenhair Fern, Black Maidenhair Fern u Venus Hair Fern bl-Inġliż, [1][2] hija speċi ta' felċi mill-ġeneru Adiantum u mill-familja Pteridaceae. [3][4][5] Għandha distribuzzjoni subkożmopolitana.[3][6] L-Adiantum capillus-veneris hija kkultivata kemm fil-ġonna kif ukoll bħala pjanta ta' ġewwa. [6]

Distribuzzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-Gżejjer Maltin, l-Adiantum capillus-veneris tikber fil-ħofor ta' blat tal-Franka u Ġebla tal-ġir, fejn jkun hemm sors tal-ilma.[1][2] kif ukoll fl-għerien, fil-bjar, f'postijiet dellin fil-widien u f'abitat magħmul mill-bniedem, fosthom fix-xquq tal-ħitan u tad-djar f'żoni urbani. [1][2][7]

Tinstab tikber fi klima Moderata sa klima Tropikali, fejn il-livell tal-umdu jkun għoli iżda mhux għoli żżejjed. F'ħamrija niedja u ramlija fil-foresti tropikali, makkja u foresti, muntanji, irdumijiet fid-desert u viċin sorsi ta' ilma tal-għajn fil-widien jew xmajjar.[1][2][6] Fejn tikber fil-ħofor tal-blat ta' rdum kenni u delli magħmul minn ġebla ramlija.[6]

Bħala distribuzzjoni globali tinstab fl-Ewropa sal-iskozja, fl-Afrika, fl-Lvant nofsani sal-Lvant tal-Asia.[1] Fl-Awstralasja, Kif ukoll fil-kontinent Amerikan minn Kalifornia sal-kosta tal-Atlantiku, l-Amerka Ċentrali u l-Amerka t'Isfel.[3][4][6] Bl-eċċezzjoni ta' postijiet fejn tikber lokalment għax hemm mikroklima ideali ta' sħana u umdita' għaliha.[6] Fosthom fil-presenza ta' għejun sħan bħall-Cascade Springs f'South Dakota u l-Fairmont Hot Springs f'British Columbia fl-Amerika ta' Fuq. [8][9] L-Adiantum capillus veneris hija indiġena kemm għaż-żona tal-Mediterran, kif ukoll għall-Gżejjer Maltin.[1][10] Għalkemm l-Adiantum capillus-veneris fl-aħħar snin bdiet tikber f'ambjenti magħmulin mill-bniedem.[1] [6] Minbarra dawk msemmija, kif ukoll f'siti artifiċjali oħra, fosthom siti aquatiċi artifiċjali.[6] L-introduzzjoni tagħha bħala pjanta tad-dar għenet sabiex titkabbar id-distribuzzjoni tagħha lil hinn mill-ambjent nattiv tagħha.[6]

Pjanta tal-Adiantum capillus-veneris tikber fix-xquq tal-rdum magħmul mill-ġebla tal-ġir ħdejn Ein Gedi fid- Deżert tal-Ġudea, fl-Iżrael

L-Adiantum capillus-veneris tikber bejn 10 u 60-il ċentimetru fit-tul.[1][4] Il-friegħi joħorġu fi gruppi minn riżomi li jikbru sa massimu ta' bejn 10 u 70-il ċentimetru.[4][11] Il-weraq huwa delikat ħafna, aħdar u maqtugħ f'ħafna weraq iżgħar ta' daqs ta' bejn 5 u 10-il millimetru.[1][2][4] Iz-zokk ta' kull fergħha, mmsejjaħ botanikamet ir-rachis, huwa iswed u rqiq.[1][2][4]

Kultivazzjoni u użu tradizzjonali

[immodifika | immodifika s-sors]

L-Adiantum capillus-veneris hija kkultivata u tinbiegħ madwar id-dinja għat-tħawwil fil-ġonna, kif ukoll bħala pjanta tad-dar.[12]

Din il-pjanta tintuża fil-mediċina tradizzjonali mill-populazzjonijiet Amerikani Indiġeni. [13] Il-popolazzjoni Mahuna jużaw il-pjanta għar-rewmatiżmu u l-populazzjoni Navajo ta’ Kayenta, Arizona jużaw té tal-pjanta kontra t-tingiż tal-ġilda minn naħal u miċ-ċentipedi.[13] Kif ukoll jpejjpuha jew jieħduha internament biex jikkuraw mard mentali.[13]

Fil-mediċina tradizzjonali tal-Iran, it-té magħmul mill-weraq tal-Adiantum capillus-veneris jintuża kontra is-Suffejra.[14] L-Adiantum capillus-veneris għandha firxa wiesgħa fl-użu mediċinali u tintuża sabiex tiġi kkurata s-sogħla, l-irjiħat, u biex tgħin fit-tħaddim tal-kliewi. [15][16]

  1. 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 11 Mifsud, Stephen (2002-08-23). "Adiantum capillus-veneris (Maidenhair Fern) : MaltaWildPlants.com - the online Flora of the Maltese Islands". maltawildplants.com (bl-Ingliż). Miġbur 2026-03-17.
  2. 1 2 3 4 5 6 7 Casha, Alex (2018). Flora of the Maltese Islands (bl-Ingliż). Alex Casha. ISBN 9780244605889.
  3. 1 2 3 "Adiantum capillus-veneris L. | Plants of the World Online | Kew Science". Plants of the World Online (bl-Ingliż). Miġbur 2026-03-17.
  4. 1 2 3 4 5 6 "Adiantum capillus-veneris L." worldfloraonline.org (bl-Ingliż). 2026-03-17. Miġbur 2026-03-17.
  5. "Adiantum capillus-veneris | International Plant Names Index". www.ipni.org. Miġbur 2026-03-17.
  6. 1 2 3 4 5 6 7 8 9 "Maidenhair Fern". iucnredlist.org (bl-Ingliż). Arkivjat mill-oriġinal fl-2025-10-06. Miġbur 2026-03-17.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  7. "PlantAtlas". plantatlas2020.org. Miġbur 2026-03-17.
  8. Canada, Environment and Climate Change (2013-05-17). "Southern maidenhair fern (Adiantum capillus-veneris): recovery strategy 2013". www.canada.ca. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2025-08-21. Miġbur 2026-03-17.
  9. Brunton, Daniel F. (1986). Status of the Southern Maidenhair Fern, Adiantum capillus-veneris (Adiantaceae), in Canada. The Canadian Field-Naturalist, 100(3), 404-408. doihttps://doi.org/10.5962/p.355668
  10. Sermolli, Rodolfo E. G. Pichi (1979). "A survey of the pteridological flora of the Mediterranean Region". Webbia (bl-Ingliż). 34 (1): 175–242.
  11. Proctor, George R. 1989. Ferns of Puerto Rico and the Virgin Islands. Mem. New York Botanical Garden, 53, 1-389.Retrieved from https://books.google.com.mt/books/about/Ferns_of_Puerto_Rico_and_the_Virgin_Isla.html?id=nUAlAQAAMAAJ&redir_esc=y
  12. Yumkham, S. D., Elangbam, M., Nongmaithem, R., Naorem, P. D., & Singh, P. K. (2018). Maiden hair ferns (Adiantum L., Pteridaceae–Vittarioideae) of North East India: diversity, phytochemistry and utilization. Genetic Resources and Crop Evolution, 65(4), 1269-1280.doi:https://doi.org/10.1007/s10722-018-0612-y
  13. 1 2 3 "BRIT - Native American Ethnobotany Database". naeb.brit.org. Miġbur 2026-03-17.
  14. Adiantum capillus-veneris Linn. Berlin/Heidelberg: Springer-Verlag. Miġbur 2026-03-17.
  15. Qadir, S. A., Awlqadr, F. H., Qadir, M. H., Qadir, A. M., Faraj, A. M., Salih, S. A., Saeed, M. N., Arab, K., & Hosseini, S. M. N. (2025). Adiantum capillus-veneris: A Comprehensive Review of Its Medicinal Properties, Bioactive Compounds, and Advanced Extraction Techniques. Food science & nutrition, 13(10), e71118. doi:https://doi.org/10.1002/fsn3.71118
  16. Ibraheim, Zedan Z.; Ahmed, Amany S.; Gouda, Yaser G. (2011-04-01). "Phytochemical and biological studies of Adiantum capillus-veneris L." Saudi Pharmaceutical Journal. 19 (2): 65–74.