8 ta' Diċembru

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

8 ta' Diċembru - F'dan il-Jum minn tal-bidu tax-xahar kiesaħ ta' Diċembru, l-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa tat-Tnissil bla Tebgħa tal-Verġni Mqaddsa Marija Immakulata. Din hija festa li hija bikrija tant li bdiet fin-naħiet tal-Lvant u li fi ftit żmien infirxet mad-Dinja. Kien hemm diversi dubji fir-rigward tat-Tnissil bla Tebgħa ta' Marija u kienu diversi persuni li ddefendew dan it-Twemmien. Fost dawn wiehed mill-Iktar bikrija kien hemm il-Beatu Giovanni Duns Skotu. Wara ħafna snin, kellu jkun il-Beatu Papa Piju IX li ddefinixxa d-Domma ta' l-Immakulata propju f'din il-ġurnata tas-sena 1854, permezz tal-Bolla "Ineffabilis Deus".

Din il-festa kompliet tikber u tiġġedded minn sena ghall-ohra fil-knisja nisranija.