3 ta' Jannar
Dehra
| ◄ | Jannar | ► | ||||
| Ħad | Tne | Tli | Erb | Ħam | Ġim | Sib |
| 28 | 29 | 30 | 31 | 1 | 2 | 3 |
| 4 | 5 | 6 | 7 | 8 | 9 | 10 |
| 11 | 12 | 13 | 14 | 15 | 16 | 17 |
| 18 | 19 | 20 | 21 | 22 | 23 | 24 |
| 25 | 26 | 27 | 28 | 29 | 30 | 31 |
It-3 ta' Jannar huwa t-tielet jum tas-sena fil-kalendarju Gregorjan; ikun għad fadal 362 jum sa tmiem is-sena (363 jum fi snin biżestili).
Avvenimenti
[immodifika | immodifika s-sors]Qabel l-1600
[immodifika | immodifika s-sors]- 69 – Il-leġjuni Rumani fuq ir-Renu rrifjutaw li jiddikjaraw il-lealtà tagħhom lejn Galba, u minflok ipproklamaw il-legat tagħhom, Aulus Vitellius, bħala l-imperatur.
- 250 – L-Imperatur Deċju ordna lil kulħadd fl-Imperu Ruman (għajr il-Lhud) biex jagħmlu sagrifiċċji lill-allat Rumani.
- 1521 – Il-Papa Ljun X skomunika lil Martin Luteru fil-boll jew fis-siġill Papali Decet Romanum Pontificem.
1601–1900
[immodifika | immodifika s-sors]- 1653 – Permezz tal-Ġurament fuq is-Salib ta' Coonan, il-Knisja tal-Lvant fl-Indja nqatgħet mill-patroċinju Portugiż kolonjali.
- 1749 – Benning Wentworth ħareġ l-ewwel Għotjiet ta' New Hampshire, u dawn wasslu għall-istabbiliment ta' Vermont.
- 1749 – Ġiet ippubblikata l-ewwel ħarġa ta' Berlingske, l-eqdem gazzetta tad-Danimarka li ilha topera b'mod kontinwu.
- 1777 – Il-Gwerra Rivoluzzjonarja Amerlkana: il-qawwiet Amerikani taħt l-Ġeneral George Washington għelbu l-qawwiet Brittaniċi fil-Battalja ta' Princeton, u b'hekk qanqlu l-morali tal-patrijottiżmu.
- 1815 – L-Awstrija, ir-Renju Unit u Franza fformaw alleanza difensiva sigrieta kontra l-Prussja u r-Russja.
- 1833 – Il-Kaptan James Onslow, f'Clio, asserixxa mill-ġdid is-sovranità Brittanika fuq il-Gżejjer Falkland.
- 1848 – Joseph Jenkins Roberts ħa l-ġurament bħala l-ewwel President tal-Liberja.
- 1861 – Il-Gwerra Ċivili Amerikana: Delaware vvotat kontra s-seċessjoni mill-Istati Uniti.
- 1868 – Ir-Rivoluzzjoni tal-Meiji fil-Ġappun: ix-xogunat ta' Tokugawa ġie abolit; l-aġenti ta' Satsuma u ta' Chōshū ħatfu l-poter.
- 1870 – Beda x-xogħol tal-kostruzzjoni fuq il-Pont ta' Brooklyn fil-Belt ta' New York, l-Istati Uniti.
- 1871 – Fil-Battalja ta' Bapaume, parti mill-Gwerra bejn Franza u l-Prussja, il-qawwiet tal-Ġeneral Louis Faidherbe jwasslu biex il-Prussjani jirtiraw.
- 1885 – Il-Gwerra bejn iċ-Ċina u Franza: bdiet il-Battalja ta' Núi Bop.
1901–preżent
[immodifika | immodifika s-sors]- 1911 – Terremot ta' 7.7 fuq l-iskala Richter qered il-belt ta' Almaty fit-Turkestan Russu.
- 1911 – Żewġ persuni mietu wara ġlieda b'tiri ta' arma tan-nar fil-Lvant ta' Londra. Dan ħoloq għagħa politiku minħabba l-involviment tal-Ministru għall-Affarijiet Interni ta' dak iż-żmien Winston Churchill.
- 1913 – Maltempata li ħakmet il-kosta tal-Atlantiku rreġistrat l-iżjed qari baxx ikkonfermat ta' pressjoni barometrika (955.0 mb (28.20 inHg)) għal sistema mhux tropikali fl-Istati Uniti kontinentali.
- 1913 – L-Ewwel Gwerra tal-Balkani: il-Greċja temmet il-ħakma tal-gżira ta' Chios fil-Baħar Eġew, wara li l-aħħar qawwiet Ottomani fil-gżira arrendew.
- 1920 – Iktar minn 640 ruħ inqatlu wara li terremot ta' 6.4 fuq l-iskala Richter heżżeż l-istati Messikani ta' Puebla u Veracruz.
- 1933 – Minnie D. Craig saret l-ewwel mara eletta bħala l-iSpeaker tal-Kamra tar-Rappreżentanti ta' North Dakota, l-ewwel mara b'dik il-kariga fl-Istati Uniti inġenerali.
- 1944 – It-Tieni Gwerra Dinjija: il-bdot Amerikan, il-Maġġur Greg "Pappy" Boyington inqatel fl-inġenju tal-ajru tiegħu Vought F4U Corsair mill-Kaptan Masajiro Kawato fl-inġenju tal-ajru tiegħu Mitsubishi A6M ero.
- 1946 – Ir-rikkieb Kanadiż-Amerikan popolari taż-żwiemel George Woolf indarab u ġarrab konkussjoni waqt aċċident ikrah matul tiġrija; huwa miet l-għada. F'ġieħu nħoloq il-Premju annwali bħala Mafkar ta' George Woolf.
- 1947 – Il-proċeduri tal-Kungress Amerikan ixxandru fuq it-televiżjoni għall-ewwel darba.
- 1949 – Ġie stabbilit il-Bangko Sentral ng Pilipinas, il-bank ċentrali tal-Filippini.
- 1953 – Frances P. Bolton u binha, Oliver minn Ohio, saru l-ewwel omm u iben b'kariga simultanja fil-Kungress Amerikan.
- 1956 – Il-parti ta' fuq tat-Torri Eiffel inħakmet min-nirien.
- 1957 – Il-Hamilton Watch Company introduċiet l-ewwel arloġġ elettriku tal-idejn.
- 1958 – Ġiet iffurmata l-Federazzjoni tal-Indji tal-Punent.
- 1959 – L-Alaska ġiet ammessa bħala d-49 Stat tal-Istati Uniti.
- 1961 – Il-Gwerra Bierda: wara sensiela ta' ritaljazzjonijiet ekonomiċi kontra xulxin, l-Istati Uniti qatgħet ir-relazzjonijiet diplomatiċi ma' Kuba.
- 1961 – Ir-reattur nukleari SL-1, qrib il-Kaskati ta' Idaho, Idaho, inqered minn splużjoni tal-istim fl-uniku inċident ta' reattur fl-Istati Uniti li kkawża mwiet minnufih.
- 1961 – Protesta mill-ħaddiema agrikoli f'Baixa de Cassanje, l-Angola Portugiża, sarrfet f'rewwixta, li tat bidu għall-Gwerra tal-Indipendenza tal-Angola, l-ewwel waħda mill-Gwerer Kolonjali Portugiżi.
- 1961 – L-ajruplan tat-titjira 311 tal-Aero kkraxxja fil-foresta f'Kvevlax, il-Finlandja, u mietu 25 ruħ.
- 1962 – Il-Papa Ġwanni XXIII skomunika lil Fidel Castro.
- 1976 – Daħal fis-seħħ il-Patt Internazzjonali dwar id-Drittijiet Ekonomiċi, Soċjali u Kulturali, adottat mill-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti.
- 1977 – Ġiet inkorporata l-impriża Apple Computer.
- 1987 – L-ajruplan tat-titjira 797 tal-Varig ikkraxxja qrib Akouré fil-Kosta tal-Avorju u kkawża 50 mewta.
- 1990 – L-invażjoni tal-Panama mill-Istati Uniti: Manuel Noriega, l-eks mexxej tal-Panama, arrenda quddiem il-qawwiet Amerikani.
- 1992 – L-ajruplan tat-titjira 4821 tal-CommutAir ikkraxxja malli qorob lejn l-Ajruport Reġjonali ta' Adirondack, fil-Lag ta' Saranac, il-Belt ta' New York, u mietu żewġ persuni.
- 1993 – F'Moska, ir-Russja, George H. W. Bush u Boris Yeltsin iffirmaw it-tieni Trattat Strateġiku dwar it-Tnaqqis tal-Armi (START).
- 1994 – L-ajruplan tat-titjira 130 tal-Baikal Airlines ikkraxxja qrib Mamoney, Irkutsk, ir-Russja, u mietu 125 ruħ.
- 1999 – In-NASA llanċjat il-Mars Polar Lander.
- 2002 – Il-kunflitt bejn Iżrael u l-Palestina: il-qawwiet ta' Iżrael ħatfu l-bastiment tal-merkanzija Palestinjan Karine A fil-Baħar l-Aħmar, u sabu 50 tunnellata ta' armi.
- 2004 – L-ajruplan tat-titjira 604 tal-Flash Airlines ikkraxxja fil-Baħar l-Aħmar, u mietu 148 ruħ; dan kien wieħed mill-iżjed aċċidenti tal-avjazzjoni fl-istorja Eġizzjana li wassal għal imwiet.
- 2009 – Ġiet stabbilita l-ewwel blokka tal-blockchain tas-sistema deċentralizzata tal-pagamenti Bitcoin, imsejħa l-blokka ta' Genesis, mill-ħallieq tas-sistema, Satoshi Nakamoto.
- 2015 – Il-militanti ta' Boko Haram qerdu r-raħal kollu ta' Baga fil-Grigal tan-Niġerja, u bdew il-massakru ta' Baga u qatlu sa 2,000 ruħ.
- 2016 – B'rispons għall-ġustizzjar ta' Nimr al-Nimr, l-Iran temm ir-relazzjonijiet diplomatiċi mal-Arabja Sawdija.
- 2018 – Għall-ewwel darba fl-istorja, id-digi kollha ewlenin fin-Netherlands ingħalqu f'daqqa minħabba maltempata bix-xita.
- 2019 – Iċ-Chang'e 4 għamlet l-ewwel inżul ikkontrollat fin-naħa mbiegħda tal-Qamar, u ġiet skjerata l-vettura lunari Yutu-2.
- 2020 – Il-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani nqatel minn attakk bl-ajru Amerikan qrib l-Ajruport Internazzjonali ta' Bagdad, u dan wassal għal tħassib globali minħabba l-kunflitt armat potenzjali.
- 2023 – Il-Park tal-Għasafar ta' Jurong f'Singapore għalaq b'mod permanenti.
- 2024 – Mill-inqas 91 ruħ inqatlu f'bumbardamenti f'Kerman, l-Iran, waqt ċerimonja ta' kommemorazzjoni tal-assassinju tal-Ġeneral Iranjan Qasem Soleimani 4 snin qabel.
- 2026 – L-Istati Uniti wettqu attakki mill-ajru fit-Tramuntana tal-Venezwela, inkluż il-belt kapitali ta' Caracas, u ħatfu l-President tal-Venezuela Nicolás Maduro u l-mara tiegħu Cilia Flores.
Twelid
[immodifika | immodifika s-sors]Qabel l-1600
[immodifika | immodifika s-sors]1601–1900
[immodifika | immodifika s-sors]- 1611 – James Harrington, teoriku politiku Ingliż (miet fl-1677).
- 1698 – Pietro Metastasio, poeta u awtur tal-kanzunetti Taljan (miet fl-1782).
- 1710 – Richard Gridley, suldat u inġinier Amerikan (miet fl-1796).
- 1722 – Fredrik Hasselqvist, bijologu u esploratur Żvediż (miet fl-1752).
- 1731 – Angelo Emo, ammirall u statista Venezjan (miet fl-1792).
- 1760 – Veerapandiya Kattabomman, mexxej Indjan (miet fl-1799).
- 1775 – Francis Caulfeild, it-tieni Konti ta' Charlemont (miet fl-1863).
- 1778 – Antoni Melchior Fijałkowski, arċisqof Pollakk (miet fl-1861).
- 1793 – Lucretia Mott, attivista Amerikana (mietet fl-1880).
- 1802 – Charles Pelham Villiers, avukat u politiku Ingliż (miet fl-1898).
- 1803 – Douglas William Jerrold, ġurnalist u xeneġġjatur Ingliż (miet fl-1857).
- 1806 – Henriette Sontag, soprana u attriċi Ġermaniża (miet fl-1854).
- 1810 – Antoine Thomson d'Abbadie, ġeografu, etnologu, lingwista u astronomu Franċiż (miet fl-1897).
- 1816 – Samuel C. Pomeroy, negozjant u politiku Amerikan (miet fl-1891).
- 1819 – Charles Piazzi Smyth, astronomu u akkademiku Taljan-Skoċċiż (miet fl-1900).
- 1831 – Savitribai Phule, poeta, edukatur u attivista Indjan (miet fl-1897).
- 1836 – Sakamoto Ryōma, samuraj u mexxej ribelli Ġappuniż (miet fl-1867).
- 1840 – Fra Damien, patri u missjunarju Fjamming (miet fl-1889).
- 1847 – Ettore Marchiafava, tabib Taljan (miet fl-1935).
- 1853 – Sophie Elkan, kittieba Żvediża (miet fl-1921).
- 1855 – Hubert Bland, negozjant Ingliż (miet fl-1914).
- 1861 – Ernest Renshaw, plejer tat-tennis Ingliż (miet fl-1899).
- 1861 – William Renshaw, plejer tat-tennis Ingliż (miet fl-1904).
- 1862 – Matthew Nathan, suldat u politiku Ingliż, it-13-il Gvernatur ta' Queensland (miet fl-1939).
- 1865 – Henry Lytton, English actor (miet fl-1936).
- 1870 – Henry Handel Richardson, awtur Awstraljan-Ingliż (miet fl-1946).
- 1873 – Ichizō Kobayashi, negozjant u kollezzjonist tal-arti Ġappuniż, stabbilixxa l-Hankyu Hanshin Holdings (miet fl-1957).
- 1876 – Wilhelm Pieck, mastrudaxxa u politiku Ġermaniż, l-ewwel President tar-Repubblika Demokratika Ġermaniża (miet fl-1960).
- 1877 – Josephine Hull, attriċi Amerikana (mietet fl-1957).
- 1880 – Francis Browne, patri u fotografu Ġiżwita Irlandiż (miet fl-1960).
- 1883 – Clement Attlee, suldat, avukat u politiku Ingliż, Prim Ministru tar-Renju Unit (miet fl-1967).
- 1883 – Duncan Gillis, atleta tat-twaddib tad-diskus u tal-martell Kanadiż (miet fl-1963).
- 1884 – Raoul Koczalski, pjanist u kompożitur Pollakk (miet fl-1948).
- 1885 – Harry Elkins Widener, negozjant Amerikan (miet fl-1912).
- 1886 – John Gould Fletcher, poeta u awtur Amerikan (miet fl-1950).
- 1886 – Arthur Mailey, plejer tal-cricket Awstraljan (miet fl-1967).
- 1887 – August Macke, pittur Ġermaniż-Franċiż (miet fl-1914).
- 1892 – J.R.R. Tolkien, kittieb, poeta u filologu Ingliż (miet fl-1973).
- 1894 – ZaSu Pitts, attriċi Amerikana (miet fl-1963).
- 1897 – Eithne Coyle, rivoluzzjonarju repubblikan Irlandiż (miet fl-1985).
- 1897 – Marion Davies, attriċi u komiku Amerikan (miet fl-1961).
- 1898 – Carolyn Haywood, awtriċi u illustratriċi Amerikana (mietet fl-1990).
- 1900 – Donald J. Russell, negozjant Amerikan (miet fl-1985).
1901–preżent
[immodifika | immodifika s-sors]- 1901 – Ngô Đình Diệm, avukat u politiku Vjetnamiż, l-ewwel President tar-Repubblika tal-Vjetnam (miet fl-1963).
- 1905 – Dante Giacosa, inġinier Taljan (miet fl-1996).
- 1905 – Anna May Wong, attriċi Amerikana (mietet fl-1961).
- 1906 – Ulyana Barkova, ħaddiema agrikola Russa (mietet fl-1991).
- 1907 – Ray Milland, attur u reġista Welsh-Amerikan (miet fl-1986).
- 1909 – Victor Borge, pjanist u surmast Daniż-Amerikan (miet fl-2000).
- 1910 – Frenchy Bordagaray, plejer u kowċ tal-baseball Amerikan (miet fl-2000).
- 1910 – John Sturges, reġista u produttur Amerikan (miet fl-1992).
- 1912 – Federico Borrell García, suldat Spanjol (miet fl-1936).
- 1912 – Renaude Lapointe, ġurnalist u politiku Kanadiż (miet fl-2002).
- 1912 – Armand Lohikoski, attur, reġista u xeneġġjatur Amerikan-Finlandiż (miet fl-2005).
- 1915 – Jack Levine, pittur u suldat Amerikan (miet fl-2010).
- 1916 – Betty Furness, attriċi u ġurnalista televiżiva Amerikana (mietet fl-1994).
- 1916 – Fred Haas, plejer tal-golf Amerikan (miet fl-2004).
- 1917 – Albert Mol, awtur u attur Olandiż (miet fl-2004).
- 1917 – Roger Williams Straus, Jr., ġurnalist u pubblikatur Amerikan, kofundatur ta' Farrar, Straus u Giroux (miet fl-2004).
- 1919 – Herbie Nichols, pjanist u kompożitur Amerikan (miet fl-1963).
- 1920 – Siegfried Buback, avukat u politiku Ġermaniż, Avukat Ġenerali tal-Ġermanja (miet fl-1977).
- 1921 – Isabella Bashmakova, storika Russa tal-matematika (mietet fl-2005).
- 1922 – Bill Travers, attur, reġista u xeneġġjatur Ingliż (miet fl-1994).
- 1923 – Hank Stram, kowċ u xandar sportiv tal-futbol Amerikan (miet fl-2005).
- 1924 – Otto Beisheim, negozjant u filantropu Ġermaniż, stabbilixxa l-Metro AG (miet fl-2013).
- 1924 – Enzo Cozzolini, plejer tal-futbol Taljan (miet fl-1962).
- 1924 – André Franquin, awtur u illustratur Belġjan (miet fl-1997).
- 1924 – Nell Rankin, soprana u edukatriċi Amerikana (miet fl-2005).
- 1925 – Jill Balcon, attriċi Ingliża (miet fl-2009).
- 1926 – W. Michael Blumenthal, ekonomista u politiku Amerikan, l-64 tas-Segretarju tat-Teżor tal-Istati Uniti.
- 1926 – George Martin, kompożitur, surmast u produttur Ingliż (miet fl-2016).
- 1928 – Abdul Rahman Ya'kub, avukat u politiku Malażjan, it-tielet Ministru Ewlieni ta' Sarawak (miet fl-2015).
- 1929 – Sergio Leone, reġista, produttur u xeneġġjatur Taljan (miet fl-1989).
- 1929 – Ernst Mahle, kompożitur u surmast Ġermaniż-Brażiljan (miet fl-2025).
- 1929 – Gordon Moore, negozjant Amerikan, kofundatur tal-Intel Corporation (miet fl-2023).
- 1930 – Stephen Fabian, illustratur Amerikan (miet fl-2025).
- 1930 – Robert Loggia, attur u reġista Amerikan (miet fl-2015).
- 1932 – Dabney Coleman, attur Amerikan (miet fl-2024).
- 1932 – Eeles Landström, atleta tal-pole vault u politiku Finlandiż (miet fl-2022).
- 1933 – Geoffrey Bindman, avukat Ingliż (miet fl-2025).
- 1933 – Anne Stevenson, poeta u awtriċi Amerikana-Ingliża (mietet fl-2020).
- 1933 – Rolf Steiner, merċenarju Ġermaniż.
- 1934 – Marpessa Dawn, attriċi, kantanta u żeffiena Amerikana-Franċiża (mietet fl-2008).
- 1934 – Carla Anderson Hills, avukata u politiku Amerikan, il-ħames Segretarju tal-Qasam tad-Djar u l-Iżvilupp Urban.
- 1935 – Raymond Garneau, negozjant u politiku Kanadiż.
- 1937 – Glen A. Larson, reġista, produttur u xenaġġjatur Amerikan, li ħoloq l-Battlestar Galactica (miet fl-2014).
- 1938 – Robin Butler, il-Baruni Butler ta' Brockwell, akkademiku u politiku Ingliż.
- 1938 – K. Ganeshalingam, kontabilist u politiku mis-Sri Lanka, Sindku ta' Kolombo (miet fl-2006).
- 1939 – Arik Einstein, kantant-kantawtur u awtur minn Iżrael (miet fl-2013).
- 1939 – Bobby Hull, plejer tal-hockey fuq is-silġ Kanadiż (miet fl-2023).
- 1940 – Bernard Blaut, plejer u kowċ tal-futbol Pollakk (miet fl-2007).
- 1940 – Leo de Berardinis, attur u reġista Taljan (miet fl-2008).
- 1941 – Malcolm Dick, plejer tar-rugby minn New Zealand.
- 1942 – John Marsden, avukat u attivist Awstraljan (miet fl-2006).
- 1942 – John Thaw, attur u produttur Ingliż, li ħadimha tal-Ispettur Morse (miet fl-2002).
- 1943 – Van Dyke Parks, kantant-kantawtur, mużiċist, kompożitur, awtur u attur Amerikan.
- 1944 – Blanche d'Alpuget, awtriċi Awstraljana.
- 1944 – Doreen Massey, ġeografu u attivista politika (mietet fl-2016).
- 1945 – Stephen Stills, kantant-kantawtur, kitarrist u produttur Amerikan.
- 1946 – John Paul Jones, mużiċist tal-bass, kantawtur u produttur Ingliż.
- 1946 – Michalis Kritikopoulos, plejer tal-futbol Grieg (miet fl-2002).
- 1947 – Fran Cotton, plejer tar-rugby Ingliż.
- 1947 – Zulema, kantant-kantawtur Amerikan (mietet fl-2013).
- 1948 – Ian Nankervis, plejer tal-futbol Awstraljan.
- 1949 – Sylvia Likens, adolexxenti u vittma ta' qtil Amerikana (mietet fl-1965).
- 1950 – Victoria Principal, attriċi u negozjanta Amerikana.
- 1950 – Linda Steiner, ġurnalista u akkademika Amerikana.
- 1950 – Vesna Vulović, Serba li baqgħet ħajja wara li kkraxxja ajruplan u detentriċi ta' Rekord Dinji tal-Guinness (miet fl-2016).
- 1951 – Linda Dobbs, avukat u mħallef Ingliż.
- 1951 – Gary Nairn, surveyor u politiku Awstraljan, l-14-il Ministru Speċjali tal-Istat (miet fl-2024).
- 1952 – Esperanza Aguirre, ħaddiema taċ-ċivil u politiku Spanjola, it-tielet President tal-Komunità ta' Madrid.
- 1952 – Gianfranco Fini, ġurnalist u politiku Taljan, Ministru għall-Affarijiet Barranin Taljan.
- 1952 – Jim Ross, kummentatur tar-wrestling professjonali Amerikan.
- 1953 – Justin Fleming, drammaturgu u awtur Awstraljan.
- 1953 – Mohamed Waheed Hassan, edukatur u politiku mill-Maldives, il-ħames President tal-Maldives.
- 1953 – Peter Taylor, plejer tal-futbol u kowċ Ingliż.
- 1955 – Denis Walter, preżentatur u kantant Awstraljan.
- 1956 – Mel Gibson, attur, reġista, produttur u xeneġġjatur Amerikan-Awstraljan.
- 1957 – Dave Dobbyn, kantant-kantawtur u produttur minn New Zealand.
- 1960 – Russell Spence, sewwieq tat-tlielaq tal-karozzi Ingliż.
- 1962 – Darren Daulton, plejer tal-baseball Amerikan (miet fl-2017).
- 1962 – Gavin Hastings, plejer tar-rugby Skoċċiż.
- 1963 – Stewart Hosie, negozjant u politiku Skoċċiż.
- 1963 – Aamer Malik, plejer tal-cricket Pakistani.
- 1963 – Alex Wheatle, awtur u drammaturgu Ingliż (miet fl-2025).
- 1964 – Cheryl Miller, plejer u kowċ tal-basketball Amerikan.
- 1966 – Chetan Sharma, plejer tal-cricket Indjan.
- 1969 – James Carter, mużiċist Amerikan.
- 1969 – Jarmo Lehtinen, sewwieq tat-tlielaq tal-karozzi Finlandiż.
- 1969 – Michael Schumacher, sewwieq tat-tlielaq tal-karozzi Ġermaniż.
- 1969 – Gerda Weissensteiner, atleta Taljan tal-luge u tal-bobsled.
- 1971 – Sarah Alexander, attriċi Ingliża.
- 1971 – Cory Cross, plejer u kowċ tal-hockey tas-silġ Kanadiż.
- 1973 – Dan Harmon, kittieb, produttur, animatur u attur Amerikan.
- 1974 – Robert-Jan Derksen, plejer tal-golf Olandiż.
- 1974 – Alessandro Petacchi, ċiklist Taljan.
- 1974 – Todd Warriner, plejer tal-hockey tas-silġ Kanadiż.
- 1975 – Thomas Bangalter, DJ, mużiċist u produttur Franċiż.
- 1975 – Jason Marsden, attur Amerikan.
- 1975 – Danica McKellar, attriċi u matematika Amerikana.
- 1976 – Angelos Basinas, plejer tal-futbol Grieg.
- 1976 – Nicholas Gonzalez, attur u produttur Amerikan.
- 1977 – Lee Bowyer, plejer u kowċ tal-futbol Ingliż.
- 1977 – A. J. Burnett, plejer tal-baseball Amerikan.
- 1978 – Dimitra Kalentzou, plejer tal-basketball Grieg.
- 1978 – Kimberley Locke, kantanta, kantawtriċi u personalità televiżiva Amerikana.
- 1978 – Mike York, plejer tal-hockey fuq is-silġ Amerikan.
- 1979 – Kate Levering, attriċi, kantanta u żeffiena Amerikana.
- 1980 – Bryan Clay, atleta tad-decathlon Amerikan.
- 1980 – Eli Crane, rappreżentant tal-Istati Uniti għat-tieni distrett kungressjonali tal-Arizona.
- 1980 – Telly Leung, attur, reġista, kantant u kantawtur Amerikan.
- 1980 – Angela Ruggiero, plejer tal-hockey fuq is-silġ.
- 1980 – David Tyree, plejer tal-futbol Amerikan.
- 1980 – Kurt Vile, kantant-kantawtur, kitarrist u produttur Amerikan.
- 1980 – Mary Wineberg, sprinter Amerikan.
- 1981 – Eli Manning, plejer tal-futbol Amerikan.
- 1982 – Peter Clarke, plejer tal-futbol Ingliż.
- 1982 – Park Ji-yoon, kantanta u attriċi tal-Korea t'Isfel.
- 1982 – Lasse Nilsson, plejer tal-futbol Żvediż.
- 1983 – Katie McGrath, attriċi Irlandiża.
- 1984 – Billy Mehmet, plejer tal-futbol Ingliż-Irlandiż.
- 1985 – Nicole Beharie, attriċi Amerikana.
- 1985 – Linas Kleiza, plejer tal-basketball Litwan.
- 1985 – Evan Moore, plejer tal-futbol Amerikan.
- 1985 – Noelle Quinn, plejer u kowċ tal-basketball Amerikan.
- 1986 – Dana Hussain, sprinter mill-Iraq.
- 1986 – Lloyd, kantant-kantawtur Amerikan.
- 1986 – Greg Nwokolo, plejer tal-futbol Indoneżjan.
- 1986 – Nikola Peković, plejer u eżekuttiv tal-basketball mill-Montenegro.
- 1986 – Cedric Simmons, plejer tal-basketball Amerikan-Bulgaru.
- 1986 – Dmitry Starodubtsev, atleta tal-pole vault Russu.
- 1987 – Adrián, plejer tal-futbol Spanjol.
- 1987 – Reto Berra, gowler professjonali tal-hockey fuq is-silġ Żvizzeru.
- 1987 – Kim Ok-vin, attriċi u kantant mill-Korea t'Isfel.
- 1988 – Ikechi Anya, plejer tal-futbol Skoċċiż-Niġerjan.
- 1988 – The Completionist, YouTuber Amerikan.
- 1988 – Jonny Evans, plejer tal-futbol mill-Irlanda ta' Fuq.
- 1988 – Matt Frattin, plejer tal-hockey fuq is-silġ Kanadiż.
- 1989 – Jordi Masip, plejer tal-futbol Spanjol.
- 1989 – Eric Sim, plejer tal-baseball u YouTuber Amerikan.
- 1989 – Kōhei Uchimura, ġinnasta artistiku Ġappuniż.
- 1990 – Yoichiro Kakitani, plejer tal-futbol Ġappuniż.
- 1991 – Jerson Cabral, plejer tal-futbol Olandiż.
- 1991 – Özgür Çek, plejer tal-futbol Tork.
- 1991 – Ryan Ellis, plejer tal-hockey fuq is-silġ Kanadiż.
- 1991 – Sébastien Faure, plejer tal-futbol Franċiż.
- 1991 – Dane Gagai, plejer tar-rugby league Awstraljan.
- 1991 – Goo Hara, kantanta u attriċi tal-Korea t'Isfel (mietet fl-2019).
- 1991 – Darius Morris, plejer tal-basketball Amerikan (miet fl-2024).
- 1991 – Joonas Nättinen, plejer tal-hockey fuq is-silġ Finlandiż.
- 1992 – Doug McDermott, plejer tal-basketball Amerikan.
- 1992 – Sio Siua Taukeiaho, plejer tar-rugby league minn New Zealand-Tonga.
- 1994 – Isaquias Queiroz, atleta tal-isprint bil-kenura Brażiljan.
- 1995 – Rondae Hollis-Jefferson, plejer tal-basketball Amerikan-Ġordaniż.
- 1995 – Jisoo, kantanta u attriċi mill-Korea t'Isfel.
- 1995 – Paddy Pimblett, atleta Ingliż tal-arti marzjali mħallta.
- 1995 – Kim Seol-hyun, kantanta u attriċi mill-Korea t'Isfel.
- 1995 – Tonny Vilhena, plejer tal-futbol Olandiż.
- 1996 – Léo Ortiz, plejer tal-futbol mill-Brażil.
- 1996 – Florence Pugh, attriċi Ingliża.
- 1997 – Fodé Ballo-Touré, plejer tal-futbol Franċiż-Senegaliż.
- 1997 – Jérémie Boga, plejer tal-futbol Franċiż-Avorjan.
- 1997 – Kyron McMaster, atleta tal-hurdles mill-Gżejjer Verġni Brittaniċi.
- 1998 – Patrick Cutrone, plejer tal-futbol Taljan.
- 1998 – Emiru, xandar online Amerikan.
- 2000 – Leandro Barreiro, plejer tal-futbol Lussemburgiż.
- 2000 – João Mário, plejer tal-futbol Portugiż.
- 2001 – Deni Avdija, plejer tal-basketball Iżraeljan-Serb.
- 2002 – Nico González, plejer tal-futbol Spanjol.
- 2003 – Kyle Rittenhouse, personalità konservattiva Amerikan.
- 2003 – Greta Thunberg, attivista ambjentali Żvediża.
- 2003 – Alan Virginius, plejer tal-futbol Franċiż.
- 2004 – Carlos Baleba, plejer tal-futbol mill-Kamerun.
- 2004 – Toby Collyer, plejer tal-futbol Ingliż.
- 2004 – Habib Diarra, plejer tal-futbol mis-Senegal.
- 2008 – Raegan Revord, attur Amerikan.
Imwiet
[immodifika | immodifika s-sors]Qabel l-1600
[immodifika | immodifika s-sors]- 236 – Anterus, Papa tal-Knisja Kattolika.
- 323 – L-Imperatur Yuan ta' Jin, imperatur Ċiniż (twieled fil-276).
- 1028 – Fujiwara no Yukinari, kalligrafista Ġappuniż (twieled fid-972).
- 1028 – Fujiwara no Michinaga, nobbli Ġappuniż (twieled fid-966).
- 1098 – Walkelin, isqof Normann ta' Winchester.
- 1322 – Filippu V, re ta' Franza (twieled fl-1292).
- 1437 – Katerina ta' Valois, Reġina Konsorti ta' Enriku V (twieled fl-1401).
- 1501 – Ali-Shir Nava'i, poeta, lingwista u mistiku Tork (twieled fl-1441).
- 1543 – Juan Rodríguez Cabrillo, esploratur u navigatur Portugiż (twieled fl-1499).
- 1571 – Joachim II Hector, Elettur ta' Brandenburg (twieled fl-1505).
1601–1900
[immodifika | immodifika s-sors]- 1641 – Jeremiah Horrocks, astronomu u matematiku Ingliż (twieled fl-1618).
- 1656 – Mathieu Molé, politiku Franċiż (twieled fl-1584).
- 1670 – George Monck, l-Ewwel Duka ta' Albemarle, ġeneral u politiku Ingliż, Lord Logutenent tal-Irlanda (twieled fl-1608).
- 1701 – Lwiġi I, prinċep ta' Monaco (twieled fl-1642).
- 1705 – Luca Giordano, pittur u illustratur Taljan (twieled fl-1634).
- 1743 – Ferdinando Galli-Bibiena, pittur u arkitett Taljan (twieled fl-1657).
- 1785 – Baldassare Galuppi, kompożitur Taljan (twieled fl-1706).
- 1795 – Josiah Wedgwood, artiġjan Ingliż tal-fuħħar, stabbilixxa l-Wedgwood Company (twieled fl-1730).
- 1826 – Louis-Gabriel Suchet, ġeneral Franċiż (twieled fl-1770).
- 1871 – Kuriakose Elias Chavara, patri u qaddis Indjan (twieled fl-1805).
- 1875 – Pierre Larousse, lessikografu u pubblikatur Franċiż (twieled fl-1817).
- 1882 – William Harrison Ainsworth, awtur Ingliż (twieled fl-1805).
- 1895 – James Merritt Ives, litografu u negozjant Amerikan, konfundatur ta' Currier and Ives (twieled fl-1824).
1901–preżent
[immodifika | immodifika s-sors]- 1903 – Alois Hitler, ħaddiem taċ-ċivil Awstrijakk (twieled fl-1837).
- 1911 – Alexandros Papadiamantis, awtur u poeta Grieg (twieled fl-1851).
- 1915 – James Elroy Flecker, poeta, awtur u drammaturgu Ingliż (twieled fl-1884).
- 1916 – Grenville M. Dodge, ġeneral u politiku Amerikan (twieled fl-1831).
- 1923 – Jaroslav Hašek, ġurnalist u awtur Ċek (twieled fl-1883).
- 1927 – Carl David Tolmé Runge, fiżiku u matematiku Ġermaniż (twieled fl-1856).
- 1931 – Joseph Joffre, ġeneral Franċiż (twieled fl-1852).
- 1933 – Wilhelm Cuno, avukat u politiku Ġermaniż, Kanċillier tal-Ġermanja (twieled fl-1876).
- 1933 – Jack Pickford, attur, reġista u produttur Kanadiż-Amerikan (twieled fl-1896).
- 1943 – Walter James, avukat u politiku Awstraljan, il-Ħames Premier tal-Punent tal-Awstralja (twieled fl-1863).
- 1944 – Jurgis Baltrušaitis, poeta, kritiku u traduttur Litwan (twieled fl-1873).
- 1945 – Edgar Cayce, psikiku u awtur Amerikan (twieled fl-1877).
- 1946 – William Joyce, xandar tal-propaganda pro-Axis Amerikan-Brittaniku (twieled fl-1906).
- 1956 – Alexander Gretchaninov, pjanista u kompożitur Russu-Amerikan (twieled fl-1864).
- 1956 – Dimitrios Vergos, atleta Olimpiku Grieg (twieled fl-1886).
- 1956 – Joseph Wirth, edukatur u politiku Ġermaniż, Kanċillier tal-Ġermanja (twieled fl-1879).
- 1959 – Edwin Muir, poeta, awtur u traduttur Skoċċiż (twieled fl-1887).
- 1960 – Eric P. Kelly, ġurnalist, awtur u akkademiku Amerikan (twieled fl-1884).
- 1965 – Milton Avery, pittur Amerikan (twieled fl-1885).
- 1966 – Sammy Younge Jr., attivist tad-drittijiet ċivili Amerikan (twieled fl-1944).
- 1967 – Mary Garden, sopran u attriċi Skoċċiża-Amerikana (twieldet fl-1874).
- 1967 – Reginald Punnett, xjenzat Brittaniku (twieled fl-1875).
- 1967 – Jack Ruby, negozjant u qattiel Amerikan (twieled fl-1911).
- 1970 – Gladys Aylward, missjunarju u umanitarju Ingliż (twieled fl-1902).
- 1975 – Victor Kraft, filosfu Awstrijakk miċ-Ċirku ta' Vjenna (twieled fl-1880).
- 1979 – Conrad Hilton, negozjant Amerikan, li stabbilixxa l-Hilton Hotels & Resorts (twieled fl-1887).
- 1980 – Joy Adamson, pittriċi u konservazzjonista Awstijakka-Kenjana (twieldet fl-1910).
- 1980 – George Sutherland Fraser, poeta u akkademiku Skoċċiż (twieled fl-1915).
- 1981 – Prinċipessa Alice, il-Kontessa ta' Athlone (twieldet fl-1883).
- 1988 – Rose Ausländer, poeta u awtriċi Ukrena-Ġermaniża (twieldet fl-1901).
- 1989 – Sergei Sobolev, matematiku u akkademiku Russu (twieled fl-1909).
- 1992 – Judith Anderson, attriċi Awstraljana (twieldet fl-1897).
- 2002 – Satish Dhawan, inġinier Indjan (twieled fl-1920).
- 2003 – Sid Gillman, plejer tal-futbol u kowċ Amerikan (twieled fl-1911).
- 2004 – Des Corcoran, politiku Awstraljan, is-37 Premier tan-Nofsinhar tal-Awstralja (twieled fl-1928).
- 2005 – Koo Chen-fu, negozjant u diplomatiku minn Tajwan (twieled fl-1917).
- 2005 – Egidio Galea, patri, missjunarju u edukatur Kattoliku Ruman Malti (twieled fl-1918).
- 2005 – Jyotindra Nath Dixit, diplomatiku Indjan, it-Tieni Konsulent tas-Sigurtà Nazzjonali Indjana (twieled fl-1936).
- 2006 – Bill Skate, politiku tal-Papua New Guinea, il-Ħames Prim Ministru tal-Papua New Guinea (twieled fl-1954).
- 2007 – William Verity, Jr., negozjant u politiku Amerikan, is-27 Segretarju tal-Kummerċ tal-Istati Uniti (twieled fl-1917).
- 2008 – Jimmy Stewart, sewwieq tat-tlielaq Skoċċiż (twieled fl-1931).
- 2008 – Choi Yo-sam, lottatur mill-Korea t'Isfel (twieled fl-1972).
- 2009 – Betty Freeman, filantropu u fotografu Amerikan (twieled fl-1921).
- 2009 – Pat Hingle, attur Amerikan (twieled fl-1923).
- 2009 – Hisayasu Nagata, politiku Ġappuniż (twieled fl-1969).
- 2010 – Gustavo Becerra-Schmidt, kompożitur u akkademiku Ċilen-Ġermaniż (twieled fl-1925).
- 2010 – Mary Daly, teologa u studjuża Amerikana (twieldet fl-1928).
- 2012 – Vicar, vinjettist Ċilen (twieled fl-1934).
- 2012 – Robert L. Carter, avukat u mħallef Amerikan (twieled fl-1917).
- 2012 – Winifred Milius Lubell, awtur u illustratur Amerikan (twieled fl-1914).
- 2012 – Josef Škvorecký, awtur u pubblikatur Ċek-Kanadiż (twieled fl-1924).
- 2013 – Alfie Fripp, suldat u bdot Ingliż (twieled fl-1913).
- 2013 – Ivan Mackerle, kriptożoologu, esploratur u awtur Ċek (twieled fl-1942).
- 2013 – William Maxson, ġeneral Amerikan (twieled fl-1930).
- 2013 – Sergiu Nicolaescu, attur, reġista u xeneġġjatur Rumen (twieled fl-1930).
- 2014 – Phil Everly, kantant u kitarrista Amerikan (twieled fl-1939).
- 2014 – George Goodman, ekonomista u awtur Amerikan (twieled fl-1930).
- 2014 – Saul Zaentz, produttur tal-films Amerikan (twieled fl-1921).
- 2015 – Martin Anderson, ekonomista u akkademiku Amerikan (twieled fl-1936).
- 2015 – Edward Brooke, kaptan u politiku Amerikan, is-47 Avukat Ġenerali ta' Massachusetts (twieled fl-1919).
- 2016 – Paul Bley, pjanista u kompożitur Kanadiż-Amerikan (twieled fl-1932).
- 2016 – Peter Naur, xjenzat tal-kompjuters, astronomu u akkademiku Daniż (twieled fl-1928).
- 2016 – Bill Plager, plejer u kowċ tal-hockey fuq is-silġ Kanadiż (twieled fl-1945).
- 2016 – Igor Sergun, ġeneral u diplomatiku Russu (twieled fl-1957).
- 2017 – H. S. Mahadeva Prasad, politiku Indjan (twieled fl-1958).
- 2018 – Colin Brumby, kompożitur Awstraljan (twieled fl-1933).
- 2019 – Herb Kelleher, negozjant Amerikan, il-kofundatur ta' Southwest Airlines (twieled fl-1931).
- 2020 – Qasem Soleimani, maġġur u ġeneral Iranjan, kmandant tal-Qawwa Iranjana Quds (twieled fl-1957).
- 2021 – Eric Jerome Dickey, awtur Amerikan (twieled fl-1961).
- 2023 – Elena Huelva, attivista u influwenzatriċi tal-kanċer Spanjola (twieldet fl-2002).
- 2025 – Jeff Baena, reġista Amerikan (twieled fl-1977).
- 2025 – Brenton Wood, kantant, kantawtur u tastierista Amerikan tal-R&B (twieled fl-1941).
- 2025 – Niko Lekishvili, politiku mill-Georgia (twieled fl-1947).
Btajjel u osservanzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Festi Kristjani:
- Danjel ta' Padova;
- Genevieve;
- Isem Qaddis ta' Ġesù;
- Kuriakose Elias Chavara (Knisja Kattolika Siro-Malabar);
- il-Papa Anterus;
- it-3 ta' Jannar (il-liturġiċi Ortodossi tal-Lvant);
- il-Festival ta' Tamaseseri (is-Santwarju ta' Hakozaki, Fukuoka, il-Ġappun);
- L-għaxar jum fost it-Tnax-il Jum tal-Milied (Kristjaneżmu tal-Punent).