Ħamrun Spartans FC

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Ħamrun Spartans)
Jump to navigation Jump to search
Ħamrun Spartans
ĦamrunFC.png
Isem sħiħ Ħamrun Spartans Football Club
Ismijiet oħra Spartans
Fundazzjoni 1907
Grawnd Grawnd Victor Tedesco, Ħamrun
(Jesa': 1,800)
President Malta Daniel Sullivan
Kowċ Malta jaques scerri
Kampjonat Premier League
2018/2019 4
Sit elettroniku http://www.hamrunspartansfc.com/
Darhom
Barra minn darhom

Ħamrun Spartans Football Club hu klabb tal-futbol Malti bbażat il-Ħamrun. It-tim rebaħ l-Ewwel Diviżjoni Maltija fl-2007. Wara l-promozzjoni għal-Premier League Malti lis-Spartans spiċċaw fis-6 post fl-2008 u rnexxielhom jibqgħu fl-ogħla diviżjoni s'issa.

Minn meta beda fl-1907, il-Ħamrun Spartans rebħu total ta' 7 kampjonati . Huma ġew ukoll runners-up għal 11-il darba.

Wieħed mill-istillel fl-istorja tal-klabb, Stefan Sultana, skorja total ta' 252 gowls fil-karriera tiegħu (Waqt li lagħab għall-Ħamrun Spartans), li ġie l-aktar plejer Malti li skorja gowls (mit-12 ta' Mejju, 2007).

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Ħamrun Spartans bdew jilgħabu l-futbol fl-1907. Fl-istaġun 1913-14, Ħamrun Spartans kien diġà tim stabbilit u rebħu t-titolu min għand St. George's minħabba r-regola tal-gowls barra mid-dar. It-tieni suċċess tal-Kampjonat tagħhom kien erba' snin wara meta spiċċaw mill-ġdid konġunti fil-quċċata tal-Klassifika ma' St George's. Din id-darba l-Ħamrun kienu ċ-Ċampjins ta' Malta għax rebħu lil St George's fill-play-off. L-aħjar plejer tal-Ħamrun dak iż-żmien kien Gejtu Psaila, magħruf bħala l-Ħaċċa. Fl-20 u 30, il-klabb għadda minn perijodu diffiċli meta il-plejers tal-Ħamrun ħallew il-klabb biex immoru ġo klabbs oħra. L-ikbar rivali tal-Ħamrun kienu l-ġirien tal-Marsa.

Tim ġdid, Ħamrun Liberty ġie iffurmat u fi ftit ta' snin, Ħamrun Liberty kienu fost l-aqwa fil-futbol Malti. Mar-ritorn tagħhom għall-Ewwel Diviżjoni fl-1946-47, il-klabb bidel ismu għal Ħamrun Spartans. Rebħu t-Trofew Johnnie Walker u t-Tazza Cassar. Huma rebħu t-Tazza Cassar darb'oħra fl-istaġun 1948-1949. Bejn l-1947 u 1952, kienu erba' darbiet runners-up.

It-tim beda nieżel fis-60 sakemm ġew relegati fl-istaġun 1969-70. Wara li jirritorna għall-Ewwel Diviżjoni, kienu relegati għal darb'oħra fl-1974. Madankollu, wara sentejn fit-Tieni Diviżjoni, kienu lura fl-Ewwel Diviżjoni.

Fil-75 anniversarju, fl-istaġun 1982-83, il-klabb kien lura fil-quċċata meta rebaħ it-titolu wara assenza ta' 36 sena. Il-Ħamrun Spartans irnexxielhom ukoll jirbħu l-FA Trophy matul dak l-istaġun. Dan kien il-bidu tal-era taħt il-gwida tal-President Victor Tedesco. It-tim ġie msaħħaħ bl-aqwa plejers bħal Ġiġi Salerno, Raymond u Ġorġ Xuereb, Edwin Farrugia, Raymond Vella (li kien taħt self minn Marsa), Joe Brincat u Carlo Seychell. Alfred Cardona kien il-kowċ tagħhom. Wara ħafna tilwim mad-Diviżjoni tal-Immigrazzjoni, Victor Tedesco irnexxielu jiffirma żewġ barranin, żewġ plejers Inglizi Peter Hatch u John Linacre - l-ewwel barranin li lagħabu fuq il-gżira wara perjodu twil.

Il-Ħamrun stabbilixxew rekord ġdid li huwa l-unika tim lokali biex li kemm home u kemm away f'kompetizzjoni tal-UEFA wara li għelbu lil-Ballymena United tal-Irlanda ta' Fuq. F'għaxar snin il-Ħamrun irrnexxielhom jirbħu 3 titoli tal-kampjonat nazzjonali, 3 FA Trophies, u 3 Super Euro Cups.

Wara kampanji suċċessivi bħal dawn, lis-Spartans iffaċċjaw diffikultajiet finanzjarji. It-tim kellu jittrasferixxi l-aqwa plejers tiegħu sakemm finalment kienu relegat għall-Ewwel Diviżjoni fl-1998-1999. Wara sena, dawn kienu promossi lura għall-Premier League wara li rebaħ l-ewwel titolu tal-Ewwel Diviżjoni.

L-aħħar erba' staġuni kienu snin tilgħajn u niżlin. Huma kienu relegati għall-Ewwel Diviżjoni fi tmiem tal-istaġun 2003/2004, imma reġgħu saru ċampjins promossi tal-Ewwel Diviżjoni fl-2004/05, imbagħad reġaw relegati mill-Premier League fl-istaġun 2005/06 u rebħu l-Ewwel Diviżjoni għal darb'oħra fl-2007.

Mill-istaġun 2007/2008 Ħamrun Spartans reġgħu ġew lura fil-ġlieda għall-unuri. Matul l-istaġun 2007/2008 il-Ħamrun kienu sodisfatti bil-gowls kollha tagħhom u spiċċaw fil-finali tal-FA trophy kontra Birkirkara li ġew telliefa b'differenza ta' gowl wieħed. Dan l-istaġun kien ukoll suċċess kbir għall-partitarji tal-Ħamrun wara li rebħu l-Malta Best Support Award.

Apparentement ġew imsaħħa f'diversi dipartimenti, il-Ħamrun immiraw li jiparteċipaw għal post fl-Ewropa fl-istaġun kurrenti. Madankollu, it-tim naqas milli jilħaq iċ-Championship pool. Fir-relegation pool Ħamrun bdew b'rebħa eċċellenti 3-0 kontra Msida, imbagħad sofrew telfa xokkanti ta' 1-5 kontra Tarxien. Erba' punti matul it-tliet logħbiet ma kinux biżżejjed biex jilħqu s-sigurtà, u fil-logħba finali eżawriti l-Ħamrun kienu megħluba faċilment minn Qormi. Ma' Tarxien u Msida wkoll leħqu 16-il punt wara d-dro bejniethom, Ħamrun Spartans kienu relegati fuq l-agħar rekord tar-ras għal ras. Fortunatament għal Ħamrun Spartans, il-każijiet ta' korruzzjoni li jinvolvu l-klabbs ta' Vittoriosa Stars u Marsaxlokk kienu t-tnejn "relegati" imma t-timijiet baqgħu fil-Premier League għall-istaġun 2009-2010.

Il-Ħamrun fl-istaġun 2009-2010 għamel suċċess billi siċċa fit-8 pożizzjoni fil-Premier League Malti bl-aħħar logħba tar-Relegation Pool kontra l-Imsida bir-riżultat finali ta' 2-2. Ħamrun kienu ukoll fis-semi finali tal-FA Trophy f'dak l-istaġun.

Plejers[immodifika | immodifika s-sors]

Skawdra kurrenti[immodifika | immodifika s-sors]

N. Poż. Plejer
1 Malta G Andrea Cassar
3 Malta D Luke Grech
4 Malta D Gabriel Formosa
5 Malta D Daniel Zerafa
6 Malta M Massimo Grima (taħt self minn Valletta)
7 Malta A Gianluca Calabretta
8 Malta D Roderick Fenech
12 Malta G Anthony Curmi (taħt self minn Tarxien)
14 Malta D Rodney Refalo
16 Malta D Matthew Gauci
17 Malta M Karl Magro
N. Poż. Plejer
19 Bulgarija A Nikolay Bozhov
22 Malta M Richard Brightwell
24 Bulgarija D Adrian Olegov
28 Bulgarija M Lyubomir Vitanov
77 Bulgarija D Angel Yoshev
99 Malta A Terence Scerri (taħt self minn Valletta)
Malta D Steve Bonnici
Bulgarija D Anton Vergilov
Malta M Ryan Spiteri
Malta A Terence Vella
Albanija D Bledion Guga

Plejers notevoli[immodifika | immodifika s-sors]

Kompetizzjonijiet fl-Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

UEFA Cup Winners' Cup[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away Aggregat
1984-85 UEFA Cup Winners' Cup 1. Rawnd Irlanda ta' Fuq Ballymena United 2-1 1-0 3-1
2. Rawnd Unjoni Sovjetika FC Dynamo Moscow 0-1 0-5 0-6
1989-90 UEFA Cup Winners' Cup 1. Rawnd Spanja Real Valladolid 0-1 0-5 0-6
1992-93 UEFA Cup Winners' Cup Rawnd tal-Kwalifikazzjoni Slovenja NK Maribor 2-1 0-4 2-5

UEFA Cup[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away Aggregat
1985-86 UEFA Cup 1. Rawnd Albanija KS Dinamo Tirana 0-0 0-1 0-1

UEFA Champions League[immodifika | immodifika s-sors]

Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Home Away Aggregat
1983-84 European Cup 1. Rawnd Skozja Dundee United 0-3 0-3 0-6
1987-88 European Cup 1. Rawnd Awstrija SK Rapid Wien 0-1 0-6 0-7
1988-89 European Cup 1. Rawnd Albanija KF Tirana 2-1 0-2 2-3
1991-92 European Cup 1. Rawnd Portugall SL Benfica 0-6 0-4 0-10

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Rebbieħa (7)

1913-14, 1917–18, 1946–47, 1982–83, 1986–87, 1987–88, 1990–91

Runners-up (11)

  • Euro Challenge:

Rebbieħa (5):

1985, 1988, 1991, 1992

Runners-up (3)

  • MFA Super 5 Lottery Tournament:

Rebbieħa (1):

1991/1992

Runners-up (2)

  • U*Bet FA Trophy:

Rebbieħa (6):

1982-83, 1983–84, 1986–87, 1987–88, 1988–89, 1991-92
  • Tazza Cassar:

Rebbieħa (2):

1947/47, 1948/49
  • Super Cup:

Rebbieħa (5):

1986-87, 1987–88, 1988–89, 1990–91, 1991-92

Staff tal-Klabb[immodifika | immodifika s-sors]

Kumitat eżekuttiv[immodifika | immodifika s-sors]

Pożizzjoni Isem
President: Daniel Sullivan
Viċi-President: Joseph Fenech - Gejtu Debattista - Victor Cassar
Segretarju: Stephen Saliba
Teżorier: Antoine Attard
Amministratur: Emanuel Fenech
Membru tal-Kunsill: Victor Cassar
PRO: Joseph Fenech

Staff tal-Kowċing[immodifika | immodifika s-sors]

Pożizzjoni Isem
Kowċ: Stefan Sultana
Assistent Kowċ: Marco Grech
Maniġer tat-Tim: Elton Borġ
Maniġer tal-Kittijiet: Julian Friggieri

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]