Aqbeż għall-kontentut

Morus (botanika)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Ċawsla)
Morus
Morus alba (Ċawsla)
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Plantae
(mhux klassifikata): Angiospermae
Sottodiviżjoni: Ara t-test .
(mhux klassifikata): Eudicotyledones
(mhux klassifikata): Rosidae
Ordni: Rosales
Familja: Moraceae
Tribù: Moreae[1]
Ġeneru: Morus

Morus huwa ġeneru ta' pjanti fil-familja Moraceae li jwarrdu. Il-ġeneru fih xi 10 sa 16-il speċi ta' siġar li jwaqqgħu il-weraq fix-xitwa. L-iżjed magħrufin fosthom huma t-tuta (Morus nigra) u ċ-ċawsla (Morus alba).

It-tassonomija tal-Morus hi komplessa u m'hemmx qbil fuqha. Ġew ippublikati 'l fuq minn 150 isem ta' speċi. Però sorsijiet differenti jiċċitaw għażliet differenti ta' ismijiet aċċettati u 10–16 biss huma aċċettati minn maġġoranza kbira ta' awtoritajiet botaniċi. Il-klassifikazzjoni Morus hi mħawda iżjed bl-għadd kbir ta' ibridi li jeżistu li huma għammiela.

Dawn l-ispeċi huma aċċettati fil-wisa':

  • Morus alba L. – Ċawsli (Asja tal-Lvant)
  • Morus australis Poir. – Tut Ċiniż (Asja tax-Xlokk)
  • Morus celtidifolia Kunth (Il-Messiku)
  • Morus insignis (Amerika t’Isfel)
  • Morus mesozygia Stapf – Tut Afrikan (Afrika t'Isfel u tan-Nofs)
  • Morus microphylla – Tut ta' Texas (Mexico, Texas (SUA))
  • Morus nigra L. – Tut (Asja tal-Lbiċ)
  • Morus rubra L. – Tut Aħmar (Amerika ta' Fuq tal-Lvant)

Użi u trawwim

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-frott jittiekel u jintuża ħafna fit-torti, tortini, inbejjed, tè u xorb ieħor. It-tut, indiġenu fl-Asja tal-Lbiċ, u t-tut aħmar, indiġenu fil-Lvant tal-Amerika ta' Fuq, għandhom l-iżjed togħma qawwija. Iċ-ċawsli, speċi li ġejja mill-Asja tal-lvant, għandu togħma differenti, kważi bla togħma[2]. Ix-xtieli maturi fihom ammonti sinifikanti ta' reżveratrolu, l-iżjed fil-qoxra taz-zkuk [3]. Il-frott u l-weraq jinbigħu f'diversi għamliet bħala supplimenti nutrizzjonali. Il-frott nej u l-partijiet ħodor tal-pjanta fihom sugu abjad li hu intossikanti u kemmxejn alluċinoġeniku[4].

It-tut, it-tut aħmar u ċ-ċawsli huma mifruxa fl-Albanija, l-Ażerbajġan, l-Armenja, L-Indja ta’ fuq, il-Ġordan, is-Sirja, il-Libanu, Ġorġja, il-Pakistan, l-Iran, it-Turkija, l-Eġittu, il-Libja u l-Afganistan, fejn is-siġra u l-frott huma magħrufa bħala tut jew xaħtut, kliem li ġejjin mill-Persjan. Sikwit f’dan ir-reġjun, minhomm jagħmlu ġammijiet u sorbetti. It-tut ġie importat fil-Gran Brittanja għall-ewwel darba fis-seklu 17 bit-tama li jintuża fit-trobbija tad-dud tal-ħarir. Kien jintuża ħafna fil-mediċina popolari speċjalment bħala duwa għall-ħżież. Fl-iStati Uniti it-tut ġiem importat mill-Pakistan. Fil-Greċja it-tut hu mifrux sewwa b'mod partikolari fil-Peloponneżu, li fil-Medju Evu kien magħruf bħala Morea (bil-Grieg Μωριάς,Morias) , li ġejja mill-kelma Griega għas-siġra (Μουριά, Μouria).

Il-weraq tal-morus, l-iżjed taċ-ċawsli, huma ekoloġikament importanti bħala l-uniku ikel tad-dudu tal-ħarir (Bombyx mori, imsemmi għall-ġeneru Morus), li l-fosqda tegħu tintuża biex isir il-ħarir. Il-larvi ta' xi lepidotteri oħra kultant jieklu dawn ix-xtieli, fosthom tal-baħrijiet Hemithea aestivaria, Mimas tiliae u Acronicta aceris.

Ix-xtieli tal-morus jistgħu jitkabbru miż-żerriegħa, u dan hu rakkomandat għax is-siġar imkabbra miż-żerriegħa ġeneralment ikollhom forma aħjar u huma iżjed b’saħħithom. Però iżjed spiss jitħawlu minn biċċiet li jrabbu l-għeruq faċilment.

Ċerti bliet fl-Amerika ta' Fuq jipprojbixxu t-tħawwil taċ-ċawsli minħabba li dawn jipproduċu ammonti kbar ta' pollin li jista’ jkun ta' periklu għas-saħħa ta' dawk jbatu minn xi allerġiji għall-pollin[5].

Antoċijani mill-frott tal-morus

[immodifika | immodifika s-sors]

L-antoċijani huma pigmenti li għandhom il-potenzjal li jiġu wżati bħala modulaturi tad-dieta ta' mekkaniżmi ta' xi mard [6][7] u bħala koloranti naturali tal-ikel. Minħabba d-domanda li dejjem tiżdied għall-koloranti naturali tal-ikel, l-importanza tagħhom fl-industrija tal-ikel qed tiżdied. L-antoċijani huma responsabbli għall-kuluri attraenti tal-frott u l-ħaxix frisk billi jipproduċu kuluri bħall-oranġjo, l-aħmar, u l-vjola, l-iswed, u l-ikħal. Dawn jinħallu fl-ilma u jistgħu jiġu estratti faċilment.

Ġie stabbilit metodu li ma jqumx ħafna u li hu industrijalment vijabbli biex jippurifika l-antċijani mit-tut li jistgħu jintużaw fl-ikkunzar tat-tessuti jew bħala kolorant tal-ikel ta' valur koloranti għoli (ogħla minn 100). Ix-xjenzjati sabu li minn 31 kultivari Ċiniż tat-tut li ttestjaw, il-produzzjoni tal-antoċjani totali varjat minn 148mg għal 2725mg għal kull litru ta' meraq tal-frott [8]. Iz-zokkor kollu, l-aċti kollha u l-vitamini baqgħu intatti fil-meraq li fadal wara t-tneħħija tal-antoċijani u l-meraq li fadal seta' jkun iffermentat biex jipproduċi prodotti oħra bħal inbid.

Il-kontenut tal-antoċjani jiddependi mill-klima, ir-reġjun tal-kultivazzjoni, u hu partikolarment għolja fi klimi xemxija [9]. Din is-sejba hi promettenti għall-pajjiżi tropikali li għandhom is-serikultura biex jipptofittaw mill-produzzjoni industrijali mill-antoċjani mit-tut permezz tar-rkupru tal-antoċjani.

  1. ^ Morus L.
  2. ^ "White Mulberry". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2012-01-16. Miġbur 2012-01-12.
  3. ^ Cui XQ, Wang HQ, Liu C, Chen RY, Study of anti-oxidant phenolic compounds from stem barks of Morus yunanensis, Zhongguo Zhong Yao Za Zhi, vol. 33, ħarġa 13, p. 1569–72, 2008
  4. ^ Erowid Mulberry Vault : Hallucinogenic properties
  5. ^ [1]
  6. ^ [2]
  7. ^ Hou DX|, Potential mechanisms of cancer chemoprevention by anthocyanins, Current Molecular Medicine, vol. 3, ħarġa 2, p.149–59, 2003
  8. ^ Liu X, Xiao G, Chen W, Xu Y, Wu J, Quantification and Purification of Mulberry Anthocyanins with Macroporous Resins, Journal of Biomedicine & Biotechnology, vol. 2004, ħarġa 5, p.326–331, 2004
  9. ^ Matus JT, Loyola R, Vega A, et al., Post-veraison sunlight exposure induces MYB-mediated transcriptional regulation of anthocyanin and flavonol synthesis in berry skins of Vitis vinifera, Journal of Experimental Botany, vol. 60, ħarġa 3, p.853–67, 2009

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]