Aqbeż għall-kontentut

Ċ

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-glifa ċ kbira u żgħira f'Doulos SIL

Ċ (minuskula: ċ) hija ittra tal-alfabett Latin, iffurmata minn C b'tikka fuqha.

Ic-Ċ hija preżenti fl-alfabett Latin Ċeċen, maħluq fis-snin disgħin. L-ekwivalenti Ċirilliku huwa ЦӀ, li tirrappreżenta l-ħoss /tsʼ/.[1]

Iċ-Ċ kienet użata fil-passat fl-Irlandiż biex tirrappreżenta l-forma lenited ta' C. Id-digrafu ch, li hija eqdem miċ-ċ, tintuża bħalissa.[2]

Iċ-Ċ hija t-tielet ittra tal-alfabett Malti, preċeduta mill-B u segwita mid-D. Tirrappreżenta l-afrikata postalveolari bla vuċi [tʃ].

L-Ingliż Qadim

[immodifika | immodifika s-sors]

Iċ-Ċ kultant tintuża fit-traskrizzjonijiet akkademiċi moderni tal-Ingliż Qadim biex tirrappreżenta il-ħoss [tʃ], biex tiddistingwiha mill-c li tingħad bħala [k], li xorta tinkiteb bl-istess mod. L-ekwivalenti bil-vuċi tiegħu huwa il-Ġ.[3]

Kodifikazzjoni tal-kompjuter

[immodifika | immodifika s-sors]

Mudell:Charmap

  1. Koryakov, Yuri B. (2002). Atlas of Caucasian Languages (PDF). Moscow: Institute of Linguistics, Russian Academy of Sciences. pp. 6–7.
  2. "Symbol Codes | Irish, Old Irish and Manx". Pennsylvania State University. Miġbur 26 October 2022.
  3. Daniel Paul O'Donnell. "The Pronunciation of Old English". University of Lethbridge Personal Web Sites. Miġbur 26 October 2022.

Mudell:Latin script