Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
Linja 102: Linja 102:
* [http://www.uefa.com/competitions/euro2012/index.html Sit uffiċjali]
* [http://www.uefa.com/competitions/euro2012/index.html Sit uffiċjali]
* [http://euro-2012news.com/ Aħbarijiet tal-Euro 2012 mill-Ukrajna]
* [http://euro-2012news.com/ Aħbarijiet tal-Euro 2012 mill-Ukrajna]
* [http://www.2012euro.fr/ Euro 2012]


[[Kategorija:Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012| ]]
[[Kategorija:Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012| ]]

Reviżjoni ta' 21:45, 21 Ottubru 2011

Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012
Mistrzostwa Europy w Piłce Nożnej 2012 Mudell:Ikona pl
Чемпіонат Європи з футболу 2012 Mudell:Ikona uk
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitanti  Polonja
 Ukrajna
Dati 8 ta' Ġunju – 1 ta' Lulju
Parteċipanti 16 (minn konfederazzjoni waħda)
Grawnds (f'8 ibliet ospitanti)
2008
2016

Il-Kampjonati Ewropej tal-Futbol 2012, magħrufin sempliċement bħala Euro 2012, se jkunu l-erbatax-il edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej, kompetizzjoni dedikata għat-timijiet nazzjonali tal-futbol tal-UEFA. Il-fażi finali tat-turnew se jsir ġewwa il-Polonja u l-Ukrajna bejn it-8 ta' Ġunju u l-1 ta' Lulju 2012.

Id-deċiżjoni li l-kompetizzjoni ssir ġewwa dawn iż-żewġ pajjiżi saret fit-18 ta' April, 2007, mill-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA. Din hi t-tielet darba fl-istorja li l-kompetizzjoni se tiġi ospitata minn żewġ pajjiżi, wara Belġju/Olanda tas-sena 2000, u Awstrija/Żvizzera tal-2008

Din se tkun l-aħħar darba li l-fażi finali se tinvolvi 16-il pajjiż, fejn għall-edizzjoni tal-2016 hu previst li n-numru ta' parteċipanti jiġi estiż għal 24. Il-fażi ta' kwalifikazzjoni se ssir bejn Awwissu 2010 u Novembru 2011.

Proċess tal-għażla tal-ospitu

Offerti

Għall-bidu, l-organizzazzjoni ta' dan l-avveniment kienet bejn ħames offerti minn seba' pajjiżi: Kroazja/Ungerija (ma' xulxin), il-Greċja, l-Italja, Polonja/Ukrajna (ma' xulxin), u t-Turkija.

Nhar it-8 ta' Novembru, 2005, il-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA naqqas il-lista tal-kandidati għal tlieta:[1]

Pajjiż Voti
Bandiera tal-Italja Italja 11
Bandiera tal-Kroazja Kroazja / Bandiera tal-Ungerija Ungerija 9
Bandiera tal-Polonja Polonja / Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 7
Bandiera tat-Turkija Turkija 6
Bandiera tal-Greċja Greċja 2

Fil-31 ta' Mejju, 2006, it-tliet offerti komplew it-tieni fażi tal-proċess billi bagħtu iktar dossiers dettaljati. F'Settembru tal-2006, il-UEFA wettqet żjarat fuq is-siti tal-pajjiżi kandidati. Fit-18 ta' April, 2007, ġewwa Cardiff, Wales, ġew magħżula l-organizzaturi. Ir-riżultati tal-votazzjoni kienu hekk:

Pajjiż Voti
Bandiera tal-Polonja Polonja / Bandiera tal-Ukrajna Ukrajna 8
Bandiera tal-Italja Italja 4
Bandiera tal-Kroazja Kroazja / Bandiera tal-Ungerija Ungerija 0

Proċedura tal-votazzjoni

Il-votazzjoni kellha ssir f'massimu ta' żewġ rawnds. Sabiex il-vot ikun validu, kellu jkun hemm kworum fil-kamra tal-laqgħat, jiġifieri, mill-inqas tmien membri tal-Kumitat, esklużi l-president u d-deputat li ma kellhomx id-dritt il-vot. Fl-ewwel rawnd, kull membru kellu vot wieħed. Minħabba li l-offerta tal-Polonja u l-Ukrajna kisbet maġġoranza assoluta ta' tmien voti, din tħabbret bħala r-rebbieħa u ma kienx hemm bżonn li jsir it-tieni rawnd.

Il-votazzjoni saret mill-membri tal-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA kompost minn 14-il membru:

La Carraro u lanqas Surkis ma setgħu jivvutaw fl-ebda votazzjoni, minħabba li kienu rappreżentati ta' pajjiżi kandidati. Din ħalliet tnax-il vot disponibbli għat-tliet offerti.

Kandidati oħra

Italja

Kroazja u Ungerija

Referenzi

  1. ^ Chaplin, Mark (08-11-2005). UEFA (ed.). "Trio in EURO 2012 running" (bl-Ingliż). Parametru mhux magħruf |aċċess= injorat (forsi ridt tuża |data-aċċess= minflok) (għajnuna); Iċċekkja l-valuri tad-data f': |data= (għajnuna)

Ħoloq esterni