Yulia Savicheva

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Yulia Savicheva
Twelid 14 ta' Frar 1987 (1987-02-14) (età 22)
Kurgan, Russja
Sit uffiċjali www.savicheva.ru
Julija Stanislavovna Savičeva.jpg

Yulia Savicheva (bir-Russu: Юлия Савичева) (Kurgan, 14 ta' Frar 1987) hi kantanta Russa li ħadet sehem fil-Festival tal-Eurovision 2004 li sar f'Istanbul, fit-Turkija.

Yulia twieldet minn familja ta' mużiċisti fil-belt ta' Kurgan lejn naħ tas-Siberja, fil-Lbiċ tal-Muntanji Ural. L-ewwel esperjenza fuq il-palk kienet fl-età ta' erba' snin, mal-grupp Agata Kristi. Wara bdiet tipparteċipa ma' grupp taż-żfin, fejn minkejja l-età li kellha, hi kienet bħala solista. Sena wara, meta kellha sitt snin, il-grupp (fejn missierha kien jaħdem ukoll) kien mistieden biex jaħdem f'Moska. Hemmhekk, hi pparteċipat f'diversi avvenimenti mużikali fiċ-ċentru rikreazzjonali ta' MAI.

Il-ħin liberu tagħha kienet tqattgħu ma' mużiċisti fiċ-ċentru rikreazjonali jew fit-teatru. L-ewwel apparenza mportanti, kienet parti fiċ-ċentru rikreazzjonali fi żmien l-ewwel tas-sena, fejn kienet ukoll l-ewwel darba li tħallset u fejn Yulia kellha titgħallem iż-żfin ballroom. Fl-istess żmien, hi kienet ukoll qed tistudja fl-iskola u tipparteċipa fil-grupp taż-żfin "Zhuravushka".

Bil-potenzjal kreattiv tagħha rnexxielha tikseb stedina minn L. Azadanova biex Yulia tingħaqad mal-grupp, u hi hekk għamlet. Kif f'dan iż-żmien li Yulia bdiet tkanta kif ukoll tiżfen. Wara dan, fl-2001, il-produttur Poleiko stedinha biex tieħu sehem fl-ispettaklu tal-ewwel tas-sena fil-Katidral ta' Kristu Salvatur, fejn hi rnexxielha tagħmlu b'suċċess kbir u ġiet magħżulha biex terġa' tipparteċipa s-sena ta' wara.

F'Marzu 2003, Fabrika Zvedzd (Star Factory) beda t-tieni staġun tiegħu. Il-produttur tal-proġett, Maxim Fadeev, kien diġà avviċina lil Yulia meta din kienet taħdem bħala vokalista fl-album tal-artista Russa Linda, "Vorona" fl-1996. Minkejja li Yulia pparteċipat fil-festival, hi kienet eliminata fis-semi-finali. Madanakollu, il-kanzunetti tagħha saru popolari, fosthom "Korabli" (Vapuri), "Vysoko" (Għoli) u "Prosti Za Lyubov" (Aħfirli Jekk Inħobbok); u Yulia wara rritornat billi ppreżentat dan il-programm.

F'Marzu 2004, Yulia pparteċipat f'festival ieħor, "World's Best", u f'Mejju hi rebħet il-ħdax-il post fil-festival tal-Eurovision bil-kanzunetta, "Belive Me" (Emminni). L-ewwel album kien finalment maħruġ fl-2005 bit-titlu "Vysoko" (Għoli). Madwar nofs il-materjal tal-album kien miktub mal-mużiċisti tal-grupp "Total".

F'Awissu 2005, Yulia kitbet il-kanzunetta "Esli V Serdtse Zhivet Liubov" (Jekk l-Imħabba Tgħix f'Qalbek), li saret il-kanzunetta uffiċċjali tas-serje televiżiva "Ne Rodis' Krasivoi" (Ma Twelidtx Sabiħ) fuq STS. Il-kanzunetta saret ukoll popolari u ħarġet isem tal-istess isem. F'Ġunju 2006 hi ħarġet l-album "Magnet" (Kalamita), fejn Anastasia Maksimova kitbet il-parti l-kbira tal-kanzunetti.

F'Settembru 2007 hi kellha xi kunċerti f'Tokjo u Osaka fil-Ġappun, u wara dan, fi Frar 2000 hi ħarġet l-album il-ġdid "Origami" li hi kelma Ġappuniża.

[editja] Diskografija

2005: Высоко (Aktar 'il Fuq)

  1. Высоко
  2. Корабли
  3. Отпусти меня
  4. Стоп
  5. Прощай моя любовь
  6. Пока
  7. Все для тебя
  8. Бежать, лететь
  9. Прости за любовь
  10. Я с тобой
  11. Believe me

2005: Если В Сердце Живёт Любовь (Jekk l-Imħabba Tgħix f'Qalbek)

  1. Если В Сердце Живёт Любовь
  2. Высоко (Diretta)
  3. Корабли (Diretta)
  4. Отпусти Меня (Diretta)
  5. Стоп (Diretta)
  6. Прощай, Моя Любовь (Diretta)
  7. Пока (Diretta)
  8. Все Для Тебя (Diretta)
  9. Бежать, Лететь (Diretta)
  10. Прости за Любовь (Diretta)
  11. Я С Тобой (Diretta)

2006: Магнит (Kalamita)

  1. Привет
  2. Если в сердце живёт любовь
  3. Здравствуй, это я
  4. Легкие
  5. Мало
  6. Виноград
  7. Как твои дела
  8. Я хочу в твои глаза
  9. Седьмое небо

2008: Оригами (Origami - kelma Ġappuniża)

  1. Любовь-Москва
  2. Выше Звезд
  3. Никак
  4. Ядерный Взрыв
  5. Зима
  6. Половинка
  7. Это Судьба (Дуэт С А. Макарским)
  8. Послезавтра
  9. Кто-То Придумал Любовь
  10. Пепел
  11. Никак

[editja] Ħoloq esterni