KV Mechelen

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn YR KV Mechelen)
KV Mechelen
Isem sħiħ Yellow Red Koninklijke
Voetbalclub Mechelen
Ismijiet oħra De Kakkers
Fundazzjoni 1904
Grawnd Argosstadion Achter de Kazerne, Mechelen
Kowċ Danny Buijs (en) Translate
Kampjonat L-Ewwel Diviżjoni
L-ewwel
It-tieni
Sit uffiċjali

Yellow Red Koninklijke Voetbalclub Mechelen[1] (spiss sempliċement imsejħa KV Mechelen jew KV, jew mill-ismija Franċiż preċedenti tagħhom FC Malinois), huwa klabb tal-futbol professjonali Belġjan, ibbażat ġewwa l-belt ta' Mechelen fil-provinċja ta' Antwerp. KV Mechelen jilgħabu fl-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Huma rebħu erba kampjonati Belġjani u Tazza Belġjana waħda, kif ukoll it-Tazza tat-Tazez Ewropej 1987-88. Huma ġabru l-unuri kollha tagħhom fl-1940ijiet u fit-1980ijiet.

KV Mechelen twaqqaf fl-1904 u fl-istaġun 1921–22, ġew promoss għall-ewwel diviżjoni. Wara żewġ relegazzjoni u promozzjoni suċċessivi, dawn kienu lura għat-tajjeb bejn l-istaġuni 1928–29 u 1955–56. Fis-1960ijiet u fis-1970ijiet, il-klabb kellhu diversi promozzjonijiet u relegazzjonijiet bejn l-ewwel u tieni diviżjoni. Mill-1983–84 sal-1996–97, huma kellhom perjodu ta' suċċess fl-ewwel diviżjoni, b'titolu u diversi finituri fit-tieni u t-tielet post. Matul dak il-perjodu, huma rebħu wkoll it-Tazza tat-Tazez Ewropej u dawn laħqu semi-finali fl-istess kompetizzjoni kif ukoll il-kwarti tal-finali tat-Tazza Ewropea. KV Mechelen eventwalment naqsu fl-aħħar tad-1990ijiet, għalkemm kellhom żewġt perjodi aktar fl-ogħla livell mill-1999–2000 sal-2000–01 u fl-2002–03. Fl-aħħar ta' dak l-istaġun, il-klabb ma rċievix il-Liċenzja Belġjana tal-futbol professjonali, u għalhekk dawn kienu relegati għat-tielet diviżjoni. Wara żewġ promozzjonijiet fl-istaġuni 2004–05 u 2006–07, KV Mechelen waslu lura għall-ewwel diviżjoni.

Il-klabb jilbes flokkijiet sofor bl-istrixxi ħomor b'xorts u kalzetti suwed. Huma jilgħabu l-logħob f'darħom fl-Argosstadion Achter de Kazerne, fejn Argos huwa l-isponsor tal-grawnd tagħhom u Achter de Kazerne tfisser Behind the Barracks. Il-grawnd ġie msemmi hekk minħabba kwartieri użati viċin il-grawnd. Il-partitarji ta' KV Mechelen għandhom rivalità fit-tul ma' KRC Mechelen.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-klabb kien twaqqaf fl-1904, ftit xhur wara t-twelid tar-rivali KRC Mechelen. Il-klabb kellu l-ewwel perjodu ta' suċċess fl-1940ijiet. Matul it-Tieni Gwerra Dinjija, fl-1943, il-klabb rebaħ l-ewwel titlu domestiku tiegħu. It-tieni titolu wasal ftit snin wara, fl-1946, u fl-1948 il-klabb kien ta' suċċess mill-ġdid. Wara dan, il-klabb waqa lura. Fl-1954, huma rnexxielhom jispiċċaw it-tielet, punt wieħed biss wara ċ-ċampjins RSC Anderlecht, iżda kien l-aħħar staġun tajjeb tagħhom. Sentejn wara, Mechelen ġew relegati għat-tieni diviżjoni. Matul is-60ijiet u s-70ijiet, Mechelen marru l-fuq u l isfel bejn l-ewwel u t-tieni diviżjoni.

Il-klabb gawda perjodu suċċessiv kemm domestiku u kemm Ewropew bejn is-snin 1987–1992. Matul dawn il-5 istaġuni, Mechelen rebħu kampjonat Belġjan u titolu tat-tazza Belġjana. Huma wkoll lestew it-tieni fil-kampjonat Belġjan darbtejn u tilfu l-finali tat-tazza Belġjana darbtejn. Wara li rebħu it-titolu tat-tazza domestika fl-1987, huma kkwalifikaw għat-Tazza tat-Tazez Ewropej, huma lestew il-kisba straordinarja billi rebħu dan it-turnew fl-1988. Mechelen huwa l-aħħar tim Belġjan li rebaħ trofew Ewropew.

KV Mechelen deher li kien fit-triq tiegħu li ssir wieħed mill-aqwa klabbs fil-Belġju, iżda malajr naqsu meta ċ-ċermen tagħhom Cordier (li ġab il-proprjetà tad-drittijiet għal ħafna plejers) kien imġiegħel biex ibiegħ ħafna plejers minħabba riżultati ħżiena tal-kumpanija tiegħu. Fl-10 ta' Ġunju 2007, it-tim kiseb il-promozzjoni għall-Ewwel Diviżjoni Belġjana. Sentejn wara fl-2009, KV Mechelen lagħbu l-finali tat-Tazza Belġjana, iżda sfortunatament tilfu 2–0 kontra KRC Genk. Sena wara dan, huma tilfu fis-semi finali bid-dro ta' 2–2 u 1–0 kontra KAA Gent. Wara suċċess li għamel fl-2010 u erba' staġuni għall-Mechelen, il-kowċ Peter Maes iddeċieda li jħalli u ffirma kuntratt ta' erba' snin ma' Sporting Lokeren. Malinwa għamel ftehim ma' Marc Brys biex jieħu f'idejha il-kariga ta' Maes.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Domestiċi[immodifika | immodifika s-sors]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Parteċipazzjoni fl-Ewropa[immodifika | immodifika s-sors]

Minn Diċembru, 2008.
Kompetizzjoni A L R P T GF GK
Tazza Ewropea / UEFA Champions League 1 6 2 3 1 9 3
Tazza tat-Tazez Ewropej 2 17 13 3 1 26 8
UEFA Cup / UEFA Europa League 4 14 3 5 6 14 15
UEFA Super Cup 1 2 1 0 1 3 1

Logħob[immodifika | immodifika s-sors]

  • K = rawnd tal-kwalifikazzjoni
  • R = rawnd
  • Grupp = fażi tal-gruppi / Grupp 1 = l-ewwel fażi tal-grupp / Grupp 2 = it-tieni fażi tal-grupp
  • 1/8 = l-aħħar tminja / 1/4 = kwarti tal-finali / 1/2 = semi-finali
  • F = finali
  • PKU = punti tal-koeffiċjent tal-UEFA
  • PO = Play-Offs
Staġun Kompetizzjoni Rawnd Pajjiż Klabb Riżultat
1987–88 Tazza tat-Tazez Ewropej 1R Rumanija Dinamo Bucureşti 1–0, 2-0
2R Skozja St. Mirren 0–0, 2-0
1/4 Unjoni Sovjetika Dinamo Minsk 1–0, 1-1
1/2 Italja Atalanta 2–1, 2-1
F Netherlands Ajax 1–0
1988 UEFA Super Cup F Netherlands PSV 3–0, 0-1
1988–89 Tazza tat-Tazez Ewropej 1R Lussemburgu Avenir Beggen 5–0, 3-1
2R Belġju Anderlecht 1–0, 2-0
1/4 Ġermanja Eintracht Frankfurt 1–0, 0-0
1/2 Italja Sampdoria 2–1, 0-3
1989–90 Tazza Ewropea 1R Norveġja Rosenborg 5–0, 0-0
2R Żvezja Malmö FF 4–1, 0-0
1/4 Italja Milan 0–0, 0-2 (ĦS)
1990–91 UEFA Cup 1R Portugall Sporting CP 2–2, 0-1
1991–92 UEFA Cup 1R Greċja PAOK 0–1, 1-1
1992–93 UEFA Cup 1R Żvezja Örebro 2–1, 0-0
2R Netherlands Vitesse 0–1, 0-1
1993–94 UEFA Cup 1R Żvezja IFK Norrköping 1–1 (ĦS), 1-0
2R Ungerija MTK Hungária 5–0, 1-1
3R Italja Cagliari 1–3, 0-2

Sommarju tal-aħjar riżultati[immodifika | immodifika s-sors]

(2 tazez)

Tazza Ewropea/UEFA Champions League:

- kwarti-finalisti fl-1990

UEFA Cup Winners' Cup (1):

- rebbieħa fl-1988
- semi-finalisti fl-1989

UEFA Super Cup (1):

- rebbieħa fl-1988

Kowċis[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]