Wikipedija:Pjazza/Arkivju 2008-9

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

[editja] Diskussjonijiet bħalissa

Dan il-kumment hu biss sommarju/taqsira ta' dak li qed isir/għandu jsir u ta' diskussjonijiet (li naħseb jien) huma ta' importanza u/jew għadhom ma ġewx solvuti.

  • Il-kwistjoni tal-ismijiet tal-buttuni u tal-ħoloq tal-Wikipedija:
Verżjoni kurrenti Proposti
Issejvja l-paġna Salva l-paġna; Erfa' l-paġna; Żomm it-tibdil; Ippublika
Uri anteprima Uri previżjoni; Uri kif se tidher
Uri t-tibdiliet Uri t-tibdil, Uri l-bidliet
  • Termini tekniċi li jintużaw fuq il-Wikipedija
Verżjoni kurrenti Proposti
Stub Abbozz; Bdejju; Bidu żgħir; Loqma; Nibbieta
Ipprintjar Stampar
Modifka minuri Modifka żgħira; Bidla żgħira; Bidla minuri
Link Ħolqa; Rabta; Sensiela
Namespace Spazju tal-isem; Kexxun tal-isem
Ċaqlieq Mixi/Tmexxih/Tmexxija
Blokkar Imblukkar
Ħoloq oħra Ħoloq esterni; Links esterni
Editja (tas-sezzjonijiet) Immodifika
  • Spazji tal-isem/Namespaces, gruppi, reġistri
  1. Bżonn kbir li xi spazji tal-isem jitbiddlu u oħrajn li jiġu kkreati (speċjalment Mudell, Għajnuna u Portal)


  • Kunsens fuq il-ktiba tal-Malti
  1. Bżonn li nagħtu daqqa t'għajn lejn ir-regoli l-ġdid tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti (ħolqa)
    1. It-ta' l-, ma' l-, u sa l- ġew mibdula għal tal-, mal-, u sal- rispettivament
    2. Meta jinkitbu l-ismijiet ta' xi kliem bħal l-Istati Uniti, l-Istadju, l-Istrina, dawn għandhom jinkitbu b'I kbira jew żgħira (l-Istati Uniti jew l-iStati Uniti)
  2. Ismijiet ta' xi pajjiżi
    1. L-aktar diskussi huma Svezja/Żvezja, Bosnia u Ħerżegovina/Bożnija u Ħerżegovina, Israel/Iżrael, Iżlanda/Islanda, u xi oħrajn.


Skużawni talli forsi kont daqxejn impulsiv (eżattament minix) imma ħassejt li kien hemm bżonn ta' dan ir-rijassunt fuq dak li qed jiġri fuq il-Wikipedija (b'diskussjoni għadhom miftuħa). Għandna nagħtu kas dwar x'jista' jsir dwar l-ispazji tal-isem, kif jistgħu jitbiddlu etċ, għax se naħlu l-ħin biex noqgħodu nimmodifikaw il-paġni biex nirranġaw l-ispazji tal-isem li tbiddlu. Nisma' mingħandkom. Chrisportelli 09:36, 27 Awwissu 2008 (UTC)

L-Ismijiet tan-namespace u ir-reġistri sadanitant ma ġara xejn dwarhom. --Gian 07:29, 5 Settembru 2008 (UTC)

Skont il-Kunsill Nazzjonali tal-Malti, dawn huma xi ftit ismijiet bil-verżjoni t-tajba: Żvezja, Iżlanda, Żvizzera, Strażburgu u Liżbona. Chrisportelli 07:07, 6 Settembru 2008 (UTC)

Chris, dwar l-i tal-leħen, il-Kunsill ikkumenta fuqha jew le? "Leli Forte 09:09, 10 Settembru 2008 (UTC)"

Fuq l-i għadni ma sibtx soluzzjoni tagħha. Meta kont bagħt lill-Kunsill minħabba dilemma dwar il-pajjiżi kitbu l-ismijiet tal-pajjiżi hekk: l-Iżvezja, l-Iżvizzera. Ma nafx issa hi aċċettata taħt din il-forma jew kitbuha hekk mingħajr ma qagħdu jagħtu kas dwar il-ktiba. Xi darba din il-ġimgħa nipprova nibgħatilhom... jekk trid tista' tipprova fuq kunsilltalmalti@gov.mt Chrisportelli 10:37, 10 Settembru 2008 (UTC)

Grazzi. "Leli Forte 10:52, 10 Settembru 2008 (UTC)"

[editja] Pawża żgħira

Ħbieb ħa jkolli nillarga naqra għal xi jumejn minħabba x-xogħol. Intant, għandu jkun hawn Joe. Jekk hemm xi affarijiet urġenti, tistgħu xorta tikkuntattjawni b'email. Grazzi --Roderick Mallia 20:30, 2 Settembru 2008 (UTC)

[editja] Traduzzjoni tal-prefissi fil-wikilinks

Ħbieb, sfortunatament l-amministraturi fuq betawiki m'avżaw lill ħadd qabel m'għamlu checkout tat-traduzzjonijiet. Bil-konsekwenza li numru sew ta' prefissi fil-wikilinks inkisru. L'amministraturi lokali m'għandhomx l'għodda meħtieġa biex jaqilbu il-ħoloq f'daqqa. Ħallejt messaġġ fuq betawiki. Jekk ma tinsabx soluzzjoni hemm, niftaħ ticket fuq Bugzilla. Saħħa--Joelemaltais 21:28, 12 Settembru 2008 (UTC). postedit 13 Settembru 2008: Skużawni kont assumejt ħażin - il-problema li għaliha kont qed nirreferi kienet ikkawżata minn forma li ġiet mibdula u mmexxija min Gian. Ma sar ebda checkout minn beta għal-MessagesMt.php. Mindaqshekk ħtaft l'opportunità nipprova niċċara il-proċess ta' check-out minn Betawiki (cf. il-ħolqa fuq) Tislima --Joelemaltais 21:32, 13 Settembru 2008 (UTC)

Bir-rispett kollu tista' tgħidilna, x'checkout hi din? għax sa fejn naf jien fuq Betawiki ma jistgħu jagħmlu xejn qabel ma jkun hemm rikjesta formali mill-komunità tat-tradutturi Maltin.

Barra minn hekk sa xahar ilu ntlaħħaq kunsens fuq l-ismijiet tan-namespaces kif għandhom isiru bil-Malti u l-ebda amministratur minn dak in-nhar l'hemm ma tniffes.

Tistgħu tagħtuna ħjiel ta' x'qiegħed jiġri, jekk jogħġbok u għaliex qegħdin iddumu daqshekk biex tieħdu azzjoni.

Grazzi

--Gian 17:37, 13 Settembru 2008 (UTC)

Tibża xejn Ġian dejjem fuq kunsens ħdimna hawn.. u bir-rispett kollu forsi kont taf tikkonsulta int qabel ma bdilt din il-forma http://mt.wikipedia.org/w/index.php?title=Template:Urikategorija&action=history jekk ma kontx taf x'qed tagħmel :))
Dak li qed jiġri hu trasparenti mill-autidtrail kemm hawn kif wkoll fuq betawiki - xejn iżjed, xejn anqas. L'unika haġa li qiegħed nagħmel li mhix trasparenti hi li qed nikteb patch għal-omegawiki biex forsi il-quddiem kliem ġdid jiġi diskuss fid-diżżjunarju u miżmum f'lok wieħed u mhux mifrux fil-pjazza. Mindaqshekk għalissa ikkunsidraħ bħala distrazzjoni u pjaċir personali tiegħi li m'għandu x'jaqsam xejn ma mt.wiki.
Il-proċess ta checkout fuq betawiki mhux ċar u kont diġa tlabt spegazzjoni hemmhekk xhar ilu... u tibża xejn din id-darba ser nibqa ninsisti. B'tislima --Joelemaltais 20:19, 13 Settembru 2008 (UTC)
Jien qatt ma kont niddubita li qiegħed tagħmel xogħol tajjeb. Dwar Template:Urikategorija ma rajtx li kien hemm bżonn kunsens fuqha. Kemm qlibt mill-ingliż għal malti (għax hawnhekk nagħmlu użu mill-Malti ġeneralment :)), għaldaqstant ir-rindirizz minn Template:Showcategory baqgħet hemm allura m'għamlet l-ebda effett fil-Wikipedija. Prosit u nawguralek fuq ix-xogħol li qiegħed tagħmel fuq Omegawiki. --Gian 21:22, 13 Settembru 2008 (UTC)
Sieheb, sfortunatament għamlet effett :-| Fil-forom li jiġu trasklussi (transcluded) ir-rindirizz ma jaħdimx - però hija strambezza ta' Mediawiki - u mhux la' kemm tiġik f'moħħok - anke lili damet ma ġietni f'rasi :)). Mindaqshekk għandek raġjun - l'isem tal-forma trid tinbidel. --Joelemaltais 21:48, 13 Settembru 2008 (UTC)


Skont Roderick, bħalissa qed jippruvaw jagħmlu xi rikjesta fuq bugzilla. Chrisportelli (d) 17:41, 13 Settembru 2008 (UTC)