Westport (Irlanda)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Il-pabb ta' Matt Molloy

.

Westport huwa raħal żgħir li jinsab fil-punent tar-Repubblika tal-Irlanda, u jagħmel parti minn County Mayo. Kull ma hemm jgħixu huwa 5,140 ruħ biss. Bil-Gejliku, il-post jismu Cathair na Mart, li tfisser Il-Belt taċ-Ċanga. Madanakollu, dan ir-raħal huma magħruf l-aktar permezz tal-isem Westport. Castlebar jinsab ftit kilometri 'l bogħod minn dan ir-raħal.

Dan il-post huwa magħruf għat-tluq tal-pellegrini li jitilgħu mal-muntanja ta' San Patrizju, Croagh Patrick, li tinsab għaxar kilometri biss 'il bogħod. Il-qalba tal-belt kienet imfassla minn James Wyatt fl-1780, u magħha ġġelben ix-xmara Carrow Beg. Bridge Street hija magħrufa mal-Irlanda kollha għall-pabbijiet li joffru mhux biss birra tajba imma mużika folk tal-għola kwalità.

Il-mimmi t'għajnejhom huwa l-pabb ta' Matt Molloy, li tiegħu l-istess sid huwa l-flawtista tal-grupp The Chieftains. Fuq in-naħa ta' wara tal-pabb hemm ir-rokna msejħa The Yard, fejn ħafna mill-mużiċisti ewlenin fil-pajjiż taw kunċert f'bitħa li tesa' ftit aktar minn mitt ruħ.

Il-masġar ta' Brackloon jintleħaq malajr minn Westport. Immexxi minn Coillte, l-aġenzija nazzjonali ta' l-imsaġar, huwa fih għadd ta' siġar indiġeni għall-Irlanda, u qed isir attenat sabiex siġar invażivi barranin jitneħħew u minflokhom jikbru dawk Irlandiżi.

Referenzi[editja]

Sit turistiku ta' Westport