Urugan Felix (2007)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Felix 02 sept 2007 1810Z.jpg

L-Urugan Felix kien is-sitt uragwan li ngħata isem, it-tieni urugan u t-tieni urugan ta' kategorija 5 fl-istaġun Atlantiku tal-urugani fl-2007. Ifforma minn mewġa tropikali fil-31 ta' Settembru, għadda minn naħa t'isfel tal-Gżejjer Windward fl-1 ta' Settembru qabel issaħħaħ u ħa l-istatus ta' urugan. Jum wara, fit-2 ta' Settembru, Felix issaħħaħ f'daqqa f'urugan kbir, u kmieni fit-3 ta' Settembru ġie avvanzat għall-istatus ta' kategorija 5; fid-2100 UTC tat-3 ta' Settembru l-urugan niżel għall-istatus ta' kategorija 4, imma reġa' żied għall-kategorija 5 fil-1040 UTC. Felix kompla l-mixja tiegħu lejn il-fruntiera t'isfel bejn in-Nikaragwa u l-Ħonduras fir-reġjun storiku magħruf bħala l-Kosta Mosquito.

Storja Meteoroloġika[editja]

Mewġa Tropikali bdiet mixja mill-kosta ta' l-Afrika fl-24 ta' Awissu, b'mixja lejn il-punent b'veloċità ta' madwar 14-il mil fis-siegħa (23km/h). Fil-25 ta' Awissu satellita viżibli indikat ċiklun lejn in-naħa ta' fuq taż-Żona tal-Konverġenza Intertropikali. Il-mewġa kompliet tiżviluppa f'konvenzjoni moderata għal b'saħħitha, u fis-26 ta' Awissu fl-1012 żviluppat żona ta' pressjoni baxxa f'madwar 830 mil (1,340km) fil-punent il-lbiċ ta' Praia, il-Kape Verde.

Preparazzjonijiet[editja]

Minn meta Felix sar ċiklun tropikali, avviż ta' maltempata tropikali ħareġ għal San Vinċenz u l-Grenadi, it-Tobago, u l-Grenada u l-artijiet tal-madwar; li dehret maltempata fil-qrib ħarġet ukoll għall-kosta tal-grigal tal-Venezwela minn Cumanà sa Pedernales, li jinkludu Isla Margarita, kif ukoll il-Gżejjer ABC. Il-Maniġment ta' l-Aġenzija ta' l-Emerġenza Nazzjonali ta' Tabago kien kollhu attivat, b'79 xelter miftuħa fil-gżira. Meta Felix kompla bħala l-istatus ta' maltempata tropikali, l-għassa fil-Gżejjer ABC ġiet imsaħħa għall-avviż ta' maltempata tropikali. Kmieni fit-2 ta' Settembru deher ġej urugan, b'hekk numru ta' turisti ġew imħeġġa biex jitilqu b'ajruplan qabel tilħaq tasal il-maltempata. Kmieni fit-2 ta' Settembru l-gvern tal-Ġammajka għamel avviż li dehret maltempata tropikali qrib il-gżira, li ġie mħasar hekk kif l-urugan niżel lejn in-naħa t'isfel. Tard fit-2 ta' Settembru, avviż li dehret maltempata tropikali ħareġ għal Grand Cayman.

Fit-0300 UTC tat-3 ta' Settembru, il-gvern tal-Ħonduras għamel rapport li deher urugan ġej minn El Limon għall-fruntiera tal-Ħonduras u n-Nikaragwa, li sar urugan sitt sigħat wara r-rapport; fl-istess ħin, l-urugan deher jestendi lejn il-punent għall-fruntiera tal-Ħonduras u l-Gwatemala. l-uffiċċjali ordnaw evakwazzjoni ta' l-abbitanti fiż-żoni baxxi madwar il-kosta; sa nofsinhar tat-3 ta' Settembru, madwar 300 turist ġew evakwati mid-dipartiment ta' Bay Islands, b'400 oħra bdew jippreparaw biex jitilqu bl-ajruplan; total ta' 2,000 ruħ ġew evakwati miż-żoni kostali. Fit-1500 UTC il-gvern tan-Nikaragwa ħareġ avviż t'urugan minn Puerto Cabezas lejn il-fruntiera nazzjonali ta' fuq.

L-urugan deher ġej għall-kosta tal-Karibbew tal-Gwatemala u qrib il-kosta ta' Beliz f'1200 UTC fit-3 ta' Settembru.