Tranquillo Barnetta

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Tranquillo Barnetta
Tranquillo Barnetta 2006-11-15.jpg
Informazzjoni personali
Isem sħiħ Tranquillo Barnetta
Twelid 22 ta' Mejju 1985 (1985-05-22) (27 sena)
St. Gallen
Pajjiż Bandiera tal-Iżvizzera Żvizzera
Tul 1.78 m
Rwol Midfilder
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb kurrenti Bayer Leverkusen
Numru 7
Klabbs ġovanili
1991–1996 FC Rotmonten St. Gallen
1996–2002 St. Gallen
Klabbs professjonali*
Snin Klabb Preż Gwls
2002–2004 St. Gallen 60 (12)
2004– Bayer Leverkusen 156 (21)
2004–2005 Hannover 96 (self) 7 (2)
Tim nazzjonali
2004– Żvizzera 55 (6)
* Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku.
Aġġornament: 12:44, 11 Settembru 2010 (UTC)

Tranquillo Barnetta (St. Gallen, 22 ta' Mejju 1985) hu plejer tal-futbol Żvizzeru li jilgħab bħala midfilder ma' Bayer Leverkusen u mat-tim nazzjonali Żvizzeru.

Minkejja li għandu oriġini Taljani (il-ġenituri tiegħu ġejjin mill-provinċja ta' Bergamo), minn dejjem kien joqgħod l-Iżvizzera.[1]

Werrej

[editja] Karriera

[editja] Klabb

Barnetta beda l-karriera tiegħu mal-klabb lokali ta' St. Gallen, u nxtara f'Jannar tal-2004 mill-klabb Ġermaniż ta' Bayer Leverkusen. Fl-ewwel staġun fil-Ġermanja, ġie msellef lil Hannover 96, u rritorna lura f'Marzu tal-2005. Il-perjodu ma' dan il-klabb kien wieħed sfortunat hekk kif sofra minn problemi fil-ligamenti waqt logħba internazzjonali kontra l-Iżrael, li ħallietu sitt xhur barra mill-azzjoni.

Wara prestazzjonijiet konviċenti matul it-Tazza tad-Dinja li saret il-Ġermanja, Barnetta sar regulari fl-iskwadra ta' Bayer. Matul is-sajf 2009 kien hemm xniegħat li seta' jitlaq jitlaq minn ma' Bayer speċjalment bil-wasla ta' Toni Kroos taħt self. Madanakollu, matul l-istaġun 2009–10 reġa' kiseb il-forma tiegħu u kkontribwixxu mhux ftit għal perjodu imbatibbli tat-tim fl-ewwel nofs tal-istaġun.

[editja] Internazzjonali

Barnetta ġie msejjaħ fost l-iskwadra għall-Kampjonati Ewropej 2004 imma ma lagħab l-ebda logħba. Matul it-Tazza tad-Dinja 2006, hu skorja t-tieni gowl tal-Iżvizzera fil-konfront mirbuħ kontra t-Togo, però falla penalty waqt l-għoti tal-penalties kontra l-Ukrajna li spiċċaw 3–0 favur dawn tal-aħħar u suċċessivament fisser eliminazzjoni għat-tim Żvizzeru. Hu kien parteċipi fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2010, fejn pajjiżu għaddew għall-fażi finali bħala l-ewwel mill-grupp.

[editja] Referenzi

[editja] Ħoloq esterni

Għodda personali
Spazji tal-isem

Varjanti
Azzjonijiet
Navigazzjoni
Komunità
Għodda
F'lingwi oħrajn