Tim nazzjonali tal-futbol tal-Galles
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Wales hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' l-Wales. Hu mmexxi mill-Football Association of Wales u hu fost l-eqdem timijiet tal-futbol li jeżisti. Alavolja mhuwiex wieħed mill-aqwa timijiet tad-dinja, Wales xi kultant toħloq sorpriża u anki jrnexxielha tirbaħ lill-aqwa timijiet.
Alavolja parti mir-Renju Unit, Wales dejjem kellha r-rappreżentanti tagħha li jilagħbu f'kampjonati professjonali, imma mhux fil-Logħob Olimpiku minħabba li l-Kumitat Internazzjonali Olimpiku jirrikonoxxi biss lir-Renju Unit.
Fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għall-Euro 2008, Wales spiċċaw fi Grupp D flimkien mal-Ġermanja, ir-Repubblika Ċeka, l-Islovakkja, ir-Repubblika Irlandiża, Ċipru u ma' San Marino.
Werrej |
[editja] Storja
[editja] Is-Snin tal-Bidu
Wales lagħbu l-ewwel logħba kompetittiva fil-25 ta' Marzu 1876 kontra l-Iskozja fi Glasgow, fejn hu hu t-tielet l-eqdem tim tal-futbol fid-dinja. Alavolja l-Iskoċċiżi rebħu f'din l-ewwel logħba 4-0, partita ta' ritorn kienet ippjanata f'Wales is-sena ta' wara u għalhekk dik kienet l-ewwel logħba internazzjonali ta' Wales ġewwa darhom, fejn intlagħbet fil-5 ta' Marzu 1887. L-Iskozja reġgħet rebħet, din id-darba 2-0.
L-ewwel logħba ta' Wales kontra l-Ingilterra kienet fl-1879 - telfa ta' 2-1 f'Kennington Oval, Londra u fl-1882 Wales lagħbet ma' l-Irlanda ta' Fuq għall-ewwel darba u rebħet 7-1 f'Wrexham.
L-assoċċazzjonijiet ta' l-erba' pajjiżi tar-Renju Unit iltaqgħu f'Manchester nhar is-6 ta' Diċembru 1882, biex iniżżlu r-regoli importanti għal din il-logħba. Din il-laqgħa rat il-bidu tal-Board ta' l-Assoċċazzjoni tal-Futbol Internazzjonali (International Football Association Board) jew l-IFAB. Din l-organizazzjoni kienet se tapprova xi bidliet fir-regoli, xogħol li dawn l-erba' assoċċazzjonijiet għadhom jagħmlu sal-lum il-ġurnata.
Fl-istaġun 1883/84 ra l-formazzjoni tal-British Home Championship, kampjonat li kien milgħub kull sena bejn l-Ingilterra, l-Iskozja, l-Irlanda ta' Fuq u Wales, sa l-istaġun 1983/84. Wales kienet rebbieħa għal tnax-il darba - 5 darbiet minnhom kienu maqsumim bejn iż-żewġ finalisti.
Il-Federazzjoni tal-Futbol ta' Wales (FAW) saret membru tal-FIFA fl-1906, imma r-relazzjoni bejn il-FIFA u l-assoċċazzjoni Brittanika ma tantx kienet tajba u n-nazzjonijiet Brittaniċi rtiraw mill-FIFA fl-1928 wara diskussjonijiet fuq il-ħlas tal-plejers dilettanti. Bħala riżultat, Wales ma ħaditx sehem fl-ewwel tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja.
Fl-1932 Wales lagħbet kontra r-Repubblika Irlandiża, fejn din kienet l-ewwel darba li lagħbu kontra tim barra mill-erba' timijiet tar-Renju Unit. Sena wara, Wales lagħbet barra mir-Renju Unit għall-ewwel darba meta huma lagħbu kontra Franza f'Pariġi; il-partita spiċċat 1-1.
[editja] L-Iskwadra ta' Wales
Gowlers:
Difensuri:
Midfielders:
- Andrew Crofts
- Simon Davies
- Mark Jones
- Jason Koumas
- Joe Ledley
- David Vaughan
- Carl Robinson
- Carl Fletcher
- Chris Llewellyn
Attakkanti:
[editja] Storja tal-Kompetizzjonijiet
[editja] Tazza tad-Dinja
- 1930 sa l-1938 - Ma ħaditx sehem
- 1950 sa l-1954 - Ma kkwalifikatx
- 1958 - Kwarti tal-Finali
- 1962 sa l-2006 - Ma kkwalifikatx
[editja] Kampjonati Ewropej
- 1960 - Ma ħaditx sehem
- 1964 sa l-2008 - Ma kkwalifikatx
[editja] Plejers
[editja] Plejers famużi tal-passat
|
|
|
[editja] L-Aktar Apparenzi
| # | Isem | Karriera | Partiti | Gowls |
|---|---|---|---|---|
|
|
Neville Southall | 1982-1997 |
|
|
|
|
Gary Speed | 1990-2004 |
|
|
|
|
Dean Saunders | 1986-2001 |
|
|
|
|
Peter Nicholas | 1979-1991 |
|
|
|
|
Ian Rush | 1980-1996 |
|
|
|
|
Mark Hughes | 1984-1999 |
|
|
|
|
Joey Jones | 1975-1986 |
|
|
|
|
Ivor Allchurch | 1950-1966 |
|
|
|
|
Brian Flynn | 1974-1984 |
|
|
|
|
Andy Melville | 1989-2004 |
|
|
[editja] L-Aktar Gowls
| # | Isem | Gowls | Pariti |
|---|---|---|---|
|
|
Ian Rush |
|
|
|
|
Trevor Ford |
|
|
|
|
Ivor Allchurch |
|
|
|
|
Dean Saunders |
|
|
|
|
Mark Hughes |
|
|
|
|
Cliff Jones |
|
|
|
|
John Charles |
|
|
|
|
John Hartson |
|
|
|
|
John Toshack |
|
|
|
|
Craig Bellamy |
|
|
[editja] Ħoloq Oħra
- Sit Uffiċċjali tal-Federazzjoni tal-Futbol ta' Wales
- Riżultati Internazzjonali fuq RSSSF
- Informazzjoni fuq l-istorja tal-futbol f'Wales
|-
|
|
|
|
|---|---|
|
Albanija · Andorra · Armenja · Awstrija · Ażerbajġan · Belarus · Belġju · Bożnija u Ħerżegovina · Bulgarija · Ċipru · Danimarka · Estonja · Finlandja · Franza · Galles · Ġeorġja · Ġermanja · Greċja · Gżejjer Faroe · Ingilterra · Irlanda · Irlanda ta' Fuq · Italja · Iżlanda · Iżrael · Każakistan · Kroazja · Latvja · Liechtenstein · Litwanja · Lussemburgu · Maċedonja · Malta · Moldova · Montenegro · Norveġja · Olanda · Polonja · Portugall · Repubblika Ċeka · Rumanija · Russja · San Marino · Serbja · Skozja · Slovakkja · Slovenja · Spanja · Turkija · Ukrajna · Ungerija · Żvezja · Żvizzera
|
|