Tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Spanja
L-Emblema ta' l-Assoċċazzjoni
Assoċċazzjoni Real Federación Española de Fútbol
Konfederazzjoni UEFA, (Ewropa)
Kowċ Flag of Spain.svg Luis Aragonés
Captain Iker Casillas
L-Aktar Dehriet Andoni Zubizarreta (126)
L-Aktar Gowls Raúl (44)
Grawnd Nazzjonali Santiago Bernabeu
L-Ewwel Internazzjonali Flag of Spain.svg Spanja 1 - 0 Danimarka Flag of Denmark.svg
(Brussel, Belġju; 28 ta' Awwissu, 1920)
L-Ikbar Rebħiet Flag of the Second Spanish Republic.svg Spanja 13 - 0 Bulgarija Flag of Bulgaria.svg
(Madrid, Spanja; 21 ta' Mejju, 1933)
L-Ikbar Telfiet Flag of Italy (1861-1946).svg Italja 7 - 1 Spanja Flag of Spain.svg
(Amsterdam, Olanda; 4 ta' Ġunju, 1928)
Flag of England.svg Ingilterra 7 - 1 Spanja Flag of the Second Spanish Republic.svg
(Londra, Ingilterra; 9 ta' Diċembru, 1931)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Spanja, magħrufin bħala La Selección, hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Spanja u hu mmexxi minn Real Federación Española de Fútbol. Spanja għandhom reputazzjoni li ma tantx jimxu tajjeb fit-Tazza tad-Dinja, fejn l-aħjar pożizzjoni kienet ir-raba' post fl-1950. Huma dejjem jibdew tajjeb, imma x'ħin jaslu fir-rawnds ta' wara huma jbatu biex iġibu riżultati tajbin, li huwa frustranti meta tara t-talent enormi tal-plejers. Huma rnexxielhom jirbħu l-Kampjonati Ewropej ta' l-1964, li huma opsitaw. Huma rebħu wkoll il-midalja tad-deheb fl-Olimpjadi tas-Sajf ta' l-1992 f'Barċellona, u rebħu l-edizzjoni ta' l-1999 tal-Kampjonat tal-FIFA ta' taħt l-għoxrin sena fin-Niġerja.

Storja[editja]

Rebbieħa ta' l-Euro 1962[editja]

Fl-1962 José Villalonga ġie appuntat bħala l-kowċ il-ġdid ta' Spanja. Villalonga kkwalifika lil Spanj għat-Tazza tad-Dinja 1962 imma spiċċaw barra fl-ewwel rawnd wara li affaċjaw grupp tqil fejn kien jinvolvi lill-Brażil, liċ-Ċekoslovakkja u lill-Messiku. Sentejn wara huma rebħu l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej. Bi skwadra li kienet tinkludi lil Luis Suárez, Francisco Gento, Josep Fusté u José Ángel Iribar huma rebħu lir-Rumanija, lill-Irlanda ta' Fuq u lir-Repubblika Irlandiża biex ikkwalifikaw għas-semi-finali u wara anki għall-finali. Fis-semi-finali huma rebħu 2-1 lill-favoriti Ungerija. Fil-finali huma rebħu lill-Unjoni Sovjetika 2-1, f'attendenza ta' 125,00 persuna fil-Bernabéu. Jesus María Pereda poġġa lill-Ispanjoli fil-vantaġġ wara biss sitt minuti, imma riedu l-gowl ta' Marcelino Martínez biex assiguraw ir-rebħa wara li Galimzian Khusainov kien kiseb il-gowl tal-pari.

Bħala champions ta' l-Ewropa, Spanja kkwalifikaw għat-Tazza tad-Dinja 1966, b'ħafna mill-plejers ta' l-iskwadra ta' l-1964, taħt il-kowċ José Villalonga, imma naqsu li jagħmlu mpressjoni wara li spiċċaw eliminati fl-ewwel rawnd wara telfiet kontra l-Ġermanja tal-Punent u kontra l-Arġentina, imma rebħa kontra l-Isvizzera.

L-Iskwadra ta' Spanja[editja]

Gowlers:

Difensuri:

Midfielders:

Attakkanti:

Storja tal-Kompetizzjonijiet[editja]

Tazza tad-Dinja[editja]

  • 1930 - Ma ħaditx sehem
  • 1934 - Kwarti tal-Finali
  • 1938 - Ma ħaditx sehem
  • 1950 - Raba' Post
  • 1954 sa l-1958 - Ma kkwalifikatx
  • 1962 - L-Ewwel Rawnd
  • 1966 - L-Ewwel Rawnd
  • 1970 sa l-1974 - Ma kkwalifikatx
  • 1978 - L-Ewwel Rawnd
  • 1982 - It-Tieni Rawnd
  • 1986 - Kwarti tal-Finali
  • 1990 - L-Aħħar Sittax
  • 1994 - Kwarti tal-Finali
  • 1998 - L-Ewwel Rawnd
  • 2002 - Kwarti tal-Finali
  • 2006 - L-Aħħar Sittax

Kampjonati Ewropej[editja]

  • 1960 - Ma kkwalifikatx (Kwarti tal-Finali)
  • 1964 - Rebbieħa
  • 1968 - Ma kkwalifikatx (Kwarti tal-Finali)
  • 1972 - Ma kkwalifikatx
  • 1976 - Ma kkwalifikatx (Kwarti tal-Finali)
  • 1980 - L-Ewwel Rawnd
  • 1984 - Tieni Post
  • 1988 - L-Ewwel Rawnd
  • 1992 - Ma kkwalifikatx
  • 1996 - Kwarti tal-Finali
  • 2000 - Kwarti tal-FInali
  • 2004 - L-Ewwel Rawnd

Plejers[editja]

Plejers famużi tal-passat[editja]

Il-bnadar li jinsabu fejn il-plejers juru li l-plejer irrappreżenta lil dak il-pajjiż kif ukoll lil Spanja.

  • Flag of the Philippines.svg Paulino Alcántara
  • Amancio Amaro
  • Luis Arconada
  • Estanislao Basora
  • Emilio Butragueño
  • José Antonio Camacho
  • Flag of Argentina.svg Flag of Colombia.svg Alfredo Di Stéfano
  • Agustín Gaínza
  • Francisco Gento
  • Rafael Gordillo
  • Pep Guardiola
  • Fernando Hierro
  • José Ángel Iribar
  • Flag of Hungary.svg Flag of Czechoslovakia.svg Ladislao Kubala
  • Luis Enrique
  • Míchel
  • Miguel Ángel Nadal
 
  • Alfonso Pérez Muñoz
  • José Martínez "Pirri"
  • Flag of Hungary.svg Ferenc Puskás
  • Jacinto Quincoces
  • Enrique Castro "Quini"
  • Antoni Ramallets
  • Luis Regueiro
  • Salvador Sadurní
  • Josep Samitier
  • Flag of Uruguay.svg José Santamaría
  • Jesús María Satrústegui
  • Luis Suarez
  • Ricardo Zamora
  • Telmo "Zarra"
  • Andoni Zubizarreta
  • Antonio Puerta

L-Aktar Apparenzi[editja]

# Isem Karriera Partiti Gowls
1
Andoni Zubizarreta 1985-1998
126
0
2
Raúl 1996-preżent
102
44
3
Fernando Hierro 1989-2002
89
29
4
José Antonio Camacho 1975-1988
81
0
5
Rafael Gordillo 1978-1988
75
3
6
Emilio Butragueño 194-1992
69
26
7
Iker Casillas 2000-preżent
69
0
8
Luis Arconada 1977-1985
68
0
9
Míchel 1985-1992
66
21
10
Luis Enrique 1991-2002
62
12
11
Miguel Ángel Nadal 1991-2002
62
3

L-Aktar Gowls[editja]

# Isem Karriera Partiti Gowls
1
Raúl 1996-preżent
102
44
2
Fernando Hierro 1989-2002
89
29
3
Fernando Morientes 1998-preżent
47
27
4
Emilio Butragueño 1984-1992
69
26
5
Alfredo Di Stéfano 1957-1961
31
23
6
Julio Salinas 1986-1996
56
23
7
Míchel 1985-1992
66
21
8
Telmo Zarraonaindía 1945-1951
20
20
9
Isidro Lángara 1932-1936
12
17
10
Luis Regueiro 1927-1936
25
16
11
Pirri 1966-1978
41
16

Ħoloq Oħra[editja]