Tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand
| Laqam | All Whites | ||
|---|---|---|---|
| Assoċjazzjoni | New Zealand Football | ||
| Konfederazzjoni | OFC (Oċeanja) | ||
| Kowċ | |||
| Kaptan | Ryan Nelsen | ||
| L-aktar preżenzi | Ivan Vicelich (69) | ||
| L-aktar gowls | Vaughan Coveny (28) | ||
| Kodiċi tal-FIFA | NZL | ||
| Klassifika tal-FIFA | 78 | ||
|
|
|||
| Debutt internazzjonali | |||
(Dunedin, New Zealand; 17 ta' Ġunju 192) |
|||
| L-ikbar rebħa | |||
(Auckland, New Zealand; 16 ta' Awwissu, 1981) |
|||
| L-ikbar telfa | |||
(Wellington, New Zealand; 11 ta' Lulju 1936) |
|||
| Tazza tad-Dinja | |||
| Apparenzi | 2 (L-ewwel fl-1982) | ||
| L-aqwa riżultat | L-Ewwel Rawnd, 1982 u 2010 | ||
| Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi | |||
| Apparenzi | 8 (L-ewwel fl-1973) | ||
| L-aqwa riżultat | Rebbieħa, 1973, 1998, 2002 u 2008 | ||
| Tazza tal-Konfederazzjonijiet | |||
| Apparenzi | 3 (L-ewwel fl-1999) | ||
| L-aqwa riżultat | L-Ewwel Rawnd, 1999, 2003 u 2009 | ||
It-tim nazzjonali tal-futbol ta' New Zealand huwa r-rappreżentant tal-futbol tal-pajjiż ta' New Zealand u hu kkontrollat min-New Zealand Football.
L-uniformi bajdanija tat-tim hi ispirata minn dik tal-Ingilterra u hi l-kontra ta' dik milbusa mit-tim nazzjonali tar-rugby (l-All Blacks). B'hekk, it-tim jiġi misjub ukoll taħt il-laqam All Whites.
L-istorja ta' New Zealand tinvolvi żewġ parteċipazzjonijiet fit-Tazza tad-Dinja: waħda fl-edizzjoni tal-1982 li saret ġewwa Spanja, fejn kienet tilfet it-tliet partiti kollha, u dik fl-Afrika t'Isfel fl-2010 fejn ħarġet eliminata mill-ewwel fażi mingħajr telfa.
It-tim ta' New Zealand ġie sfidat għal bosta drabi mill-Awstralja fit-Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi, il-kampjonat internazzjonali li jintlagħab bejn it-timijiet nazzjonali li jappartjenu għaż-żona tal-Oċeanja. L-All Whites rebħu erba' darbiet din il-kompetizzjonI: fl-1973, fl-1998, fl-2002 u l-aħħar waħda fl-2008. Fl-aħħar edizzjoni mirbuħa minn dan it-tim huma ma sabu l-ebda rivalità kompetenti, hekk kif fl-1 ta' Jannar 2006 l-Awstralja, rivali kbira fi żmien tagħha fil-konfederazzjoni Oċeanika, issiebħet mal-konfederazzjoni tal-futbol Ażjatika.
Minħabba l-livell baxx tal-kampjonat lokali, il-futbolers ta' New Zealand ta' ċertu kalibru jilgħabu fl-Ewropa, fl-Istati Uniti u fl-Awstralja.
Werrej |
Żvilupp [editja]
Minkejja li huwa sport diffuż sewwa ġewwa l-pajjiż, il-futbol fi New Zealand ibati sabiex jikkompeti ma' sports oħra bħar-rugby u l-krikit, li barra li għandhom ċertu popolarità dawn igawdu minn iktar finanzi u wkoll kopertura estensiva min-naħa tal-istampa.
Il-kampjonat lokali huwa ta' livell semiprofessjonali u l-iktar tim importanti li huwa minn New Zealand, Wellington Phoenix FC, jilgħab fl-A-League Awstraljan.
L-iktar plejers rinomati minn dan it-tim jinkludu lill-kaptan Ryan Nelsen, difensur ta' Blackburn Rovers, u Chris Killen, attakkant mat-tim ta' Middlesbrough. Plejers oħra interessanti qegħdin jagħmlu isem għalihom barra minn pajjiżhom, fosthom l-eks-midfilder ta' Fulham Chris James, li fil-preżent jilgħab ma' Barnet.
Tazza tad-Dinja [editja]
1982 [editja]
New Zealand ikkwalifika għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja fl-1982. It-tim ta' New Zealand, wara li rebaħ il-fażi ta' kwalifika tal-Oċeanja wara lagħab turnew ta' ħames timijiet kontra timijiet mill-Asja. Dan irriżulta fiċ-Ċina u New Zealand jaffrontaw f'logħba ta' spareġġ, bit-tim tal-aħħar jiggwadanja l-aħħar post disponibbli.
Ġewwa Spanja, New Zealand lagħbet tliet logħbiet kontra l-Iskozja, l-Unjoni Sovjetika u l-Brażil. Hi tilfet il-logħbiet kollha, bir-riżultati ta' 2–5, 0–3, u 0–4 rispettivament. Steve Sumner u Steve Woodin skorjaw l-uniċi gowls ta' New Zealand fl-ewwel dehra tagħhom f'edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.
| Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 3 | 0 | 0 | 10 | 2 | +8 | 6 | |
| 3 | 1 | 1 | 1 | 6 | 4 | +2 | 3 | |
| 3 | 1 | 1 | 1 | 8 | 8 | 0 | 3 | |
| 3 | 0 | 0 | 3 | 2 | 12 | −10 | 0 |
2010 [editja]
Nhar l-14 ta' Novembru 2009 irnexxielha ssib post fit-Tazza tad-Dinja 2010, wara li fil-partita ta' spareġġ kontra l-Baħrejn, rappreżentazzjoni mill-Asja, reħbet bl-iskor ta' 1–0 grazzi għal gowl mill-attakkant ta' Plymouth Rory Fallon.
Fil-15 ta' Ġunju 2010, fid-debutt tagħhom fit-Tazza tad-Dinja Sud-Afrikana kontra s-Slovakkja, l-All Whites għamlu l-istorja tagħhom meta kisbu l-ewwel punt fil-fażi finali ta' dan il-kampjonat dinji. Infatti, l-ewwel partita ntemmet 1–1 grazzi għall-gowl fit-93 minuta ta' Winston Reid. Fl-20 ta' Ġunju, fit-tieni logħba mill-grupp, in-New Zealand irnexxielhom jerġgħu jisirqu punt ieħor fil-konfront kontra ċ-ċampjins attwali, l-Italja, fejn saħansitra kienu marru fil-vantaġġ grazzi għall-gowl ta' Smeltz, qabel ma bagħad it-Taljani ffissaw l-iskor fuq 1–1. Fl-aħħar ġurnata ta' logħob mill-ewwel rawnd, il-pari ta' mingħajr gowls kontra l-Paragwaj ħalla lil New Zealand barra mill-kompetizzjoni, però ħarġu mhux megħluba. Huma għalqu t-tieni dehra tagħhom bit-tielet post, quddiem l-Italja.
| Tim | L | R | P | T | GF | GK | DG | Pti |
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| 3 | 1 | 2 | 0 | 3 | 1 | +2 | 5 | |
| 3 | 1 | 1 | 1 | 4 | 5 | −1 | 4 | |
| 3 | 0 | 3 | 0 | 2 | 2 | 0 | 3 | |
| 3 | 0 | 2 | 1 | 4 | 5 | −1 | 2 |
Storja tal-kompetizzjonijiet [editja]
Tazza tad-Dinja [editja]
- 1930: Ma daħalx
- 1934: Ma daħalx
- 1938: Ma daħalx
- 1950: Ma daħalx
- 1954: Ma daħalx
- 1958: Ma daħalx
- 1962: Ma daħalx
- 1966: Ma daħalx
- 1970: Ma kkwalifikax
- 1974: Ma kkwalifikax
- 1978: Ma kkwalifikax
- 1982: L-Ewwel Rawnd
- 1986: Ma kkwalifikax
- 1990: Ma kkwalifikax
- 1994: Ma kkwalifikax
- 1998: Ma kkwalifikax
- 2002: Ma kkwalifikax
- 2006: Ma kkwalifikax
- 2010: L-Ewwel Rawnd
Tazza tal-Konfederazzjonijiet [editja]
- 1992: Ma kkwalifikax
- 1995: Ma kkwalifikax
- 1997: Ma kkwalifikax
- 1999: L-Ewwel Rawnd
- 2001: Ma kkwalifikax
- 2003: L-Ewwel Rawnd
- 2005: Ma kkwalifikax
- 2009: L-Ewwel Rawnd
Tazza tan-Nazzjonijiet Oċeaniċi [editja]
- 1973: Rebbieħ
- 1980: L-Ewwel Rawnd
- 1996: Semifinali
- 1998: Rebbieħ
- 2000: Finalista tellief
- 2002: Rebbieħ
- 2004: It-tielet post
- 2008: Rebbieħ
Plejers [editja]
Skwadra attwali [editja]
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
Ħoloq esterni [editja]
- NZ Football
- Paġna ta' New Zealand fuq fifa.com