Tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Franza
Stemma tal-assoċjazzjoni
Laqam Les Bleus (Il-Blu)
Assoċjazzjoni Fédération Française de Football
Konfederazzjoni UEFA (Ewropa)
Kowċ Franza Didier Deschamps
Asst. kowċ Franza Guy Stéphan
Kaptan Hugo Lloris
L-aktar preżenzi Lilian Thuram (142)
L-aktar gowls Thierry Henry (51)
Kodiċi tal-FIFA FRA
Klassifika tal-FIFA Straight Line Steady.svg 17
Kuluri interni
Kuluri esterni
Debutt internazzjonali
Flag of Belgium (civil).svg Belġju 3 – 3 Franza Franza
(Brussell, Belġju; 1 ta' Mejju, 1904)
L-ikbar rebħa
Franza Franza 10 – 0 Ażerbajġan Flag of Azerbaijan.svg
(Auxerre, Franza; 6 ta' Settembru, 1995)
L-ikbar telfa
Flag of Denmark.svg Danimarka 17 – 1 Franza Franza
(Londra, Ingilterra; 22 ta' Ottubru, 1908)

L-iskwadra nazzjonali tal-futbol ta' Franza hu t-tim nazzjonali tal-futbol ta' Franza. It-tim kellu suċċess f'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, fejn rebaħ it-Tazza tad-Dinja 1998 li sar f'pajjiżu, u spiċċa wkoll it-tieni fl-edizzjoni ta' l-2006 fil-Ġermanja. Sa dak iż-żmien, Franza kienet rebħet l-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej tas-sena 2000. It-tim hu mmexxi mill-French Football Federation u jikkompeti bħala membru tal-UEFA.

Franza spiċċat l-ewwel, it-tieni u t-tielet kemm fit-Tazza tad-Dinja kif ukoll fil-Logħob Olimpiku tas-Sajf. Hu hu l-uniku tim li rnexxielu jasal sa dal-punt.

Storja[editja]

Is-Snin tal-Bidu[editja]

L-ewwel logħba ta' Franza kienet pari ta' 3-3 kontra l-Belġju fl-1904. Huma lagħbu fit-tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja qabel it-Tieni Gwerra Dinjija. Lucien Laurent skorja l-ewwel gowl fit-Tazza tad-Dinja fl-1930, f'rebħa ta' 4-1 fuq il-Messiku. Huma waslu sal-kwarti tal-finali fl-1938 meta ospitaw il-kompetizzjoni.

Franza spiċċat it-tielet fit-Tazza tad-Dinja 1958, meta rebħet bi skor kbir ta' 6-3 lill-Ġermanja biex kisbet it-tielet post. Franza kienet tilfet mal-Brażil fis-semi-finali, wara l-injury tad-difensur ċentrali u t-tripletta ta' Pelé. L-attakkant Just Fontaine skorja tlettax-il gowl fil-kampjonat f'sitt logħbiet. Dak iż-żmien kien fost l-aqwa timijiet ta' l-Ewropa.

L-Era ta' Platini[editja]

Matul l-era ta' Michael Platini bħala captain, l-istil ta' logħob tal-Franċiżi fit-Tazza tad-Dinja tjieb, fejn spiċċa r-raba' fl-edizzjoni ta' l-1982 fi Spanja u t-tielet fl-edizzjoni tal-Messiku ta' l-1986. FIż-żewġ edizzjonijiet huma tilfu kontra l-Ġermanja tal-Punent. Is-semi-finali ta' l-1982 tibqa' famuża għad-daqqa ta' minkeb li l-gowler tal-Ġermanja, Harald Schumacher, ta lill-plejer ta' Franza Patrick Battiston f'wiċċu wara li dan għamel xutt. Minkejja l-uġiegħ li sofra Battiston, Schumacher ma kienx penalizzat.

Flimkien mal-ħafna apparenzi fis-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja, bi Platini preżenti, huam rebħu l-Kampjonati Ewropej ta' l-1984 li sar ġewwa darhom, u kif ukoll il-medalja tad-deheb fl-Olimpjadi ta' Los Angeles ta' l-istess sena.

L-Era ta' Zidane[editja]

L-akbar suċċessi ta' Franza kienu lejn tmiem l-1990, fil-ġenerazzjoni ta' Zinedine Zidane u l-bidu ta' l-esperjenza internazzjonali ta' Thierry Henry. It-tim beda tajjeb hekk kif wasal fis-semi-finali tal-Kampjonati Ewropej ta' l-1996. Wara din l-edizzjoni, l-kowċ Aimé Jacquet addotta strateġija difensiva u għamel lis-supporters anzjużi minħabba li t-tim qatt ma deher li kien qed jiżviluppa fit-tattika offensiva. Il-media bdiet tattakka l-kowċ tat-tim u bdiet tgħidlu li t-tim ma kellux ċans li jimxi fl-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998 li kienet se ssir f'pajjiżhom. F'Mejju 1998, il-media reġgħet attakkat lil Jacquet hekk kif hu semma' 28 plejer minflok 22 għat-Tazza tad-Dinja, u l-gazzetta "L'Équipe" stqarriet fl-editorjal li hu ma kienx l-aħjar persuna biex jiggwida lit-tim Franċiż għar-rebħa.

Tazza tad-Dinja 1998[editja]

L-emblema uffiċċjali ta' l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja 1998 li saret fi Franza

Franza bdew tajjeb l-edizzjoni ta' l-1998 hekk kif rebħu l-grupp b'punti massimi meta rebħu kontra l-Afrika t'Isfel (3-0), kontra l-Għarabja Sawdita (4-0) u kontra d-Danimarka (2-1). B'hekk huma spiċċaw biex skurjaw disa' gowls u laqqtu gowl wieħed biss.

Wara kien imiss lill-Paragwaj, u Franza rnexxiela tikkwalifika permezz ta' golden-goal ta' Laurent Blanc. Fil-kwarti tal-finali, huma rebħu lill-Italja bil-penalties wara li wara l-ħin normali u l-ħin miżjud huma spiċċaw 0-0. Fis-semi-finali huma affrontaw lill-Kroazja u wara li marru minn taħt, għall-ewwel darba fil-kampjonat, minn gowl tat-top-scorer ta' l-istess kampjonat, Davor Šuker, huma rribaltaw is-sitwazzjoni b'doppjetta ta' Thuram.

Fil-finali huma rebħu lir-rebbieħa ta' l-edizzjoni ta' qabel, il-Brażil, bl-iskor ta' 3-0. Fl-ewwel taqsima, Zinedine Zidane tefa' lill-Franċiżi 2-0 fil-vantaġġ, biż-żewġ gowls jaslu minn daqqiet tar-ras minn żewġ corners. Il-Brażil ma rnexxielhomx jagħmlu pressjoni biex inaqqsu d-distakk, alavolja Desailly kien muri l-karta l-ħamra. Emmanuel Petit skorja t-tielet gowl tas-serata fl-aħħar minuta tal-logħba. Din ir-rebħa kienet l-ewwel rebħa fil-finali mill-ospitu f'għoxrin sena. Madwar miljun persuna ċċelebraw ir-rebħa tal-Franċiżi fit-toroq ta' Pariġi.

Euro 2000[editja]

Roger Lemerre ħa post Jacquet wara r-rebħa fil-finali tat-Tazza tad-Dinja ta' l-1998. Hu ggwidahom għall-Euro 2000. Zidane żamm il-forma tiegħu tal-Plejer tas-Sena tal-FIFA meta fil-kwarti tal-finali kontra Spanja hu skorja free kick dirett u penalty fis-semi-finali kontra l-Portugall.

Fil-finali, Franza rebħet lill-Italja 2-1, wara li kienet minn taħt. David Trezeguet skorja l-gowl tar-rebħa fil-ħin miżjud biex ta r-rebħa lill-Franċiżi. Din kienet l-ewwel darba li tim nazzjonali żamm it-titlu tat-Tazza tad-Dinja u t-titlu tal-Kampjonat Ewropew, wara l-Ġermanja tal-Punent fl-1974, u kienet ukoll l-ewwel darba li r-rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja kiseb it-titlu ta' champion ta' l-Ewropa. Franza żammet l-pożizzjonijiet għoljin tar-rankings tal-FIFA bejn s-sena 2000 u 2001.

Skwadra attwali[editja]

Il-plejers segwenti ġew imsejħa sabiex jipparteċipaw fil-partiti kontra l-Ġeorġja (22 ta' Marzu) u Spanja (26 ta' Marzu) validi għall-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2014.

Nru. Poż. Plejer Data tat-twelid (età) Preż. Gowls Klabb
1 G Hugo Lloris (kaptan) 26 ta' Diċembru 1986 (1986-12-26) (27 sena) 45 0 Ingilterra Tottenham Hotspur
16 G Steve Mandanda 28 ta' Marzu 1985 (1985-03-28) (29 sena) 15 0 Franza Marseille
23 G Mickaël Landreau 14 ta' Mejju 1979 (1979-05-14) (35 sena) 11 0 Franza Bastia
3 D Patrice Evra 15 ta' Mejju 1981 (1981-05-15) (33 sena) 48 0 Ingilterra Manchester United
22 D Gaël Clichy 26 ta' Lulju 1985 (1985-07-26) (29 sena) 17 0 Ingilterra Manchester City
2 D Rod Fanni 6 ta' Diċembru 1981 (1981-12-06) (32 sena) 5 0 Franza Marseille
5 D Mamadou Sakho 13 ta' Frar 1990 (1990-02-13) (24 sena) 13 0 Franza Paris Saint-Germain
21 D Laurent Koscielny 10 ta' Settembru 1985 (1985-09-10) (28 sena) 8 0 Ingilterra Arsenal
15 D Christophe Jallet 31 ta' Ottubru 1983 (1983-10-31) (30 sena) 4 1 Franza Paris Saint-Germain
13 D Mapou Yanga-Mbiwa 15 ta' Mejju 1989 (1989-05-15) (25 sena) 3 0 Ingilterra Newcastle United
4 D Raphaël Varane 25 ta' April 1993 (1993-04-25) (21 sena) 1 0 Spanja Real Madrid
7 M Franck Ribéry 7 ta' April 1983 (1983-04-07) (31 sena) 72 12 Ġermanja Bayern Munich
6 M Yohan Cabaye 14 ta' Jannar 1986 (1986-01-14) (28 sena) 20 1 Ingilterra Newcastle United
8 M Mathieu Valbuena 28 ta' Settembru 1984 (1984-09-28) (29 sena) 20 5 Franza Marseille
12 M Blaise Matuidi 9 ta' April 1987 (1987-04-09) (27 sena) 11 0 Franza Paris Saint-Germain
11 M Moussa Sissoko 16 ta' Awwissu 1989 (1989-08-16) (25 sena) 8 0 Ingilterra Newcastle United
17 M Maxime Gonalons 10 ta' Marzu 1988 (1988-03-10) (26 sena) 6 0 Franza Lyon
20 M Dimitri Payet 29 ta' Marzu 1987 (1987-03-29) (27 sena) 3 0 Franza Lille
19 M Paul Pogba 15 ta' Marzu 1993 (1993-03-15) (21 sena) 1 0 Italja Juventus
10 A Karim Benzema 19 ta' Diċembru 1987 (1987-12-19) (26 sena) 56 15 Spanja Real Madrid
14 A Jérémy Ménez 7 ta' Mejju 1987 (1987-05-07) (27 sena) 23 2 Franza Paris Saint-Germain
13 A Loïc Rémy 2 ta' Jannar 1987 (1987-01-02) (27 sena) 18 4 Ingilterra Queens Park Rangers
9 A Olivier Giroud 30 ta' Settembru 1986 (1986-09-30) (27 sena) 16 3 Ingilterra Arsenal
18 A Bafétimbi Gomis 6 ta' Awwissu 1985 (1985-08-06) (29 sena) 10 3 Franza Lyon

Storja tal-Kompetizzjonijiet[editja]

Tazza tad-Dinja[editja]

  • 1930 - L-Ewwel Rawnd
  • 1934 - L-Ewwel Rawnd
  • 1938 - Kwarti tal-Finali
  • 1950 - Irtirat
  • 1954 - L-Ewwel Rawnd
  • 1958 - Semi-Finali
  • 1962 - Ma kkwalifikatx
  • 1966 - L-Ewwel Rawnd
  • 1970 sa l-1974 - Ma kkwalifikatx
  • 1978 - L-Ewwel Rawnd
  • 1982 - Semi-Finali
  • 1986 - Semi-Finali
  • 1990 sa l-1994 - Ma kkwalifikatx
  • 1998 - Rebbieħa
  • 2002 - L-Ewwel Rawnd
  • 2006 - Finalista Telliefa
  • 2010 - L-Ewwel Rawnd

Kampjonati Ewropej[editja]

  • 1960 - Raba' Post
  • 1964 sa l-1980 - Ma kkwalifikatx
  • 1984 - Rebbieħa
  • 1988 - Ma kkwalifikatx
  • 1992 - L-Ewwel Rawnd
  • 1996 - Semi-Finali
  • 2000 - Rebbieħa
  • 2004 - Kwarti tal-Finali
  • 2008 - L-Ewwel Rawnd
  • 2012 - Kwarti tal-Finali

Plejers[editja]

Plejers famużi tal-passat[editja]

  • Manuel Amoros
  • GuadFlag.png Jocelyn Angloma
  • Henri Bard
  • Fabien Barthez
  • Joël Bats
  • Patrick Battiston
  • Bruno Bellone
  • Flag of Morocco.svg Larbi Ben Barek
  • Laurent Blanc
  • Flag of Côte d'Ivoire.svg Basile Boli
  • Maxime Bossis
  • Eric Cantona
  • Flag of Ghana.svg Marcel Desailly
  • Didier Deschamps
  • Jean Djorkaeff
  • Youri Djorkaeff
 
  • Jean-Francois Domergue
  • Christophe Dugarry
  • Jean-Luc Ettori
  • Luis Fernández
  • Just Fontaine
  • Bernard Genghini
  • David Ginola
  • Alain Giresse
  • Ludovic Giuly
  • Robert Herbin
  • Robert Jonquet
  • Raymond Kopa
  • Bernard Lama
  • Lucien Laurent
  • Bixente Lizarazu
 
  • Eugène Maës
  • Jean-Pierre Papin
  • Emmanuel Petit
  • Roger Piantoni
  • Robert Pirès
  • Michel Platini
  • Dominique Rocheteau
  • Didier Six
  • Yannick Stopyra
  • Jean Tigana
  • Marius Trésor
  • Thierry Tusseau
  • Jean Vincent
  • Zinedine Zidane

L-Aktar Apparenzi[editja]

# Isem Karriera Partiti Gowls
1
Lilian Thuram 1994-2008
142
2
2
Marcel Desailly 1993-2004
116
3
3
Zinedine Zidane 1994-2006
108
31
4
Dider Deschamps 1989-2000
103
4
5
Patrick Vieria 1997-preżent
101
6
6
Bixente Lizarzu 1992-2004
97
2
7
Laurent Blanc 1989-2000
97
16
8
Thierry Henry 1997-preżent
93
40
9
Sylvain Wiltord 1999-preżent
92
26
10
Fabien Barthez 1994-2006
87
0

L-Aktar Gowls[editja]

# Isem Karriera Partiti Gowls
1
Michel Platini 1976-1987
72
41
2
Thierry Henry 1997-preżent
93
40
3
David Trezeguet 1998-preżent
69
34
4
Zinedine Zidane 1994-2006
108
31
5
Just Fontaine 1953-1960
21
30
6
Jean-Pierre Papin 1986-1995
54
30
7
Youri Djorkaeff 1993-2002
82
28
8
Sylvain Wiltord 1999-preżent
92
26
9
Jean Vincent 1953-1961
46
22
10
Jean Nicolas 1933-1938
25
21

Ħoloq esterni[editja]