Thomas Vermaelen
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 14 ta' Novembru 1985 Kapellen |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.82 m | ||
| Rwol | Difensur ċentrali | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | |||
| Numru | 5 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| –1999 | |||
| 1999–2000 | |||
| 2000–2003 | |||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2003–2009 | 94 | (8) | |
| 2004–2005 | 13 | (2) | |
| 2009– | 91 | (13) | |
| Tim nazzjonali | |||
| 2006– | 40 | (1) | |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: —Acmilanmalta1 (d) 1:39, 2 ta' Marzu 2013 (UTC) |
|||
Thomas Vermaelen (Kapellen, 14 ta' Novembru 1985) huwa plejer tal-futbol Belġjan li attwalment jinsab jilgħab mat-tim ta' Arsenal bħala difensur. Il-karriera professjonali tiegħu bdiet mal-klabb Olandiż ta' Ajax qabel ma f'Ġunju 2009 ingħaqad mal-Arsenal.
Werrej |
Karriera [editja]
Vermaelen beda l-karriera tiegħu ġewwa pajjiżu mat-tim ta' Germinal Ekeren, li aktar tard tbiddel l-isem tal-klabb għal Germinal Beerschot wara l-fużjoni.
Fis-sena 2000 ingħaqad mal-akkademja tal-klabb Olandiż ta' Ajax. Id-debutt mal-ewwel tim wasal fil-15 ta' Frar 2004, fir-rebħa barra minn darhom ta' 2–0 kontra Volendam. Madanakollu din kienet l-uniku partita tiegħu għal dak l-istaġun, staġun li ra lil Ajax jiġu nkurnati ċampjins Olandiżi. Għall-istaġun 2004–05 ġie msellef lil RKC Waalwijk, fejn għamel tlettax-il dehra u skorja żewġ gowls.
Ir-ritorn tiegħu ma' Ajax, żblokka l-opportunitajiet mal-ewwel tim fejn mal-klabb rebaħ it-Tazza Olandiża. Il-prestazzjonijiet tiegħu wassluh għal sejħa mat-tim nazzjonali Belġjan. Ajax rebħu l-Johan Cruijff Schaal u Tazza Olandiża oħra fl-istaġun ta' wara u fl-2007, reġgħu rebħu għat-tieni sena konsekuttiva t-Tazza Super Olandiża. Bit-tluq ta' Klaas-Jan Huntelaar, Vermaelen kiseb il-faxxa ta' kaptan għall-istaġun 2008–09.
Vermaelen iffirma mal-klabb Ingliż ta' Arsenal nhar id-19 ta' Ġunju 2009, għal somma inizzjali ta' €10 miljum, li tista' titla' sa' €12-il miljun skont l-inċentivi.[1] Fl-ewwel partita tiegħu fil-kampjonat Ingliż kontra Everton fil-15 ta' Awwissu 2009 hu skorja l-ewwel gowl tiegħu b'permezz ta' daqqa ta' ras minn frikik ta' Robin Van Persie. Nhar is-16 ta' Settembru 2009, Vermaelen sab ix-xibka għall-ewwel darba fiċ-Champions League mal-Arsenal—gowl tal-pari kontroversjali kontra l-klabb Belġjan ta' Standard Liège. Arsenal rebħu dan il-konfront 3–2. Nhar id-19 ta' Settembru 2009, Vermaelen skorja doppjetta fir-rebħa ta' 4–0 kontra Wigan Athletic ġewwa l-Emirates, u ta' dan ingħata l-unur tal-Plejer tal-Partita. Fi tmiem l-ewwel staġun tiegħu ġewwa l-Ingilterra hu ġie magħżul fit-Tim tas-Sena tal-PFA.[2]
Statistika [editja]
- (aġġornati sal-15 ta' Awwissu 2010)
| Klabb | Staġun | Kampjonat | Tazza[3] | Ewropa | Total | ||||||||
|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|---|
| Preż | Gowls | Assists | Preż | Gowls | Assists | Preż | Gowls | Assists | Preż | Gowls | Assists | ||
| Ajax | 2003–04 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 |
| RKC Waalwijk (self) | 2004–05 | 13 | 3 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 13 | 3 | 0 |
| Ajax | 2005–06 | 29 | 2 | 0 | 0 | 0 | 0 | 5 | 0 | 0 | 34 | 2 | 0 |
| 2006–07 | 24 | 0 | 0 | 3 | 0 | 0 | 7 | 0 | 0 | 34 | 0 | 0 | |
| 2007–08 | 20 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 2 | 0 | 0 | 22 | 1 | 0 | |
| 2008–09 | 31 | 4 | 0 | 0 | 0 | 0 | 9 | 1 | 0 | 40 | 5 | 0 | |
| Total | 118 | 10 | 0 | 3 | 0 | 0 | 23 | 1 | 0 | 144 | 11 | 0 | |
| Arsenal | 2009–10 | 33 | 7 | 1 | 1 | 0 | 0 | 11 | 1 | 1 | 45 | 8 | 2 |
| 2010–11 | 1 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 0 | 1 | 0 | 0 | |
| 2011–12 | 29 | 6 | 1 | 4 | 0 | 0 | 7 | 0 | 1 | 40 | 6 | 2 | |
| 2012–13 | 24 | 0 | 0 | 3 | 1 | 0 | 7 | 0 | 0 | 34 | 1 | 0 | |
| Total | 91 | 13 | 3 | 8 | 1 | 0 | 25 | 1 | 2 | 124 | 15 | 5 | |
| Total tal-karriera | 203 | 23 | 3 | 30 | 2 | 0 | 49 | 2 | 2 | 282 | 27 | 5 | |
Unuri [editja]
- Tazza tal-Olanda: 2005–06, 2006–07
- Johan Cruijff-schaal: 2006, 2007
Referenzi [editja]
- ^ (Ingliż) Thomas Vermaelen joins Arsenal. Ajax.nl, 19-06-2009. Aċċess tal-URL: 19-06-2009.
- ^ (Ingliż) Wayne Rooney leads the charge as Manchester United dominate PFA Team of the Year. 27-04-2010
- ^ Tinkludi l-FA Cup, il-League Cup u l-FA Community Shield.
Ħoloq esterni [editja]
| Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali li għandhom x'jaqsmu ma': Thomas Vermaelen |
- Profil fuq Arsenal.com
|
|||||