The Pirate Bay

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Logo uffiċjali ta' TPB

The Pirate Bay (magħrufa fil-qasir bħala TPB) huwa sit elettroniku Żvediż li jipprovdi ħoloq manjetiċi sabiex iħaffef it-tixrid ta' fajls bl-użu tal-protokoll BitTorrent. Attwalment huwa l-aktar direttorju għat-torrents aċċessat fid-dinja.[1]

Storja[editja]

The Pirate Bay bdiet f'Novembru tal-2001 minn Piratbyrån (Il-Partit Pirata), organizzazzjoni Żvediża ta' kontra l-copyright; mill-2004 hi mmexxiha minn organizzazzjoni separata. Gottfrid Svartholm u Fredrik Neij, magħrufin bil-laqmijiet tagħhom "anakata" u "TiAMO" rispettivament, huma l-fundaturi tas-sit. Fil-31 ta' Mejju 2006, saru rejds u ttieħdu s-servers tas-sit fi Stokkolma mill-pulizija Żvediża, li wassal biex is-sit ma kienx disponibbli għal tliet ijiem.[2] The Pirate Bay kien involut f'numru ta' kawżi, kemm bħala kwerelant kif ukoll bħala akkużat. Fis-17 ta' April 2009, Peter Sunde, Fredrik Neij, Gottfrid Svartholm u Carl Lundström instabu ħatja li għenu fil-ksur tal-copyright u ngħataw sentenza ta' sena ħabs u ħlas ta' multa ta' 30 miljun krona Żvediża (madwar 3.1 miljun Ewro), wara proċess ta' disgħat ijiem. L-akkużati appellaw mis-sentenza u akkużaw l-imħallef li kien imparzjali.[3] Fis-26 ta' Novembru 2010, il-qorti tal-appelli Żvediża kkonfermat il-verdett, naqqset il-piena ta' priġunerija oriġinali però żiedet il-multa għal 46 miljun kuruna Żvediża.[4] Fis-17 ta' Mejju 2010, minħabba inġunzjoni kontra l-fornitur tal-bandwith, is-sit ma baqax attiv. Madanakollu, l-aċċess għas-sit irritorna b'messaġġ fuq id-daħla jiddieħaq bl-inġunzjoni.

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Torrent Directories and Trackers. Alexa Internet. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2014.
  2. ^ (Ingliż) Two years and still going, thepiratebay.se, 31 ta' Mejju 2008. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2014.
  3. ^ (Ingliż) enigmax, The Pirate Bay Trial: The Official Verdict – Guilty, TorrentFreak, 17 ta' April 2009. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2014.
  4. ^ (Ingliż) Prison terms of Pirate Bay executives' shortened, The Sydney Morning Herald, 27 ta' Novembru 2010. Aċċess tal-URL: 3 ta' Ġunju 2014.

Ħoloq esterni[editja]