Tereza Kerndlová

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Tereza Kerndlová matul il-Festival tal-Eurovision 2008

Tereza Kerndlová (Brno, 6 ta' Ottubru 1986) hija kantanta u ballerina Ċeka.

Kerndlová bdiet il-karriera tagħha fix-xena tal-ispettaklu meta għal ħames snin iffurmat parti mill-kor ta' Iva Bittová u għal ħames snin kienet tiżfen it-tip-tap. F'dan it-tip ta' żfin rebħet il-kampjonat nazzjonali sitt darbiet, rebħet il-kampjonat Ewropew u kklassifikat fis-sitt post fil-kampjonati dinjija. Hi kisbet il-fama meta mill-2001 kienet tagħmel parti mill-grupp Black Milk. Wara li l-grupp inqasam fl-2005, hi bdiet karriera bħala solista u ħarġet l-album Orchidej.[1]

Fl-2008 ġiet magħżula biex tirrapreżenta lir-Repubblika Ċeka fil-Festival tal-Eurovision 2008 bil-kanzunetta "Have Some Fun", miktuba minn Gordon Pogoda (li kiteb erbgħa mill-album tagħha Have Some Fun) u Stano Simor (li pproduċa l-album).[1] Din esebixxiet fit-tieni semifinali tat-22 ta' Mejju, u spiċċat fit-18-il post minn 19 b'disa' punti biss.

Referenzi[editja]

  1. ^ a b (Ingliż) About Tereza Kerndlová. Eurovision. Aċċess tal-URL: 16 ta' Jannar 2010.

Ħoloq esterni[editja]

Predeċessur
Kabát
Repubblika Ċeka fil-Festival tal-Eurovision
2008

Suċċessur
Gipsy.cz