Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Tazza tad-Dinja 2010)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010
FIFA World Cup 2010 Logo.png
Dettalji tal-kompetizzjoni
Pajjiż ospitu Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel
Dati 11 ta' Ġunju – 11 ta' Lulju
Parteċipanti 32 (minn 6 konfederazzjonijiet)
Grawnds 10 (f'9 ibliet ospitanti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Flag of Spain.svg Spanja
It-Tieni post Silver medal blank.svg Flag of the Netherlands.svg Olanda
It-Tielet post Bronze medal blank.svg Flag of Germany.svg Ġermanja
Ir-Raba' post Flag of Uruguay.svg Urugwaj
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 64
Gowls skorjati 145 (2.27 kull logħba)
Attendenza 3,178,856 (49,670 kull logħba)
L-aqwa skorer(s) Ġermanja Thomas Müller
Spanja David Villa
Pajjiżi l-Baxxi Wesley Sneijder
Urugwaj Diego Forlán
(5 gowls)
L-aqwa plejer Urugwaj Diego Forlán
L-aqwa gowler Spanja Iker Casillas
2006
2014

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010 kienet id-dsatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Ġie skedat li jkun bejn il-11 ta' Ġunju u l-11 ta' Lulju 2010 fl-Afrika t'Isfel. Din kienet l-ewwel darba li l-kampjonat ġie ospitat minn pajjiż Afrikan, wara li l-Afrika t'Isfel għelbet fl-isfida finali lill-"kuġini" tagħha Afrikani tal-Eġittu u l-Marokk sabiex jospitaw l-edizzjoni. Dan wassal biex il-konfederazzjoni Oċeanika tal-futbol tkun l-unika konfederazzjoni li għadha ma żammitx edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Tnejn u tletin tim ġew magħżula sabiex jipparteċipaw meta kkwalifikaw mill-fażi ta' kwalifikazzjoni li bdiet f'Awwissu tal-2007. Fl-ewwel rawnd it-timijiet ikkompetew flimkien fi gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed, bl-aqwa żewġ timijiet jaqtgħu l-passaġġ għall-fażi suċċessiva. Is-sittax-il tim javvanzaw għall-fażi eliminatorja li tinkludi tliet rawnd li fl-aħħar jiddeterminaw l-aħħar żewġ timijiet li jikkontestaw il-finali.

Spanja rebħu dan it-turnew, fejn fil-finali, iċ-ċampjins Ewropej għelbu lit-tim Olandiż fil-ħin barrani bl-iskor ta' 1–0, gowl li wasal minn Andrés Iniesta. Dan kien l-ewwel titlu mondjali għat-tim Spanjol. L-Italja kienet qed tiddefendi t-titlu li kisbet fl-edizzjoni preċedenti, iżda falliet hekk kif inqalgħet fil-fażi eliminatorja.

L-għażla tal-ospitu[editja]

L-Afrika ġiet magħżula bħala l-ospitu tat-Tazza tad-Dinja 2010 bħala parti minn politika ġdida li tikkonsisti fir-rotazzjoni ta' dan l-avveniment bejn il-konfederazzjonijiet tal-futbol (idea li ġiet abbandunata f'Ottubru tal-2007). Ħames pajjiżi Afrikani għamlu offerta biex jospitaw l-edizzjoni tal-2010 tat-Tazza tad-Dinja:

Minħabba d-deċiżjoni suċċessiva tal-Kumitat Eżekuttiv tal-FIFA biex il-kampjonat ma jiġix ospitat minn żewġ pajjiżi, it-Tuneżija irtirat il-kandidatura tagħha. Il-Kumitat iddeċieda wkoll li ma jaċċettax lil-Libja bħala ospitu minħabba li ma laħqitx il-kriterji uffiċjali.

Wara rawnd ta' voti, l-offerta rebbieħa ġiet mħabbra mill-president tal-FIFA Sepp Blatter waqt konferenza stampa fil-15 ta' Mejju 2004, f'Żurigu. L-Afrika t'Isfel ingħatat id-dritt li tospita dan it-turnew, fejn għelbet l-isfida tal-Marokk u l-Eġittu.[1]

Riżultati
Pajjiż Voti
Bandiera tal-Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel 14
Bandiera tal-Marokk Marokk 10
Bandiera tal-Eġittu Eġittu 0
  • Tuneżija Tuneżijairtirat fit-8 ta' Mejju 2004 wara li żewġ ospiti ma kinux aċċettati
  • Libja Libjal-offerta ġiet irrifjutata: il-kandidatura ma laħqitx il-kriterji u l-ospitu bejn żewġ pajjiżi ma kienx aċċettat

Għajdut ta' ospitu ġdid[editja]

Diversi għajdut ċċirkulaw f'sorsi varji tal-aħbarijiet li kienu jsostnu li t-Tazza tad-Dinja 2010 tista' ssir f'pajjiż ieħor.[2][3] Xi nies, fosthom Franz Beckenbauer, Horst R. Schmidt u, anki, xi eżekuttivi tal-FIFA, esprimew id-dubji tagħhom fuq il-pjan, l-organizzazzjoni u ż-żmien ta' preparazzjoni tal-AFrika t'Isfel. Madanakollu, l-uffiċjali tal-FIFA komplew isostnu li se jkomplu jagħtu s-sosten tagħhom lill-Afrika t'Isfel, u stqarrew li l-avveniment mhux se jitmexxa lejn pajjiż ieħor, bil-president tal-FIFA Sepp Blatter kompla jsostni li t-Tazza tad-Dinja 2010 se ssir fl-Afrika t'Isfel.[4] Blatter stqarr li hemm pjan ta' kontinġenza biex it-Tazza tad-Dinja issir x'imkien ieħor imma dan ikun f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, u li t-Tazza tad-Dinja 2006 fil-Ġermanja kellha wkoll pjan ta' kontinġenza simili.[5]

Minkejja l-assigurazzjoni min-naħa tal-FIFA li l-avveniment jitmexxa biss f'każ ta' xi diżgrazzja naturali, xi għajdut kompla jiċċirkula dwar il-possibilità ta' ospitu ġdid. Dan l-għajdut kollu ġie kkritikat mid-deputat Ministru tal-Finanzi tal-Afrika t'Isfel Jabu Moleketi, fejn qal li dan l-għajdut sar biex ipoġġi dehra negattiva għall-Afrika t'Isfel u l-Afrika.[6]

Kwalifikazzjoni[editja]

Bħala l-pajjiż ospitu, l-Afrika t'Isfel awtomatikament irċieva post fil-fażi finali. Madanakollu, l-Afrika t'Isfel xorta waħda ħadet sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni minħabba li dawn iservu wkoll bħala turnew ta' kwalifika għat-Tazza Afrikana 2010. Din hi l-ewwel darba mill-1934 li ospitu tat-Tazza tad-Dinja, ipparteċipa xorta waħda fil-kwalifiki għat-Tazza tad-Dinja. Bħat-turnew preċedenti, iċ-ċampjins renjanti tal-Italja, ma ngħatawx aċċess awtomatiku għall-fażi finali.

Il-poloz għall-fażi preliminarja ttellgħu f'Durban, fl-Afrika t'Isfel, fil-25 ta' Novembru 2007.

Timijiet kwalifikati[editja]

It-32 tim segwenti kkwalifikaw għall-fażi finali tal-kompetizzjoni.

AFC (4)
CAF (6)
CONCACAF (3)
CONMEBOL (5)
OFC (1)
UEFA (13)
Timijiet kwalifikati kuluriti bl-aħdar. Għal-Leġġenda għal żoni oħra, ara hawnhekk.

Din hija l-ewwel edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja li ma rat lil ebda tim jikkwalifikaw għall-ewwel darba, minkejja li tnejn minn dawk li kkwalifikaw (is-Slovakkja u s-Serbja) preċedentament kienu dehru f'isem żewġ pajjiżi oħra. Is-Slovakkja kienu ħadu sehem taħt l-isem taċ-Ċekoslovakkja, waqt li s-Serbja kkompetew bħala parti mill-Jugożlavja u tas-Serbja u Montenegro. Fiż-żewġ każi, il-FIFA ikkunsidrat liż-żewġ timijiet bħala l-eredi tar-rekords tal-pajjiżi li kienu jappartjenu għalihom qabel.

Kontroversji fil-kwalifikazzjoni[editja]

Kontroversja nqalgħet fuq il-partiti ta' kwalifika bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-Kosta Rika u l-Urugwaj, u l-Eġittu u l-Alġerija f'Novembru 2009.

Fit-tieni leg tal-play-off bejn Franza u r-Repubblika tal-Irlanda, il-kaptan ta' Franza Thierry Henry lagħab il-ballun b'idu f'azzjoni li wasslet għall-gowl tal-pari għall-Franċiżi, mingħajr ma kien jaf ir-referi.[7] L-inċident qajjem dibattitu sħun fuq kif il-partiti għandhom jiġu mmexxija fl-ogħla livell. Il-FIFA irrifjutat ir-rikjesta min-naħa tal-Federazzjoni tal-futbol Irlandiża sabiex tirrepeti l-logħba, waqt li aktar tard kien hemm rikjesta sabiex l-Irlanda tkun it-33 tim fit-Tazza tad-Dinja, rikjesta li aktar tard ġiet imwaqqha. Il-Kosta Rika qajmet ilment fuq il-gowl tal-Urugwaj fil-logħba ta' spareġġ tal-CONMEBOL-CONCACAF li ta r-rebħa lis-Sud-Amerikani,[8] waqt li l-aħħar partita bejn l-Eġittu u l-Aġerija kienet imdawwra minn rapporti fuq problemi fost il-partitarji.

Bħala tweġiba għall-inċidenti li nqalgħu matul il-fażi ta' kwalifikazzjoni u fuq kontroversja ta' tixħim fil-futbol, nhar it-2 ta' Diċembru 2009, il-FIFA sejħet laqgħa straordinarja tal-Kumitat Eżekuttiv. Wara l-laqgħa, il-FIFA ħabbret kienu se jagħmlu inkjesta fuq it-teknoloġija u uffiċjali żejda fil-partiti, però ma ħabbrux li kienu se jintroduċu l-assistenti mal-linji tal-gowls kif kienet diġà adottata fl-Europa League, u minflok kompla jiġi misħuq li l-kompetizzjoni fl-Afrika t'Isfel se tkun immexxiha bħal qabel, b'referi wieħed, żewġ assistenti, u r-raba' uffiċċjal.[9] Fuq is-suġġett dwar il-logħob rett, il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr:

 Nappella lil kull plejer u kowċ sabiex josserva l-logħob rett. Fl-2010 iridu nuru li l-futbol imur 'il hemm minn sempliċi daqqiet ta' ballun imma għandu valur soċjali u kulturali...Għalhekk nistaqsu lill-plejers sabiex 'jekk jogħġobkom osservaw il-logħob rett' sabiex inkunu eżempju lill-kumplament tad-dinja. 

—President tal-FIFA Sepp Blatter

Stadji[editja]

Fl-2005, l-organizzaturi ħarġu lista proviżorja tat-tlettax-il stadju li se jintużaw għat-Tazza tad-Dinja: Bloemfontein, Cape Town, Durban, Johannesburg (żewġ impjanti), Kimberley, Nelspruit, Orkney, Polokwane, Port Elizabeth, Pretorja (żewġ impjanti), u Rustenburg. Dan in-numru tnaqqas għal għaxra[10] li kienu uffiċjalment mħabbra fis-17 ta' Marzu 2006 mill-FIFA:

Rustenburg Pretorja Polokwane Nelspruit
Royal Bafokeng Stadium
Kapaċità: 44,530
Loftus Versfeld Stadium
Kapaċità: 49,365
Peter Mokaba Stadium
Kapaċità: 45,264
Mbombela Stadium
Kapaċità: 43,589
L-istadju Royal Bafokeng f'Rustenburg L-istadju Loftus Versfeld f'Pretorja L-istadju Peter Mokaba f'Polokwane L-istadju Mbombela f'Nelspruit
Johannesburg
Mappa tal-Afrika t'Isfel
Johannesburg
Soccer City
Kapaċità: 94,700
Ellis Park Stadium
Kapaċità: 62,567
L-istadju Ellis Park f'Johannesburg
Cape Town Port Elizabeth Bloemfontein Durban
Free State Stadium
Kapaċità: 45,058
Moses Mabhida Stadium
Kapaċità: 69,957
Green Point
Kapaċità: 66,005
Nelson Mandela Bay Stadium
Kapaċità: 46,082
L-istadju Free State f'Cape Town L-istadju Moses Mabhida f'Durban L-istadju Green Point f'Cape Town L-istadju Nelson Mandela Bay f'Port Elizabeth

Preparamenti[editja]

Ħames stadji ġodda ġew mibnija għal dan il-kampjonat, u ħamsa minn dawk li diġà jeżistu ġew estiżi. L-ispiża totali tal-kostruzzjoni se tkun madwar R8.4 biljun.[11]

Minbarra l-ħidma fuq l-istadji l-ġodda li nbnew u dawk li tranġaw, l-Afrika t'Isfel ħdamet biex ittejjeb l-infrastruttura preżenti tat-trasport pubbliku, u biex timplimenta miżuri speċjali sabiex tassigura s-sigurtà u s-saħħa tan-nies lokali u t-turisti internazzjonali li jkunu qed jattendu għall-partiti, skont il-kriterji tal-FIFA.[12]

Il-mod ta' kif ġew effetwati dawn il-preparamenti, intlaqa' minn rispons qawwi mill-FIFA, fejn deher li kienu lesti sabiex jospitaw ġewwa pajjiżhom wieħed mill-ikbar avvenimenti sportivi li huwa segwit b'tant fervur minn miljuni ta' nies.[13]

Sorteġġ tal-gruppi[editja]

Il-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA approvat il-proċedura għat-tlugħ finali tal-gruppi nhar it-2 ta' Diċembru 2009. It-timijiet ġew maqsuma f'erba' urni differenti, bl-aqwa seba' timijiet skont il-klassifika mondjali tal-FIFA ta' Ottubru 2009 flimkien mal-ospitanti tal-Afrika t'Isfel jitqgħedu fl-ewwel urna. Il-kumitat approva wkoll kif se jkunu magħmula l-urni l-oħra. It-tieni urna kienet komposta mill-Asja, l-Oċeanja, u l-Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew. It-tielet urna kienet tikkonsisti minn timijiet mill-Afrika u l-Amerika t'Isfel, u r-raba' urna bil-kumplament tat-timijiet Ewropej.

L-Afrika t'Isfel awtomatikament tqegħdu f'A1; is-seba' timijiet l-oħra mill-ewwel urna ġew pożizzjonati f'numru 1 tal-gruppi l-oħra B-H. Il-gruppi ġew mtella' minn A sa H, u l-pożizzjonijiet fil-grupp ġew mtella' għal Urna 2 sa 4. Il-kriterju ġeografiku ġie rispettat, jiġifieri li l-ebda tim mill-istess konfederazzjoni ma jista' jiġi fi grupp ma' tim ieħor mill-istess konfederazzjoni, ħlief għat-timijiet Ewropej li seta' jkun hemm massimu ta' tnejn fi grupp. L-Afrika t'Isfel ma setgħetx tiġi mniżżla mat-timijeit Afrika mill-Urna 3 u l-Arġentina u l-Brażil ma setgħux jiġu mtella' kontra l-kumplament tat-tliet timijiet miż-Żona tal-Amerika t'Isfel. L-ewwel żewġ timijiet Afrikani li ttellgħu minn Urna 3 daħlu mal-Arġentina u l-Brażil.[14]

Urna 1 Urna 2 Urna 3 Urna 4

Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel
Flag of Brazil.svg Brażil
Flag of Spain.svg Spanja
Flag of the Netherlands.svg Olanda
Flag of Italy.svg Italja
Flag of Germany.svg Ġermanja
Flag of Argentina.svg Arġentina
Flag of England.svg Ingilterra

Flag of Australia.svg Awstralja
Flag of Japan.svg Ġappun
Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq
Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel
Flag of Honduras.svg Ħonduras
Flag of Mexico.svg Messiku
Flag of the United States.svg Stati Uniti
Flag of New Zealand.svg New Zealand

Flag of Algeria.svg Alġerija
Flag of Cameroon.svg Kamerun
Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju
Flag of Ghana.svg Gana
Flag of Nigeria.svg Niġerja
Flag of Chile.svg Ċili
Flag of Paraguay.svg Paragwaj
Flag of Uruguay.svg Urugwaj

Flag of Denmark.svg Danimarka
Flag of France.svg Franza
Flag of Greece.svg Greċja
Flag of Portugal.svg Portugall
Flag of Serbia.svg Serbja
Flag of Slovakia.svg Slovakkja
Flag of Slovenia.svg Slovenja
Flag of Switzerland.svg Żvizzera

It-tlugħ tal-poloz saru f'Cape Town, fl-Afrika t'Isfel fis-19:00 (UTC+2) nhar l-4 ta' Diċembru 2009. Iċ-ċerimonja ġiet preżentata mill-attriċi Sud-Afrikana Charlize Theron, assistita mis-Segretarju Ġenerali tal-FIFA Jérôme Valcke. Numru ta' figuri sportivi taw sehemhom fit-tlugħ tal-poloz għall-gruppi.[15]

Grupp A Grupp B Grupp Ċ Grupp D
Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel Flag of Argentina.svg Arġentina Flag of England.svg Ingilterra Flag of Germany.svg Ġermanja
Flag of Mexico.svg Messiku Flag of Nigeria.svg Niġerja Flag of the United States.svg Stati Uniti Flag of Australia.svg Awstralja
Flag of Uruguay.svg Urugwaj Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel Flag of Algeria.svg Alġerija Flag of Serbia.svg Serbja
Flag of France.svg Franza Flag of Greece.svg Greċja Flag of Slovenia.svg Slovenja Flag of Ghana.svg Gana
Grupp E Grupp F Grupp Ġ Grupp H
Flag of the Netherlands.svg Olanda Flag of Italy.svg Italja Flag of Brazil.svg Brażil Flag of Spain.svg Spanja
Flag of Denmark.svg Danimarka Flag of Paraguay.svg Paragwaj Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq Flag of Switzerland.svg Żvizzera
Flag of Japan.svg Ġappun Flag of New Zealand.svg New Zealand Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju Flag of Honduras.svg Ħonduras
Flag of Cameroon.svg Kamerun Flag of Slovakia.svg Slovakkja Flag of Portugal.svg Portugall Flag of Chile.svg Ċili

Referis[editja]

AFC
Arabja Sawdija Khalil Al Ghamdi
Użbekistan Ravshan Irmatov
Malażja Subkhiddin Mohd Salleh
Ġappun Yuichi Nishimura
CAF
Mali Koman Coulibaly
Afrika t'Isfel Jerome Damon
Seychelles Eddy Maillet
CONCACAF
El Salvador Joel Aguilar
Messiku Benito Archundia
Gwatemala Carlos Batres
Messiku Marco Antonio Rodríguez
CONMEBOL
Arġentina Héctor Baldassi
Urugwaj Jorge Larrionda
Ċili Pablo Pozo
Kolombja Óscar Ruiz
Brażil Carlos Eugênio Simon
Urugwaj Martín Vázquez
OFC
New Zealand Michael Hester
New Zealand Peter O'Leary
UEFA
Portugall Olegário Benquerença
Żvizzera Massimo Busacca
Belġju Frank De Bleeckere
Żvezja Martin Hansson
Ungerija Viktor Kassai
Franza Stéphane Lannoy
Italja Roberto Rosetti
Ġermanja Wolfgang Stark
Spanja Alberto Undiano Mallenco
Ingilterra Howard Webb

Skeda[editja]

Il-ħinijiet kollha huma UTC+2.

Fażi tal-gruppi[editja]

Fit-tabelli segwenti:

  • L = total ta' logħob li ntlagħbu
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls skurjati (favur)
  • GK = total ta' gowls li laqqtu (kontra)
  • DG = differenza ta' gowls (GF–GK)
  • Pti = total ta' punti akkumulati

It-timijiet pożizzjonati fl-ewwel u t-tieni post (bi sfond aħdar) ikkwalifikaw għar-rawnd tal-aħħar sittax.

Leġġenda għall-kuluri fit-tabelli tal-gruppi
Timijiet li avvanzaw għar-rawnd ta' L-Aħħar sittax

Pożizzjonijiet fil-fażi tal-gruppi

Għat-turnew tat-Tazza tad-Dinja, il-FIFA iddeċidiet sett ta' kriterji sabiex tidentifika kull pożizzjoni fil-grupp ta' kull tim fil-fażi tal-gruppi.[16]

  1. l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti kollha tal-grupp;
  2. differenza ta' gowls fil-partiti kollha tal-grupp;
  3. l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kollha tal-grupp;
  4. l-ikbar numru ta' punti miksuba fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  5. differenza ta' gowls mill-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  6. l-ikbar numru ta' gowls skurjati fil-partiti tal-grupp bejn it-timijiet konċernati;
  7. tlugħ tax-xorti mill-Kumitat Organizzattiv tal-FIFA.

Grupp A[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Uruguay.svg Urugwaj 3 2 1 0 4 0 +4 7
Flag of Mexico.svg Messiku 3 1 1 1 3 2 +1 4
Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel 3 1 1 1 3 5 –2 4
Flag of France.svg Franza 3 0 1 2 1 4 –3 1
11 ta' Ġunju 2010
Afrika t'Isfel Flag of South Africa.svg 1–1 Flag of Mexico.svg Messiku Soccer City, Johannesburg
Urugwaj Flag of Uruguay.svg 0–0 Flag of France.svg Franza Cape Town Stadium, Cape Town
16 ta' Ġunju 2010
Afrika t'Isfel Flag of South Africa.svg 0–3 Flag of Uruguay.svg Urugwaj Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
17 ta' Ġunju 2010
Franza Flag of France.svg 0–2 Flag of Mexico.svg Messiku Peter Mokaba Stadium, Polokwane
22 ta' Ġunju 2010
Messiku Flag of Mexico.svg 0–1 Flag of Uruguay.svg Urugwaj Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
Franza Flag of France.svg 1–2 Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel Free State Stadium, Bloemfontein

Grupp B[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Argentina.svg Arġentina 3 3 0 0 7 1 +6 9
Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel 3 1 1 1 5 6 −1 4
Flag of Greece.svg Greċja 2 1 0 2 2 5 −3 3
Flag of Nigeria.svg Niġerja 3 0 1 2 3 5 −2 1
12 ta' Ġunju 2010
Korea t'Isfel Flag of South Korea.svg 2–0 Flag of Greece.svg Greċja Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Arġentina Flag of Argentina.svg 1–0 Flag of Nigeria.svg Niġerja Ellis Park Stadium, Johannesburg
17 ta' Ġunju 2010
Arġentina Flag of Argentina.svg 4–1 Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel Soccer City, Johannesburg
Greċja Flag of Greece.svg 2–1 Flag of Nigeria.svg Niġerja Free State Stadium, Bloemfontein
22 ta' Ġunju 2010
Niġerja Flag of Nigeria.svg 2–2 Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel Moses Mabhida Stadium, Durban
Greċja Flag of Greece.svg 0–2 Flag of Argentina.svg Arġentina Peter Mokaba Stadium, Polokwane

Grupp Ċ[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of the United States.svg Stati Uniti 3 1 2 0 4 3 +1 5
Flag of England.svg Ingilterra 3 1 2 0 2 1 +1 5
Flag of Slovenia.svg Slovenja 3 0 2 1 3 3 0 4
Flag of Algeria.svg Alġerija 3 0 1 2 0 2 −2 1
12 ta' Ġunju 2010
Ingilterra Flag of England.svg 1–1 Flag of the United States.svg Stati Uniti Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
13 ta' Ġunju 2010
Alġerija Flag of Algeria.svg 0–1 Flag of Slovenia.svg Slovenja Peter Mokaba Stadium, Polokwane
18 ta' Ġunju 2010
Slovenja Flag of Slovenia.svg 2–2 Flag of the United States.svg Stati Uniti Ellis Park Stadium, Johannesburg
Ingilterra Flag of England.svg 0–0 Flag of Algeria.svg Alġerija Cape Town Stadium, Cape Town
23 ta' Ġunju 2010
Slovenja Flag of Slovenia.svg 0–1 Flag of England.svg Ingilterra Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Stati Uniti Flag of the United States.svg 1–0 Flag of Algeria.svg Alġerija Loftus Versfeld Stadium, Pretorja

Grupp D[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Germany.svg Ġermanja 3 2 0 1 5 1 +4 6
Flag of Ghana.svg Gana 3 1 1 1 2 2 0 4
Flag of Australia.svg Awstralja 3 1 1 1 3 6 −3 4
Flag of Serbia.svg Serbja 3 1 0 2 2 3 −1 3
13 ta' Ġunju 2010
Serbja Flag of Serbia.svg 0–1 Flag of Ghana.svg Gana Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
Ġermanja Flag of Germany.svg 4–0 Flag of Australia.svg Awstralja Moses Mabhida Stadium, Durban
18 ta' Ġunju 2010
Ġermanja Flag of Germany.svg 0–1 Flag of Serbia.svg Serbja Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
19 ta' Ġunju 2010
Gana Flag of Ghana.svg 1–1 Flag of Australia.svg Awstralja Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
23 ta' Ġunju 2010
Gana Flag of Ghana.svg 0–1 Flag of Germany.svg Ġermanja Soccer City, Johannesburg
Awstralja Flag of Australia.svg 2–1 Flag of Serbia.svg Serbja Mbombela Stadium, Nelspruit

Grupp E[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of the Netherlands.svg Olanda 3 3 0 0 5 1 +4 9
Flag of Japan.svg Ġappun 3 2 0 1 4 2 +2 6
Flag of Denmark.svg Danimarka 3 1 0 2 3 6 −3 3
Flag of Cameroon.svg Kamerun 3 0 0 3 2 5 −3 0
14 ta' Ġunju 2010
Olanda Flag of the Netherlands.svg 2–0 Flag of Denmark.svg Danimarka Soccer City, Johannesburg
Ġappun Flag of Japan.svg 1–0 Flag of Cameroon.svg Kamerun Free State Stadium, Bloemfontein
19 ta' Ġunju 2010
Olanda Flag of the Netherlands.svg 1–0 Flag of Japan.svg Ġappun Moses Mabhida Stadium, Durban
Kamerun Flag of Cameroon.svg 1–2 Flag of Denmark.svg Danimarka Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
24 ta' Ġunju 2010
Danimarka Flag of Denmark.svg 1–3 Flag of Japan.svg Ġappun Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
Kamerun Flag of Cameroon.svg 1–2 Flag of the Netherlands.svg Olanda Cape Town Stadium, Cape Town

Grupp F[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Paraguay.svg Paragwaj 3 1 2 0 3 1 +2 5
Flag of Slovakia.svg Slovakkja 3 1 1 1 4 5 −1 4
Flag of New Zealand.svg New Zealand 3 0 3 0 2 2 0 3
Flag of Italy.svg Italja 3 0 2 1 4 5 −1 2
14 ta' Ġunju 2010
Italja Flag of Italy.svg 1–1 Flag of Paraguay.svg Paragwaj Cape Town Stadium, Cape Town
15 ta' Ġunju 2010
New Zealand Flag of New Zealand.svg 1–1 Flag of Slovakia.svg Slovakkja Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
20 ta' Ġunju 2010
Slovakkja Flag of Slovakia.svg 0–2 Flag of Paraguay.svg Paragwaj Free State Stadium, Bloemfontein
Italja Flag of Italy.svg 1–1 Flag of New Zealand.svg New Zealand Mbombela Stadium, Nelspruit
24 ta' Ġunju 2010
Slovakkja Flag of Slovakia.svg 3–2 Flag of Italy.svg Italja Ellis Park Stadium, Johannesburg
Paragwaj Flag of Paraguay.svg 0–0 Flag of New Zealand.svg New Zealand Peter Mokaba Stadium, Polokwane

Grupp Ġ[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Brazil.svg Brażil 3 2 1 0 5 2 +3 7
Flag of Portugal.svg Portugall 3 1 2 0 7 0 +7 5
Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju 3 1 1 1 4 3 +1 4
Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq 3 0 0 3 1 12 −11 0
15 ta' Ġunju 2010
Kosta tal-Avorju Flag of Côte d'Ivoire.svg 0–0 Flag of Portugal.svg Portugall Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Brażil Flag of Brazil.svg 2–1 Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq Ellis Park Stadium, Johannesburg
20 ta' Ġunju 2010
Brażil Flag of Brazil.svg 3–1 Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju Soccer City, Johannesburg
21 ta' Ġunju 2010
Portugall Flag of Portugal.svg 7–0 Flag of North Korea.svg Korea ta' Fuq Cape Town Stadium, Cape Town
25 ta' Ġunju 2010
Portugall Flag of Portugal.svg 0–0 Flag of Brazil.svg Brażil Moses Mabhida Stadium, Durban
Korea ta' Fuq Flag of North Korea.svg 0–3 Flag of Côte d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju Mbombela Stadium, Nelspruit

Grupp H[editja]

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Spain.svg Spanja 3 2 0 1 4 2 +2 6
Flag of Chile.svg Ċili 3 2 0 1 3 2 +1 6
Flag of Switzerland.svg Żvizzera 3 1 1 1 1 1 0 4
Flag of Honduras.svg Ħonduras 3 0 1 2 0 3 −3 1
16 ta' Ġunju 2010
Ħonduras Flag of Honduras.svg 0–1 Flag of Chile.svg Ċili Mbombela Stadium, Nelspruit
Spanja Flag of Spain.svg 0–1 Flag of Switzerland.svg Żvizzera Moses Mabhida Stadium, Durban
21 ta' Ġunju 2010
Ċili Flag of Chile.svg 1–0 Flag of Switzerland.svg Żvizzera Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Spanja Flag of Spain.svg 2–0 Flag of Honduras.svg Ħonduras Ellis Park Stadium, Johannesburg
25 ta' Ġunju 2010
Ċili Flag of Chile.svg 1–2 Flag of Spain.svg Spanja Loftus Versfeld Stadium, Pretorja
Żvizzera Flag of Switzerland.svg 0–0 Flag of Honduras.svg Ħonduras Free State Stadium, Bloemfontein

Fażi eliminatorja[editja]

Fil-fażi eliminatorja (li tinkludi l-finali), jekk il-partita tibqa' f'pari wara 90 minuta, żewġ perjodi ta' ħin miżjuda jiġu migħluba (ta' kwarta kull wieħed). Jekk ir-riżultat jibqa' xorta l-istess wara l-ħin barrani, il-partita tiġi deċiża permezz tal-għoti tal-penalties.

L-Aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
26 ta' Ġunju – Port Elizabeth            
 Flag of Uruguay.svg Urugwaj  2
2 ta' Lulju – Johannesburg
 Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel  1  
 Flag of Uruguay.svg Urugwaj  1 (4)
26 ta' Ġunju – Rustenburg
   Flag of Ghana.svg Gana  1 (2)  
 Flag of the United States.svg Stati Uniti  1
6 ta' Lulju – Cape Town
 Flag of Ghana.svg Gana (ħ.s.)  2  
 Flag of Uruguay.svg Urugwaj  2
28 ta' Ġunju – Durban
   Flag of the Netherlands.svg Olanda  3  
 Flag of the Netherlands.svg Olanda  2
2 ta' Lulju – Port Elizabeth
 Flag of Slovakia.svg Slovakkja  1  
 Flag of the Netherlands.svg Olanda  2
28 ta' Ġunju – Johannesburg
   Flag of Brazil.svg Brażil  1  
 Flag of Brazil.svg Brażil  3
11 ta' Lulju – Johannesburg
 Flag of Chile.svg Ċili  0  
 Flag of the Netherlands.svg Olanda  0
27 ta' Ġunju – Johannesburg
   Flag of Spain.svg Spanja  1
 Flag of Argentina.svg Arġentina  3
3 ta' Lulju – Cape Town
 Flag of Mexico.svg Messiku  1  
 Flag of Argentina.svg Arġentina  0
27 ta' Ġunju – Bloemfontein
   Flag of Germany.svg Ġermanja  4  
 Flag of Germany.svg Ġermanja  4
7 ta' Lulju – Durban
 Flag of England.svg Ingilterra  1  
 Flag of Germany.svg Ġermanja  0
29 ta' Ġunju – Pretorja
   Flag of Spain.svg Spanja  1   It-Tielet post
 Flag of Paraguay.svg Paragwaj  0 (5)
3 ta' Lulju – Johannesburg 10 ta' Lulju – Port Elizabeth
 Flag of Japan.svg Ġappun  0 (3)  
 Flag of Paraguay.svg Paragwaj  0  Flag of Uruguay.svg Urugwaj  2
29 ta' Ġunju – Cape Town
   Flag of Spain.svg Spanja  1    Flag of Germany.svg Ġermanja  3
 Flag of Spain.svg Spanja  1
 Flag of Portugal.svg Portugall  0  

L-Aħħar sittax[editja]

26 ta' Ġunju 2010
16:00
Urugwaj Flag of Uruguay.svg 2 – 1 Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Attendenza: 30,597
Referì: Ġermanja Wolfgang Stark
Suárez Gowl 8'80' Rapport Lee Chung-Yong Gowl 68'

26 ta' Ġunju 2010
20:30
Stati Uniti Flag of the United States.svg 1 – 2 (ħ.s.)
Flag of Ghana.svg Gana Royal Bafokeng Stadium, Rustenburg
Attendenza: 34,976
Referì: Ungerija Viktor Kassai
Donovan Gowl 62' (pen.) Rapport K. Boateng Gowl 5'
Gyan Gowl 93'

27 ta' Ġunju 2010
16:00
Ġermanja Flag of Germany.svg 4 – 1 Flag of England.svg Ingilterra Free State Stadium, Bloemfontein
Attendenza: 40,510
Referì: Urugwaj Jorge Larrionda
Klose Gowl 20'
Podolski Gowl 32'
Müller Gowl 67'70'
Rapport Upson Gowl 37'

27 ta' Ġunju 2010
20:30
Arġentina Flag of Argentina.svg 3 – 1 Flag of Mexico.svg Messiku Soccer City, Johannesburg
Attendenza: 84,377
Referì: Italja Roberto Rosetti
Tévez Gowl 26'52'
Higuaín Gowl 33'
Rapport Hernández Gowl 71'

28 ta' Ġunju 2010
16:00
Olanda Flag of the Netherlands.svg 2 – 1 Flag of Slovakia.svg Slovakkja Moses Mabhida Stadium, Durban
Attendenza: 61,962
Referì: Spanja Alberto Undiano
Robben Gowl 18'
Sneijder Gowl 84'
Rapport Vittek Gowl 90+4' (pen.)

28 ta' Ġunju 2010
20:30
Brażil Flag of Brazil.svg 3 – 0 Flag of Chile.svg Ċili Ellis Park Stadium, Johannesburg
Attendenza: 54,096
Referì: Ingilterra Howard Webb
Juan Gowl 34'
L.Fabiano Gowl 38'
Robinho Gowl 59'
Rapport

29 ta' Ġunju 2010
16:00
Paragwaj Flag of Paraguay.svg 0 – 0 (ħ.s.) Flag of Japan.svg Ġappun Loftus Versfeld Stadium, Pretoria
Referì: Belġju Frank De Bleeckere
Rapport
  Penalties  
Barreto Skurjat
Barrios Skurjat
Riveros Skurjat
Valdez Skurjat
Cardozo Skurjat
5 – 3 Skurjat Endō
Skurjat Hasebe
Żbaljat Komano
Skurjat Honda

29 ta' Ġunju 2010
20:30
Spanja Flag of Spain.svg 1 – 0 Flag of Portugal.svg Portugall Cape Town Stadium, Cape Town
Attendenza: 62,955
Referì: Arġentina Héctor Baldassi
Villa Gowl 63' Rapport

Kwarti tal-finali[editja]

2 ta' Lulju 2010
16:00
Olanda Flag of the Netherlands.svg 2 – 1 Flag of Brazil.svg Brażil Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Attendenza: 40,186
Referì: Ġappun Yuichi Nishimura
Sneijder Gowl 53'68' Rapport Robinho Gowl 10'

2 ta' Lulju 2010
20:30
Urugwaj Flag of Uruguay.svg 1 – 1 (ħ.s.) Flag of Ghana.svg Gana Soccer City, Johannesburg
Attendenza: 84,017
Referì: Portugall Olegário Benquerença
Forlán Gowl 55' Rapport Muntari Gowl 45+2'
  Penalties  
Forlán Skurjat
Victorino Skurjat
Scotti Skurjat
M. Pereira Żbaljat
Abreu Skurjat
4 – 2 Skurjat Gyan
Skurjat Appiah
Żbaljat Mensah
Żbaljat Adiyiah

3 ta' Lulju 2010
16:00
Arġentina Flag of Argentina.svg 0 – 4 Flag of Germany.svg Ġermanja Cape Town Stadium, Cape Town
Attendenza: 64,100
Referì: Użbekistan Ravshan Irmatov
Rapport Müller Gowl 3'
Klose Gowl 68'89'
Friedrich Gowl 74'

3 ta' Lulju 2010
20:30
Paragwaj Flag of Paraguay.svg 0 – 1 Flag of Spain.svg Spanja Ellis Park Stadium, Johannesburg
Attendenza: 55,359
Referì: Gwatemala Carlos Batres
Rapport Villa Gowl 83'

Semifinali[editja]

6 ta' Lulju 2010
20:30
Urugwaj Flag of Uruguay.svg 2 – 3 Flag of the Netherlands.svg Olanda Cape Town Stadium, Cape Town
Attendenza: 62,479
Referì: Użbekistan Ravshan Irmatov
Forlán Gowl 41'
M. Pereira Gowl 90+2'
Rapport Van Bronckhorst Gowl 18'
Sneijder Gowl 70'
Robben Gowl 73'

7 ta' Lulju 2010
20:30
Ġermanja Flag of Germany.svg 0 – 1 Flag of Spain.svg Spanja Moses Mabhida Stadium, Durban
Attendenza: 60,960
Referì: Ungerija Viktor Kassai
Rapport Puyol Gowl 73'

It-Tielet post[editja]

10 ta' Lulju 2010
20:30
Urugwaj Flag of Uruguay.svg 2 – 3 Flag of Germany.svg Ġermanja Nelson Mandela Bay Stadium, Port Elizabeth
Attendenza: 36,254
Referì: Messiku Benito Archundia
Cavani Gowl 28'
Forlán Gowl 51'
Rapport Müller Gowl 19'
Jansen Gowl 56'
Khedira Gowl 82'

Finali[editja]

11 ta' Lulju 2010
20:30
Olanda Flag of the Netherlands.svg 0 – 1 (ħ.s.) Flag of Spain.svg Spanja Soccer City, Johannesburg
Attendenza: 84,490
Referì: Ingilterra Howard Webb
Rapport Iniesta Gowl 116'

Statistika[editja]

Skorers[editja]

Il-plejer Sud-Afrikan Siphiwe Tshabalala kien l-ewwel plejer li skorja gowl fil-kompetizzjoni, fil-logħba tal-ftuħ kontra l-Messiku li ntemmet 1–1. Id-difensur Daniż Simon Poulsen skorja l-ewwel awto-gowl tal-kampjonat, fit-telfa ta' 2–0 kontra l-Olanda. L-attakkant Arġentin Gonzalo Higuaín skorja l-ewwel tripletta f'dan it-turnew, fir-rebħa tal-Arġentina bl-iskor ta' 4–1 kontra l-Korea t'Isfel. Din it-tripletta kienet id-49 waħda fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja

L-aqwa erba' skorers ta' din il-kompetizzjoni spiċċaw ilkoll b'ħames gowls. Iż-Żarbuna tad-Deheb marret għal Thomas Müller tal-Ġermanja li kellu tliet assits. Iż-Żarbuna tal-Fidda marret għal David Villa ta' Spanja li lagħab total ta' 635 minuta, u ż-Żarbuna tal-Bronż marret f'idejn Wesley Sneijder tal-Olanda li lagħab 652 minuta. Diego Forlán tal-Urugwaj kellu ħames gowls u assist wieħed f'654 minutA. Tliet plejers oħra skorjaw erba' gowls.

Dixxiplina[editja]

Tmienja u għoxrin plejer ġew sospiżi minħabba li laqqtu żewġ karti sofor konsekuttivi (tlettax-il plejer), karta ħamra diretta (tmien plejers), jew karta safra b'karta ħamra aktar tard (seba' plejers).

Unuri[editja]

Żarbuna tad-Deheb Ballun tad-Deheb Ingwanta tad-Deheb L-Aqwa Plejer Żagħżugħ Trofew FIFA Fair Play
Ġermanja Thomas Müller Urugwaj Diego Forlán Spanja Iker Casillas Ġermanja Thomas Müller Flag of Spain.svg Spanja

Simboli[editja]

Maskot[editja]

Il-maskot uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2010 huwa Zakumi, leopard b'xagħar aħdar, li ġie mħabbar fit-22 ta' Settembru 2008. Ismu ġej minn "ZA", akronimu għal "Afrika t'Isfel", u "kumi" li hi kelma li tfisser "għaxra" f'diversi lingwi Afrikani.[17] Il-kuluri tal-maskot jirriflettu dawk tat-tim nazzjonali tal-pajjiż ospitu – isfar u aħdar.

Kanzunetta uffiċjali[editja]

Il-kanzunetta uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja "Waka Waka" hi kantat mill-kantanta Kolombjana Shakira u l-grupp mużikali Freshlyground mill-Afrika t'Isfel, u kantata bl-Ingliż u bl-Ispanjol.[18] Il-kanzunetta hi bbażata fuq kanzunetta tradizzjonali tas-suldati Sud-Afrikani bl-isem ta' Zangalewa. Din il-kanzunetta tkantat fil-kunċert ta' qabel il-bidu tat-Tazza tad-Dinja fl-10 ta' Ġunju f'Soweto u kif ukoll fiċ-ċerimonja tal-futħ fil-11 ta' Ġunju u fil-finali tal-11 ta' Lulju.

Ballun uffiċjali[editja]

Stampa:Adidas Jabulani Gold (1).jpg
Jo'bulani, il-ballun uffiċjali li intuża fil-finali tat-Tazza tad-Dinja 2010

Il-ballun uffiċjali għat-Tazza tad-Dinja, magħmul minn adidas, iġib l-isem ta' Jabulani, li jfisser "ċelebrazzjoni" fil-lingwa Zulu. In-numru ħdax għandu rwol prominenti f'dan il-ballun: dan huwa l-ħdax-il ballun tat-Tazza tad-Dinja magħmul minn kumpanija Ġermaniża; il-ballun jinkludi fih ħdax-il kulur, wieħed għal kull plejer fil-grawnd; u hemm ħdax-il lingwa uffiċjali fl-Afrika t'Isfel.[19] Ballun speċjali b'pannelli tad-deheb se jiġi wżat fil-finali ta' Johannesburg. Il-ballun hu mibni fuq disinn ġdid, li jikkonsisti minn tmien pannelli magħqudin flimkien b'mod sferiku.

Il-ballun ġie wżat waqt it-Tazza tad-Dinja tal-Klabbs 2009 li saret ġewwa l-Emirati Għarab Magħquda, u verżjoni speċjali tal-ballun, il-Jabulani Angola, kien il-ballun uffiċjali tat-Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana 2010.

Xi stilel tal-futbol ilmentaw fuq il-ballun il-ġdid, fejn l-argument li ġabu 'l quddiem kien li t-trajjetorja tal-ballun kienet diffiċli biex wieħed jippredixxieha. Il-gowlkiper Brażiljan Júlio César ikkompara l-ballun ma' wieħed li jixtri mingħanda tal-"ħanut" u li kien tajjeb għall-attakkanti waqt li jaħdem kontra l-gowlkipers.[20] Ċerti żbalji li saru minn gowlkipers matul din it-Tazza tad-Dinja ġew attribwiti lil dan il-ballun.[21]

Referenzi[editja]

  1. ^ (Ingliż) Host nation of 2010 FIFA World Cup - South Africa. FIFA, 15-05-2004
  2. ^ (Ingliż) Luke Harding, Doubt over South Africa 2010.
  3. ^ (Ingliż) Jermaine Craig, Fifa denies SA may lose 2010 World Cup.
  4. ^ (Ingliż) Sivuyile Mangxamba et. al, SA will host 2010 World Cup, says Blatter.
  5. ^ (Ingliż) FIFA confirm World Cup back-up plan for 2010, 03-04-2007.
  6. ^ (Ingliż) SAPA, World Cup: 'Pessimists to eat their words', 15-05-2007.
  7. ^ Ebda passi kontra Henry. MaltaRightNow.com, 18-01-2010
  8. ^ (Ingliż) Harris, Nick, Blatter: we need goal line officials at World Cup President urges change as Fifa considers Ireland's appeal to be '33rd nation' at finals, 01-12-2009.
  9. ^ (Ingliż) FIFA reject extra referees proposal. Press Association, 02-12-2009 (arkivjat mill-URL oriġinali nhar il-03-12-2009)
  10. ^ (Ingliż) 2010 Soccer World Cup Fan Parks & 2010 Host Cities.
  11. ^ (Ingliż) SA faces R8.4bn stadium bill. News24, 01-10-2006
  12. ^ (Ingliż) 2010 FIFA World Cup South Africa Special Measures Act, 200 (PDF). Repubblika tal-Afrika t'Isfel, Ministru tal-iSport u r-Rikreazzjoni - Gazetta tal-Gvern Online Nru. 28593, 10-06-2006
  13. ^ (Ingliż) SA marks 100 days to World Cup. Africa Review, 02-03-2010. Aċċess tal-URL: 14-03-2010.
  14. ^ (Ingliż) 2010 FIFA World Cup South Africa Final Draw Procedure. FIFA.com, 2009. Aċċess tal-URL: 04-12-2009.
  15. ^ (Ingliż) Draw ignites FIFA World Cup fever. FIFA.com, 04-12-2009. Aċċess tal-URL: 04-12-2009.
  16. ^ (Ingliż) Fifa World Cup South Africa 2010 Regulations - Article 17.6. FIFA
  17. ^ (Ingliż) Leopard takes World Cup spotlight, 22-09-2008.
  18. ^ (Ingliż) Shakira records official FIFA World Cup 2010 song. Shakira.com, 26-04-2010. Aċċess tal-URL: 05-06-2010.
  19. ^ (Ingliż) 2010 World Cup Jabulani Adidas ball. Aċċess tal-URL: 06-12-2009.
  20. ^ (Ingliż) Julio Cesar calls Jabulani ’supermarket ball’. The Soccer Room, 28-05-2010. Aċċess tal-URL: 21-06-2010.
  21. ^ Alfred Brincat. (Ingliż) Controversial Jabulani ball. TimesOfMalta.com, 27-06-2010. Aċċess tal-URL: 05-07-2010.

Ħoloq esterni[editja]