Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

(Riindirizzat minn Tazza tad-Dinja 2006)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006
FIFA World Cup 2006 Logo svg.png
Logo uffiċjali tat-Tazza tad-Dinja 2006
Dettalji tat-turnew
Pajjiż ospitu Flag of Germany.svg Ġermanja
Dati 9 ta' Ġunju – 9 ta' Lulju
Parteċipanti  (minn 6 konfederazzjonijiet)
Stadji 12 (f'6 ibliet ospiti)
Pożizzjonijiet finali
Rebbieħ Gold medal blank.svg Flag of Italy.svg Italja
It-Tieni post Silver medal blank.svg Flag of France.svg Franza
It-Tielet post Bronze medal blank.svg Flag of Germany.svg Ġermanja
Ir-Raba' post Flag of Portugal.svg Portugall
Statistika tal-kompetizzjoni
Partiti 64
Gowls skorjati 147 (2.3 kull logħba)
Attendenza 3,353,655 (52,401 kull logħba)
L-aqwa plejer Bandiera ta' Franza Zinedine Zidane

It-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 kienet it-tmintax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Dan sar bejn id-9 ta' Ġunju u d-9 ta' Lulju 2006 ġewwa l-Ġermanja, li kisbet id-dritt li tospita dan it-turnew f'Lulju tas-sena 2000. Kien hemm 198 tim nazzjonali li ħadu sehem fil-fażi ta' kwalifikazzjoni mis-sitt konfederazzjonijiet, fażi li bdiet f'Settembru tal-2003. Wieħed u tletin tim ikkwalifikaw għall-fażi finali, flimkien mal-pajjiż ospitu tal-Ġermanja.

Dan it-turnew ġie mirbuħ mill-Italja wara li fil-finali għelbu lil Franza 5–3 wara l-għoti tal-penalties, wara li l-partita sal-ħin supplementari baqgħet fissa 1–1. B'hekk l-Italja kisbet ir-raba' titlu mondjali. Fil-partita ta' spareġġ għat-tielet u r-raba' post, il-Ġermanja rebħet lill-Portugall bl-iskor ta' 3–1 biex kisbet it-tielet post.

It-Tazza tad-Dinja 2006 tibqa' fost l-iktar avvenimenti qatt segwiti fuq it-televiżjoni hekk kif laħqet kwota ta' 26.29 biljun spettatur (mhux uniku), matul il-kampjonat kollu. Il-finali attirat udjenza rekord ta' 715.1 miljun persuna.[1] Bħala r-rebbieħ, l-Italja rrapreżentat lid-Dinja fit-Tazza tal-Konfederazzjonijiet 2009.

Werrej

[editja] L-għażla tal-ospitu

Il-Bieb ta' Brandeburg f'Berlin, kapitali tal-Ġermanja u sede tal-finali tat-turnew

L-idea tat-tieni Tazza tad-Dinja fil-Ġermanja ħarġet waqt il-kumitat ġenerali tad-Deutscher Fußball-Bund, f'Novembru tal-1992. Il-president ta' din l-assoċjazzjoni Egidius Braun, u d-direttur tal-istampa Wolfgang Niersbach kienu l-promoturi ewlenin ta' din l-idea, li attirat is-sosten kemm min-nazzjon sħiħ kif ukoll mill-assoċjazzjonijiet ġiriena. Lejn tmiem l-1996, wieħed mill-ikoni tal-isports fil-Ġermanja, Franz Beckenbauer, issieħeb mat-tim u mill-1998 mexxa l-kumitat għall-kandidatura.

Il-Ġermanja ppreżentat uffiċjalment l-offerta tagħha flimkien mal-Brażil, l-Ingilterra, il-Marokk u l-Afrika t'Isfel. L-approċċ ta' rotazzjoni kontinentali wassal biex l-Afrika t'Isfel tidher bħala l-favorita għat-Tazza tad-Dinja. Bl-istess approċċ, il-Ġappun u l-Korea t'Isfel ġew preċedentament eletti biex jorganizzaw l-edizzjoni tal-2002 għall-ewwel darba fuq art Ażjatika.

L-għażla tal-ospitu għall-edizzjoni tal-2006 saret fis-7 ta' Lulju 2000 ġewwa Żurigu, fl-Iżvizzera. Il-Brażil irtiraw mill-kandidatura tliet ijiem qabel u uffiċjalment taw is-sapport tagħhom lill-Afrika t'Isfel, fejn dan tal-aħħar irċieva wkoll is-sosten tal-president tal-FIFA Sepp Blatter.[2] Mumenti qabel it-tfigħ tal-vot, Blatter stqarr "Ejjew nagħmlu l-istorja! Inġibu id-Dinja Lejn l-Afrika". Fl-ewwel rawnd il-Marokk irċieva 3 voti, l-Ingilterra 5, l-Afrika t'Isfel 6 u l-Ġermanja 10, b'ta' l-ewwel jiġi eliminat. Fir-rawnd suċċessiv l-offerta tal-Ingilterra ġiet imwaqqa' wara li rċiviet 2 voti, waqt li ż-żewġ kontendenti l-oħra ppareġġaw bi 11-il vot.[3] Fl-aħħar sett ta' votazzjoni, ħafna pprevedew li kien se jkun hemm parità ta' 12-il vot, li kellha tħalli d-deċiżjoni f'idejn Blatter, li preżumibbilment kien jagħżel l-offerta Sud-Afrikana.[4][5] Madanakollu, il-votazzjoni ntemmet bi 12-il vot f'favur il-Ġermanja, 11 f'favur l-Afrika t'Isfel u astensjoni waħda li waslet mir-rappreżentat ta' New Zealand, Charles Dempsey.

Riżultati tal-votazzjoni[6]
Pajjiż L-1 Rawnd It-2 Rawnd It-3 Rawnd
Bandiera tal-Ġermanja Ġermanja 10 11 12
Bandiera tal-Afrika t'Isfel Afrika t'Isfel 6 11 10
Bandiera tal-Ingilterra Ingilterra 5 2
Bandiera tal-Marokk Marokk 3

L-għażla tal-Ġermanja bħala s-sede tal-kompetizzjoni, minflok l-Afrika t'Isfel (li eventwalment ingħatat l-organizzazzjoni tat-Tazza tad-Dinja 2010), kienet dipendenti fuq diversi fatturi. Waħda minnhom kienet, il-kunflitt fuq in-numru ta' postijiet għall-Asja fit-Tazza tad-Dinja 2002, bi Blatter ikompli jsaħħaħ l-idea li jinżammu l-erba' postijiet waqt li l-president tal-UEFA ippropona logħba eliminatorja bejn it-tim klassifikat fil-ħames post fiż-Żona Ażjatika u tim nazzjonali ieħor mill-UEFA, proposta li finalment ġiet aċċettata. Matul il-votazzjoni, l-erba' rappreżentati Ażjatiċi unanimament sostnew l-kandidatura Ewropea għad-detriment tal-pożizzjoni li ttieħdet minn Blatter. Aktar minn hekk, Dempsey, li kien ivvotta lill-Ingilterra, kien rappurtat li ġiet persważ mid-delegati Ażjatiċi biex jastjeni.[7]

Il-kontroversja fuq id-deċiżjoni li kien ħa Dempsey kibret aktar meta xi għajdut infiltra li hu kien irċieva rikatti mill-Ġermaniżi. Is-sitwazzjoni ġiet finalment kjarifikata: is-sors tal-għajdut milli jidher kienet ittra mingħand ir-rivista satirika Ġermaniża Titanic li ntbagħtet lil diversi delegati (fosthom 'l Dempsey) fejn offrewlhom arloġġ tal-kuku u perżut jekk jivvutaw lill-Ġermanja.[8]

[editja] Kwalifikazzjoni

Pajjiżi kwalifikati

198 tim daħlu fil-fażi ta' kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja 2006.[9] Il-Ġermanja ngħatat post garantit bħala l-ospitu tal-kompetizzjoni, filwaqt li l-31 post li kien għad baqa' kienu maqsuma bejn il-konfederazzjonijiet kontinentali. Din kienet l-ewwel darba li r-rebbieħ tal-edizzjoni preċedenti ma ngħatax id-dritt ta' kwalifikazzjoni awtomatika. Tlettax-il post kienu affiljati għat-timijiet tal-UEFA (Ewropa), ħamsa għat-timijiet tal-CAF (Afrika), erbgħa għat-timijiet tal-CONMEBOL (Amerika t'Isfel), erbgħa għat-timijiet tal-AFC (Asja), u tlieta għat-timijiet tal-CONCACAF (Amerika ta' Fuq, Ċentrali, u l-Karibew). Il-żewġ postijiet li kien għad baqa' kienu deċiżi minn partita ta' spareġġ bejn tim miż-Żona Ażjatika u dik tal-CONCACAF u oħra bejn il-Konfederazzjoni Sud-Amerikana u dik tal-OFC (Oċeanja).

Din l-edizzjoni rat tmien timijiet nazzjonali li rnexxielhom jikkwalifikaw għall-ewwel darba għall-fażi finali. Dawn kienu l-Angola, il-Gana, il-Kosta tal-Avorju, ir-Repubblika Ċeka, it-Togo, it-Trinidad u Tobago, l-Ukrajna u s-Serbja u Montenegro. Ir-Repubblika Ċeka u l-Ukrajna kienu qed jagħmlu l-ewwel preżenza tagħhom bħala pajjiżi indipendenti, imma qabel kienu ġew rappreżentati miċ-Ċekoslovakkja u l-Unjoni Sovjetika rispettivament; is-Serbja u Montenegro kkompetew bħala r-Repubblika Federali tal-Jugożlavja lura fl-1998, kif ukoll għamlu parti mit-tim Jugożlav tal-1930 u l-1990. Għall-ewwel darba mit-1982, is-sitt konfederazzjonijiet ġew rappreżentati fil-fażi finali.

[editja] Organizzazzjoni

Il-ballun uffiċjali tal-kompetizzjoni fuq skala kbira quddiem il-Palazz tar-Reichstag

L-organizzazzjoni tat-turnew kien f'idejn kumitat (Organisationskomitee, imqassar bħala OK) immexxi minn Franz Beckenbauer. Horst Schmidt, l-ewwel viċi-president, kellu f'idejh l-organizzazzjoni tal-impjanti u l-istadji, is-sigurta, il-finanzi, it-trasport u l-amministrazzjoni. Wolfgang Niersbach, it-tieni viċi-president, serva bħala l-kap tal-istampa u nkarigat għall-pubbliċità, l-informazzjoni u t-teknoloġija. Theo Zwanziger mexxa l-ħwejjeġ legali u r-riżorsi umani, waqt li l-affarijiet li kienu jikkonċertnaw l-arti u l-kultura, it-turiżmu u l-akkomodazzjoni kienu f'idejn Fedor Radmann.

Dan il-kumitat organizzattiv kien magħmul minn 14-il membru u kumitat ta' superviżjoni ta' 10 persuni. Mal-grupp ingħaqdu ambaxxaturi sportivi Ġermaniżi: Jürgen Klinsmann, Oliver Bierhoff, Karl-Heinz Rummenigge u Rudi Völler. Sussegwentament, 15-il ambaxxatur irrappreżentaw l-ibliet ospiti differenti.

[editja] Impjanti

Tnax-il belt minn 20 kandidat ġew magħżula bħala s-sede tal-partiti tat-Tazza tad-Dinja, fejn bliet bħal Bremen, Düsseldorf, Mönchengladbach, Bochum u Duisburg ma kienux fost il-lista finali. Fil-bliet magħżula, l-istadji bdew bil-preparamenti neċessarji. Waqt li uħud minnhom sarilhom manutenzjoni żgħira, oħrajn ġew kompletament restawrati u oħrajn speċifikament mibnija.

Kull fażi kellha bżonn ta' investiment li varja bejn it-48 u l-280 miljun ewro. Aktar minn hekk, intefqu 1,380 miljun ewro iktar fuq il-bini ta' stadji ġodda. Din l-ispiża qabżet dik li ntefqet matul it-turnew tal-1974, liema edizzjoni rat jintefqu 242 miljun Mark Ġermaniż (madwar 121 miljun ewro) għat-titjieb ta' kull faċilità sportiva.

Matul it-turnew, ħafna mill-grawnds ġew msemmijin b'ismijiet differenti, hekk kif il-FIFA tipprojbixxi l-isponsorizzazzjoni ta' stadji sakemm l-isponsors tal-istadju jkunu wkoll sponsors uffiċjali tal-FIFA.[10] Dawn l-ismijiet il-ġodda jidhru bejn il-parentesi fit-tabella segwenti.

Berlin Olympiastadion nach Umbau.jpg Westfalenstadion von oben.jpg Allianz Arena 2005-06-10.jpeg
Olympiastadion

(Olympiastadion)
Lokalità: Berlin
Kapaċità: 74,176
Klabb: Hertha BSC

Signal Iduna Park

(FIFA World Cup Stadium, Dortmund)
Lokalità: Dortmund
Kapaċità: 67,000
Klabb: Borussia Dortmund

Allianz Arena

(FIFA World Cup Stadium, Munich)
Lokalità: Munich
Kapaċità: 66,016
Klabbs: Bayern München, TSV 1860 München

Luftbild Daimlerstadion Schleyerhalle Porsche-Arena.jpg Arena auf schalke gelsenkirchen germany.JPG AOL-Arena.jpg
Gottlieb-Daimler-Stadion

(FIFA World Cup Stadium, Stuttgart)
Lokalità: Stuttgart
Kapaċità: 54,267
Klabb: VfB Stuttgart

Veltins-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Gelsenkirchen)
Lokalità: Gelsenkirchen
Kapaċità: 53,804
Klabb: FC Schalke 04

AOL Arena

(FIFA World Cup Stadium, Hamburg)
Lokalità: Amburgu
Kapaċità: 51,055
Klabb: Hamburger SV

Commerzbank-Arena-Luftbild.jpg RheinEnergieStadion Köln 002.jpg Awdarena.jpg
Commerzbank-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Frankfurt)
Lokalità: Frankfurt
Kapaċità: 48,132
Klabb: Eintracht Frankfurt

RheinEnergieStadion

(FIFA World Cup Stadium, Cologne)
Lokalità: Kolonja
Kapaċità: 46,134
Klabb: 1. FC Köln

AWD-Arena

(FIFA World Cup Stadium, Hanover)
Lokalità: Hanover
Kapaċità: 44,652
Klabb: Hannover 96

Zentralstadion-Main stand.JPG FIFA-Fritz-Walter-Stadion01.JPG Frankenstadion 4.JPG
Zentralstadion

(Zentralstadion)
Lokalità: Leipzig
Kapaċità: 44,199
Klabb: FC Sachsen Leipzig

Fritz-Walter-Stadion

(Fritz-Walter-Stadion)
Lokalità: Kaiserslautern
Kapaċità: 43,450
Klabb: 1. FC Kaiserslautern

EasyCredit-Stadion

(Frankenstadion)
Lokalità: Nuremberga
Kapaċità: 41,926
Klabb: 1. FC Nuremberg

Il-Bieb ta' Brandeburg ta' Berlin matul il-kors tat-turnew

Germany WC.png

[editja] Referis

Il-FIFA eleġġiet 23 referi professjonali minn total ta' 44. Minn dawn, il-Gwatemalan Carlos Batres, il-Grieg Kyros Vassaras u l-Ispanjol Manuel Mejuto Gonzalez irtiraw minħabba raġunijiet ta' saħħa, u posthom ħaduhom it-Taljan Roberto Rosetti, l-Ispanjol Luis Medina Cantalejo u l-Messikan Marco Antonio Rodriguez. Min-naħa l-oħra, ir-referi Taljan Massimo de Santis ġie sospiż mill-FIFA wara irregolaritajiet li ġraw fl-istaġun 2005–06 tal-kampjonat Taljan, fl-iskandlu famuż tal-Calciopoli. Ir-referi Ġamajkan Peter Prendergast ġie mweġġa' ftit jiem qabel il-bidu tal-kompetizzjoni. L-ebda minn dawn ir-referis ma ġew sostitwiti, biex b'hekk il-lista baqgħet ta' 21 uffiċjal.

[editja] Timijiet

[editja] Gruppi

[editja] Tlugħ tal-poloz

L-aqwa tmien timijiet nazzjonali tat-Tazza tad-Dinja 2006 ġew magħżula mill-FIFA fuq diversi kriterji, fosthom skont il-pożizzjoni fil-klassifika mondjali tal-FIFA, u ġew imħabbra fis-6 ta' Diċembru 2005. Dawn it-timijiet kienu jifformaw Urna A. Urna B kellha timijiet li ma kinux ikkwalifikaw f'ras is-serje tal-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Oċeanja, waqt li Urna Ċ kellha tmienja mid-disa' skwadri Ewropej li kien għad baqa', barra s-Serbja u Montenegro. Urna D kellha timijiet tal-CONCACAF u dawk Ażjatiċi. L-Urna Speċjali kellha lis-Serbja u Montenegro. Dan sar biex b'hekk ikun evitat li grupp ikollu tliet timijiet Ewropej.[11] F'din l-urna, is-Serbja u Montenegro kienet ittellgħet l-ewwel, u wara kien imiss it-timijiet tal-grupp tagħha (l-Arġentina, l-Olanda u l-Kosta tal-Avorju). It-tmien timijiet f'ras is-serje ttellgħu bħala l-ewwel timijiet għall-gruppi rispettivi.

Urna A Urna B Urna Ċ Urna D Urna Speċjali

Fid-9 ta' Diċembru 2005, sar it-tlugħ tal-poloz. Wara l-poloz, diversi esperti tal-futbol stqarrew li Grupp Ċ kien jidher li kien se jkun il-grupp tal-mewt.[12][13] Minkejja din l-idea qabel il-bidu tat-turnew, dan il-grupp ma laħaqx l-aspettattiva li nħolqot fuqu, hekk kif l-Arġentina u l-Olanda kkwalifikaw b'logħba waħda x'tintlagħab, wara li t-tnejn li huma rebħu lill-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro.

[editja] Sistema tal-gruppi

L-ewwel rawnd, jew il-fażi tal-gruppi, rat lit-tnejn u tletin tim diviż fi tmien gruppi ta' erba' timijiet kull wieħed. Kull grupp kien ibbażat fuq sistema ta' kollha kontra kulħadd a basi ta' sitt partiti, fejn kull tim jilgħab partita waħda kontra kull tim li jinsab miegħu fil-grupp. Is-sistema ta' punti wżata hi dik tradizzjonali: tliet punti għal rebħa, punt għal pari u xejn għal telfa. L-ewwel żewġ timijiet fil-grupp iggwadanjaw post fil-fażi ta' L-Aħħar Sittax.

[editja] Kriterji ta' klassifikazzjoni

Jekk it-timijiet kienu l-istess fil-punti, dawn kienu jiġu kklasifikati skont il-kriterji segwenti kif inhuma:

  1. L-aqwa differenza tal-gowls fit-tliet partiti tal-grupp
  2. L-aktar numru ta' gowls skurjati fit-tliet partiti tal-grupp
  3. Jekk it-timijiet jibqgħu livell fil-punti wara li jkunu ġew segwiti dawn il-kriterji, grupp subordinarju jiġi ffurmat fejn it-timijiet jiġu klassifikati skont:
    1. L-aktar punti miksuba fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
    2. L-aqwa differenza tal-gowls fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
    3. L-aktar numru ta' gowls skurjati fil-partiti kontra timijiet oħra li jinsabu fil-kwistjoni
  4. Jekk it-timijiet jibqgħu l-istess wara dawn il-kriterji, il-FIFA ittella' x-xorti

Fil-verżjoni oriġinali tar-regoli għat-turnew finali, il-kriterji ta' spareġġ kienu f'ordni differenti, fejn ir-riżultati kontra t-timijiet fil-kwistjoni kienu jippreċedu fuq id-differenza totali tal-gowls. Ir-regoli ġew mibdula għal verżjoni t'hawn fuq, imma verżjonijiet aktar antiki kienu għadhom disponibbli fuq is-siti tal-FIFA u l-UEFA, fejn ħolqu xi ftit tal-konfużjoni fost dawk li kienu qed jippruvaw jidentifikaw il-kriterji t-tajba.

Il-fażi finali tal-kompetizzjoni rat biss żewġ pari ta' timijiet li spiċċaw livell fil-punti: l-Arġentina u l-Olanda b'7 punti fi Grupp Ċ; u t-Tuneżija u l-Għarabja Sawdita b'punt fi Grupp H. Iż-żewġ każijiet ġew solvuti bid-differenza totali tal-gowls. Fiż-żewġ każi wkoll, it-timijiet ippareġġaw fil-partita kontra xulxin, u b'hekk l-ordni tal-kriterji ta' klassifikazzjoni m'għamlet l-ebda differenza.

[editja] Fażi finali

Iċ-ċerimonja tal-ftuħ tat-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2006 fi Munich

Il-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja 2006 bdiet fid-9 ta' Ġunju. It-32 tim ġew maqsuma fi tmien gruppi ta' erba' timijiet 'il wieħed, fejn kull tim lagħab kontra t-tliet timijiet l-oħra tal-grupp, biex jiġu determinati ż-żewġ timijiet li kienu se jikkwalifikaw għall-fażi ta' L-Aħħar Sittax, li bdiet fl-24 ta' Ġunju. Il-kampjonat kellu total ta' 64 logħba.

[editja] Ospitu

Minkejja li l-Ġermanja naqset li tirbaħ dan it-titlu mondjali, dan it-turnew kien ikkunsidrat bħala suċċess kbir għall-Ġermanja. L-istadji u s-sistema ta' trasport kienu ta' kwalità, u l-poplu Ġermaniż kien imfaħħar minħabba l-ospitalità u l-entużjażmu li wera. Il-Ġermanja esperjenzat żieda ta' spirtu patrijottiku hekk kif kien hemm numru kbir ta' bnadar Ġermaniżi mxejra, fejn tradizzjonalment, wara t-Tieni Gwerra Dinjija, it-tixjir ta' bnadar Ġermaniżi ma tantx kien jintgħoġob mis-soċjetà Ġermaniża, anke meta t-tim Ġermaniż kien jilgħab.[14]

[editja] Dominju tat-timijiet tradizzjonali

Minkejja s-suċċess bikri min-naħa tal-Awstralja, l-Ekwador u l-Gana, il-kampjonat immarka r-ritorn tad-dominju tal-qawwiet tradizzjonali tal-futbol. Erba' snin wara l-kampjonat tal-2002, fejn timijiet mill-Amerika ta' Fuq (l-Istati Uniti), l-Afrika (is-Senegal), u l-Asja (il-Korea t'Isfel) kienu waslu sal-fażijiet eliminatorji, u t-Turkija spiċċat fit-tielet post, din id-darba t-tmien l-aqwa timijiet klassifikati għamlu progress għall-fażi eliminatorja, u l-ebda tim mill-kwarti tal-finali ma kien barra mill-Ewropa jew l-Amerika t'Isfel. Sitta mit-tmien timijiet kwalifikati rebħu xi darba dan it-titlu mondjali, bl-Ukranja u l-finalista tellief tal-Kampjonati Ewropej 2004, il-Portugall, ikunu biss l-uniċi timijiet nazzjonali li mhumiex parti minn dan il-"grupp".[15] L-Arġentina u l-Brażil kienu eliminati fil-kwarti tal-finali, fejn ħallew finali kollha Ewropea għar-raba' darba fl-istorja wara dik tal-1934, l-1966 u l-1982.

[editja] Gowls

Minkejja l-ħafna gowls li ġew skurjati fil-fażi tal-gruppi, fil-fażi eliminatorja n-numru ta' gowls naqsu. Eżempju prinċipali tan-nixfa tal-gowls huwa l-Portugall, li skorja fit-23 minuta tal-fażi ta' L-Aħħar Sittax, u ma reġax sab ix-xibka sat-88 minuta tal-partita kontra l-Ġermanja għat-tielet u r-raba' post. L-Italja, il-Ġermanja, l-Arġentina, il-Brażil u Franza kienu l-uniċi timijiet li skurjaw iktar minn gowl wieħed fil-fażi eliminatorja. Il-Ġermanja kienet l-unika eċċezzjoni hekk kif irnexxielha tispiċċa l-iktar tim li skorja gowls fil-kampjonat b'total ta' 14-il gowl.

Il-plejer Ġermaniż Miroslav Klose skorja 5 gowls biex b'hekk spiċċa rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb, fejn dan in-numru ta' gowls hu l-inqas numru ta' gowls li qatt ġew skurjati minn rebbieħ ta' dan l-unur mill-edizzjoni tal-1962. L-ebda plejer skorja aktar minn tliet gowls. Mit-tim rebbieħ tal-Italja ħadd ma skorja aktar minn żewġ gowls, minkejja li għaxar plejers differenti skurjaw gaħt-tim, biex wettqu rekord għall-aktar plejers li skurjaw minn tim partikulari.

Għall-ewwel darba fit-Tazza tad-Dinja, l-ewwel u l-aħħar gowls tal-kampjonat ġew skurjati minn difensuri. Philipp Lahm tal-Ġermanja skorja l-ewwel gowl fil-kampjonat u anki fil-logħba li t-tim Ġermaniż lagħab kontra l-Kosta Rika wara 5 minuti. Fil-finali, Marco Materazzi, skorja l-aħħar gowl tal-kampjonat; fl-20 minuta kontra Franza.

[editja] Numru kbir ta' ammonizzjonijiet

Ikkomparat mal-edizzjonijiet preċedenti tat-Tazza tad-Dinja, dan il-kampjonat jibqa' mfakkar għan-numru kbir ta' karti sofor u ħomor li ġew murija, fejn għeleb ir-rekord li sar fit-Tazza tad-Dinja 1998. Il-plejers irċevew total ta' 345 karta safra u 28 karta ħamra, b'Valentin Ivanov juri 16-il karta safra u 4 karti ħomor fil-partita tal-aħħar sittax bejn il-Portugall u l-Olanda. Il-Portugall kellhom żewġ plejers sospiżi għall-partiti tal-kwarti tal-finali u tas-semifinali, rispettivament. Il-President tal-FIFA Sepp Blatter stqarr li għal kampjonati futuri jista' jsir xi tibdil ta' regoli biex b'hekk xi karti sofor akkumulati ma jħallux plejer jitlef il-finali, jekk it-tim ikompli fil-kompetizzjoni. Din l-edizzjoni rat ukoll avveniment kurjuż, fejn l-Ingliż Graham Poll bi żball ta tliet karti sofor lill-plejer Kroat Josip Šimunić fil-partita kontra l-Awstralja, qabel ma' dan tal-aħħar ġie suċċessivament imkeċċi.

In-numru kbir ta' karti sofor u ħomor qajmu diskussjoni fuq ir-referis. L-uffiċjali tal-FIFA u l-President Sepp Blatter irċevew kritika li allegatament għamlu regoli li huma wisq riġidi.[16]

[editja] Riżultati

Il-lejl ta' Nurimberga illuminat minn ballun kbir

[editja] Fażi tal-gruppi

Fit-tabelli li jsegwu:

  • L = total ta' logħob
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls favur
  • GK = total ta' gowls kontra
  • DG = differenza tal-gowls (GF−GK)
  • Pti = total ta' punti

It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet, ikkwalifikaw għar-rawnd ta' L-Aħħar Sittax.

[editja] Grupp A

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Germany.svg Ġermanja 3 3 0 2 8 2 +6 9
Flag of Ecuador.svg Ekwador 3 2 0 1 5 3 +2 6
Flag of Poland.svg Polonja 3 1 0 2 2 4 −2 3
Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika 3 0 0 3 3 9 −6 0
9 ta' Ġunju 2006
Ġermanja Flag of Germany.svg 4 – 2 Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika
Polonja Flag of Poland.svg 0 – 2 Flag of Ecuador.svg Ekwador
14 ta' Ġunju 2006
Ġermanja Flag of Germany.svg 1 – 0 Flag of Poland.svg Polonja
15 ta' Ġunju 2006
Ekwador Flag of Ecuador.svg 3 – 0 Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika
20 ta' Ġunju 2006
Ekwador Flag of Ecuador.svg 0 – 3 Flag of Germany.svg Ġermanja
Kosta Rika Flag of Costa Rica.svg 1 – 2 Flag of Poland.svg Polonja

[editja] Grupp B

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of England.svg Ingilterra 3 2 1 0 5 2 +3 7
Flag of Sweden.svg Żvezja 3 1 2 0 3 2 +1 5
Flag of Paraguay.svg Paragwaj 3 1 0 2 2 2 0 3
Flag of Trinidad and Tobago.svg Trinidad u Tobago 3 0 1 2 0 4 −4 1
10 ta' Ġunju 2006
Ingilterra Flag of England.svg 1 – 0 Flag of Paraguay.svg Paragwaj
Trinidad u Tobago Flag of Trinidad and Tobago.svg 0 – 0 Flag of Sweden.svg Żvezja
15 ta' Ġunju 2006
Ingilterra Flag of England.svg 2 – 0 Flag of Trinidad and Tobago.svg Trinidad u Tobago
Żvezja Flag of Sweden.svg 1 – 0 Flag of Paraguay.svg Paragwaj
20 ta' Ġunju 2006
Żvezja Flag of Sweden.svg 2 – 2 Flag of England.svg Ingilterra
Paragwaj Flag of Paraguay.svg 2 – 0 Flag of Trinidad and Tobago.svg Trinidad u Tobago

[editja] Grupp Ċ

Il-penalty ta' Bonaventure Kalou fil-partita bejn il-Kosta tal-Avorju u s-Serbja u Montenegro
Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Argentina.svg Arġentina 3 2 1 0 8 1 +7 7
Flag of the Netherlands.svg Olanda 3 2 1 0 3 1 +2 7
Flag of Cote d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju 3 1 0 2 5 6 −1 3
Flag of Serbia and Montenegro.svg Serbja u Montenegro 3 0 0 3 2 10 −8 0
10 ta' Ġunju 2006
Arġentina Flag of Argentina.svg 2 – 1 Flag of Cote d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju
11 ta' Ġunju 2006
Serbja u Montenegro Flag of Serbia and Montenegro.svg 0 – 1 Flag of the Netherlands.svg Olanda
16 ta' Ġunju 2006
Arġentina Flag of Argentina.svg 6 – 0 Flag of Serbia and Montenegro.svg Serbja u Montenegro
Olanda Flag of the Netherlands.svg 2 – 1 Flag of Cote d'Ivoire.svg Kosta tal-Avorju
21 ta' Ġunju 2006
Olanda Flag of the Netherlands.svg 0 – 0 Flag of Argentina.svg Arġentina
Kosta tal-Avorju Flag of Cote d'Ivoire.svg 3 – 2 Flag of Serbia and Montenegro.svg Serbja u Montenegro

[editja] Grupp D

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Portugal.svg Portugall 3 3 0 0 5 1 +4 9
Flag of Mexico.svg Messiku 3 1 1 1 4 3 +1 4
Flag of Angola.svg Angola 3 0 2 1 1 2 −1 2
Flag of Iran.svg Iran 3 0 1 2 2 6 −4 1
11 ta' Ġunju 2006
Messiku Flag of Mexico.svg 3 – 1 Flag of Iran.svg Iran
Angola Flag of Angola.svg 0 – 1 Flag of Portugal.svg Portugall
16 ta' Ġunju 2006
Messiku Flag of Mexico.svg 0 – 0 Flag of Angola.svg Angola
17 ta' Ġunju 2006
Portugall Flag of Portugal.svg 2 – 0 Flag of Iran.svg Iran
21 ta' Ġunju 2006
Portugall Flag of Portugal.svg 2 – 1 Flag of Mexico.svg Messiku
Iran Flag of Iran.svg 1 – 1 Flag of Angola.svg Angola

[editja] Grupp E

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Italy.svg Italja 3 2 1 0 5 1 +4 7
Flag of Ghana.svg Gana 3 2 0 1 4 3 +1 6
Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka 3 1 0 2 3 4 −1 3
Flag of the United States.svg Stati Uniti 3 0 1 2 2 6 −4 1
12 ta' Ġunju 2006
Stati Uniti Flag of the United States.svg 0 – 3 Flag of the Czech Republic.svg Repubblika Ċeka
Italja Flag of Italy.svg 2 – 0 Flag of Ghana.svg Gana
17 ta' Ġunju 2006
Repubblika Ċeka Flag of the Czech Republic.svg 0 – 2 Flag of Ghana.svg Gana
Italja Flag of Italy.svg 1 – 1 Flag of the United States.svg Stati Uniti
22 ta' Ġunju 2006
Repubblika Ċeka Flag of the Czech Republic.svg 0 – 2 Flag of Italy.svg Italja
Gana Flag of Ghana.svg 2 – 1 Flag of the United States.svg Stati Uniti

[editja] Grupp F

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Brazil.svg Brażil 3 3 0 0 7 1 +6 9
Flag of Australia.svg Awstralja 3 1 1 1 5 5 0 4
Flag of Croatia.svg Kroazja 3 0 2 1 2 3 −1 2
Flag of Japan.svg Ġappun 3 0 1 2 2 7 −5 1
12 ta' Ġunju 2006
Awstralja Flag of Australia.svg 3 – 1 Flag of Japan.svg Ġappun
13 ta' Ġunju 2006
Brażil Flag of Brazil.svg 1 – 0 Flag of Croatia.svg Kroazja
18 ta' Ġunju 2006
Kroazja Flag of Croatia.svg 0 – 0 Flag of Japan.svg Ġappun
Brażil Flag of Brazil.svg 2 – 0 Flag of Australia.svg Awstralja
22 ta' Ġunju 2006
Ġappun Flag of Japan.svg 1 – 4 Flag of Brazil.svg Brażil
Kroazja Flag of Croatia.svg 2 – 2 Flag of Australia.svg Awstralja

[editja] Grupp Ġ

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Switzerland.svg Żvizzera 3 2 1 0 4 0 +4 7
Flag of France.svg Franza 3 1 2 0 3 1 +2 5
Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel 3 1 1 1 3 4 −1 4
Flag of Togo.svg Togo 3 0 0 3 1 6 −5 0
13 ta' Ġunju 2006
Korea t'Isfel Flag of South Korea.svg 2 – 1 Flag of Togo.svg Togo
Franza Flag of France.svg 0 – 0 Flag of Switzerland.svg Żvizzera
18 ta' Ġunju 2006
Franza Flag of France.svg 1 – 1 Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel
19 ta' Ġunju 2006
Togo Flag of Togo.svg 0 – 2 Flag of Switzerland.svg Żvizzera
23 ta' Ġunju 2006
Togo Flag of Togo.svg 0 – 2 Flag of France.svg Franza
Żvizzera Flag of Switzerland.svg 2 – 0 Flag of South Korea.svg Korea t'Isfel

[editja] Grupp H

Tim L R P T GF GK DG Pti
Flag of Spain.svg Spanja 3 3 0 0 8 1 +7 9
Flag of Ukraine.svg Ukrajna 3 2 0 1 5 4 +1 6
Flag of Tunisia.svg Tuneżija 3 0 1 2 3 6 −3 1
Flag of Saudi Arabia.svg Għarabja Sawdita 3 0 1 2 2 7 −5 1
14 ta' Ġunju 2006
Spanja Flag of Spain.svg 4 – 0 Flag of Ukraine.svg Ukrajna
Tuneżija Flag of Tunisia.svg 2 – 2 Flag of Saudi Arabia.svg Għarabja Sawdita
19 ta' Ġunju 2006
Għarabja Sawdita Flag of Saudi Arabia.svg 0 – 4 Flag of Ukraine.svg Ukrajna
Spanja Flag of Spain.svg 3 – 1 Flag of Tunisia.svg Tuneżija
23 ta' Ġunju 2006
Għarabja Sawdita Flag of Saudi Arabia.svg 0 – 1 Flag of Spain.svg Spanja
Ukrajna Flag of Ukraine.svg 1 – 0 Flag of Tunisia.svg Tuneżija

[editja] Fażi eliminatorja

Il-fażi eliminatorja kienet rawnd ta' eliminazzjoni diretta, fejn it-tellief kien jiġi eliminat awtomatikament. Din involviet is-sittax-il tim li kkwalfika mill-fażi tal-gruppi. Kien hemm erba' rawnds, fejn f'kull waħda kienu jiġu eliminati nofs it-timijiet li kkompetew f'dik il-fażi. Ir-rawnds suċċessivi kienu: L-Aħħar sittax, il-Kwarti tal-finali, is-Semifinali u l-Finali. Kien hemm ukoll il-logħba għat-tielet u r-raba' post. Għal kull logħba f'din il-fażi, jekk il-logħba tispiċċa pari wara l-ħin normali, tletin minuta kienu jintlagħbu (maqsuma f'żewġ taqsimiet ta' ħmistax-il minuta 'l waħda); jekk il-partita tibqa' pari, ikun imiss l-għoti tal-penalties biex jiġi ddeterminat ir-rebbieħ tal-konfront. Riżultati wara l-ħin supplementari huma mmarkati bħala (ħs), u riżultati wara l-għoti tal-penalties huma mmarkati bħala (pen).

L-Aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
24 ta' Ġunju - Munich            
  Flag of Germany.svg Ġermanja  2
30 ta' Ġunju - Berlin
  Flag of Sweden.svg Żvezja  0  
  Flag of Germany.svg Ġermanja (pen)  1 (4)
24 ta' Ġunju - Leipzig
   Flag of Argentina.svg Arġentina  1 (2)  
  Flag of Argentina.svg Arġentina (ħs)  2
4 ta' Lulju - Dortmund
  Flag of Mexico.svg Messiku  1  
  Flag of Germany.svg Ġermanja  0
26 ta' Ġunju - Kaiserslautern
    Flag of Italy.svg Italja (ħs)  2  
  Flag of Italy.svg Italja  1
30 ta' Ġunju - Amburgu
  Flag of Australia.svg Awstralja  0  
  Flag of Italy.svg Italja  3
26 ta' Ġunju - Kolonja
    Flag of Ukraine.svg Ukrajna  0  
  Flag of Switzerland.svg Żvizzera  0 (0)
9 ta' Lulju - Berlin
  Flag of Ukraine.svg Ukrajna (pen)  0 (3)  
  Flag of Italy.svg Italja (pen)  1 (5)
25 ta' Ġunju - Stokkarda
    Flag of France.svg Franza  1 (3)
  Flag of England.svg Ingilterra  1
1 ta' Lulju - Gelsenkirchen
  Flag of Ecuador.svg Ekwador  0  
  Flag of England.svg Ingilterra  0 (1)
25 ta' Ġunju - Nuremberga
    Flag of Portugal.svg Portugall (pen)  0 (3)  
  Flag of Portugal.svg Portugall  1
5 ta' Lulju - Munich
  Flag of the Netherlands.svg Olanda  0  
  Flag of Portugal.svg Portugall  0
27 ta' Ġunju - Dortmund
    Flag of France.svg Franza  1   It-Tielet post
  Flag of Brazil.svg Brażil  3
1 ta' Lulju - Frankfurt 8 ta' Lulju - Stokkarda
  Flag of Ghana.svg Gana  0  
  Flag of Brazil.svg Brażil  0   Flag of Germany.svg Ġermanja  3
27 ta' Ġunju - Hanover
    Flag of France.svg Franza  1     Flag of Portugal.svg Portugall  1
  Flag of Spain.svg Spanja  1
  Flag of France.svg Franza  3  

[editja] L-Aħħar Sittax

24 ta' Ġunju 2006
17:00
Ġermanja Flag of Germany.svg 2 – 0 Flag of Sweden.svg Żvezja FIFA WM Stadion München, Munich
Attendenza: 66,000
Referi: Carlos Eugênio Simon (Brażil)
Podolski Gowl 4' Gowl 12' Rapport

24 ta' Ġunju 2006
21:00
Arġentina Flag of Argentina.svg 2 – 1 (ħs) Flag of Mexico.svg Messiku Zentralstadion, Leipzig
Attendenza: 43,000
Referi: Massimo Busacca (Żvizzera)
Crespo Gowl 10'
Rodríguez Gowl 98'
Rapport Márquez Gowl 6'

25 ta' Ġunju 2006
17:00
Ingilterra Flag of England.svg 1 – 0 Flag of Ecuador.svg Ekwador Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart
Attendenza: 52,000
Referi: Frank de Bleeckere (Belġju)
Beckham Gowl 60' Rapport

25 ta' Ġunju 2006
21:00
Portugall Flag of Portugal.svg 1 – 0 Flag of the Netherlands.svg Olanda Frankenstadion, Nuremberga
Attendenza: 41,000
Referi: Valentin Ivanov (Russja)
Maniche Gowl 23' Rapport

26 ta' Ġunju 2006
17:00
Italja Flag of Italy.svg 1 – 0 Flag of Australia.svg Awstralja Fritz Walter Stadion, Kaiserslautern
Attendenza: 46,000
Referi: Luis Medina Cantalejo (Spanja)
Totti Gowl 90+5' (pen) Rapport

26 ta' Ġunju 2006
21:00
Żvizzera Flag of Switzerland.svg 0 – 0 (ħs) Flag of Ukraine.svg Ukrajna FIFA WM Stadion Köln, Kolonja
Attendenza: 45,000
Referi: Benito Archundia (Messiku)
Rapport
  Penalties  
  Streller Żbaljat (salvat)
Barnetta Żbaljat (lasta l-mimduda)
Cabanas Żbaljat (salvat)
0 – 3 Żbaljat (salvat) Shevchenko
Skurjat Milevskiy
Skurjat Rebrov
Skurjat Gusev
 

27 ta' Ġunju 2006
17:00
Brażil Flag of Brazil.svg 3 – 0 Flag of Ghana.svg Gana FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund
Attendenza: 65,000
Referi: Ľuboš Micheľ (Slovakkja)
Ronaldo Gowl 5'
Adriano Gowl 45+1'
Zé Roberto Gowl 84'
Rapport

27 ta' Ġunju 2006
21:00
Spanja Flag of Spain.svg 1 – 3 Flag of France.svg Franza FIFA WM Stadion Hannover, Hanover
Attendenza: 43,000
Referi: Roberto Rosetti (Italja)
David Villa Gowl 28' (pen) Rapport Ribéry Gowl 41'
Vieira Gowl 83'
Zidane Gowl 90+2'

[editja] Kwarti tal-finali

30 ta' Ġunju 2006
17:00
Ġermanja Flag of Germany.svg 1 – 1 (ħs) Flag of Argentina.svg Arġentina Olympiastadion, Berlin
Attendenza: 72,000
Referi: Ľuboš Micheľ (Slovakkja)
Klose Gowl 80' Rapport Ayala Gowl 49'
  Penalties  
  Neuville Skurjat
Ballack Skurjat
Podolski Skurjat
Borowski Skurjat
4 – 2 Skurjat Cruz
Żbaljat (salvat) Ayala
Skurjat Rodríguez
Żbaljat (salvat) Cambiasso
 

30 ta' Ġunju 2006
21:00
Italja Flag of Italy.svg 3 – 0 Flag of Ukraine.svg Ukrajna FIFA WM Stadion Hamburg, Amburgu
Attendenza: 50,000
Referi: Frank de Bleeckere (Belġju)
Zambrotta Gowl 6'
Toni Gowl 59'69'
Rapport

1 ta' Lulju 2006
17:00
Ingilterra Flag of England.svg 0 – 0 (ħs) Flag of Portugal.svg Portugall FIFA WM Stadion Gelsenkirchen, Gelsenkirchen
Attendenza: 52,000
Referi: Horacio Elizondo (Arġentina)
Rapport
  Penalties  
  Lampard Żbaljat (salvat)
Hargreaves Skurjat
Gerrard Żbaljat (salvat)
Carragher Żbaljat (salvat)
1 – 3 Skurjat Simão
Żbaljat (lasta l-wieqfa) Viana
Żbaljat (salvat) Petit
Skurjat Postiga
Skurjat Ronaldo
 

1 ta' Lulju 2006
21:00
Brażil Flag of Brazil.svg 0 – 1 Flag of France.svg Franza FIFA WM Stadion Frankfurt, Frankfurt
Attendenza: 48,000
Referi: Luis Medina Cantalejo (Spanja)
Rapport Henry Gowl 57'

[editja] Semifinali

4 ta' Lulju 2006
21:00
Ġermanja Flag of Germany.svg 0 – 2 (ħs) Flag of Italy.svg Italja FIFA WM Stadion Dortmund, Dortmund
Attendenza: 65,000
Referi: Benito Archundia (Messiku)
Rapport Grosso Gowl 119'
Del Piero Gowl 120+1'

5 ta' Lulju 2006
21:00
Portugall Flag of Portugal.svg 0 – 1 Flag of France.svg Franza FIFA WM Stadion München, Munich
Attendenza: 66,000
Referi: Jorge Larrionda (Urugwaj)
Rapport Zidane Gowl 33' (pen)

[editja] Finali għat-tielet post

8 ta' Lulju 2006
21:00
Ġermanja Flag of Germany.svg 3 – 1 Flag of Portugal.svg Portugall Gottlieb-Daimler-Stadion, Stuttgart
Attendenza: 52,000
Referi: Toru Kamikawa (Ġappun)
Schweinsteiger Gowl 56' Gowl 78'
Petit Gowl 60' (awt)
Rapport Nuno Gomes Gowl 88'

[editja] Finali

9 ta' Lulju 2006
20:00
Italja Flag of Italy.svg 1 – 1 (ħs) Flag of France.svg Franza Olympiastadion, Berlin
Attendenza: 69,000
Referi: Horacio Elizondo (Arġentina)
Materazzi Gowl 19' Rapport Zidane Gowl 7' (pen)
  Penalties  
  Pirlo Skurjat
Materazzi Skurjat
De Rossi Skurjat
Del Piero Skurjat
Grosso Skurjat
5 – 3 Skurjat Wiltord
Żbaljat (lasta il-mimduda) Trezeguet
Skurjat Abidal
Skurjat Sagnol
 

[editja] Rebbieħ

Rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2006
Bandiera tal-Italja
Italja
Ir-raba' titlu

[editja] Unuri

Rebbieħ taż-Żarbuna tad-Deheb Rebbieħ tal-Ballun tad-Deheb Premju Yashin L-Aqwa Plejer Żagħżugħ Trofew tal-Fair Play tal-FIFA L-Aktar Tim Divertenti
Bandiera tal-Ġermanja Miroslav Klose Bandiera ta' Franza Zinedine Zidane Bandiera tal-Italja Gianluigi Buffon Bandiera tal-Ġermanja Lukas Podolski Flag of Brazil.svg Brażil
Flag of Spain.svg Spanja
Flag of Portugal.svg Portugall

Il-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA għal kull partita ta l-unur tal-Plejer tal-Partita għal plejer partikulari. Andrea Pirlo tal-Italja rebaħ l-iktar numru ta' unuri tal-Plejer tal-Partita; total ta' tlieta. Miroslav Klose, Agustin Delgado, Arjen Robben, Zé Roberto, Alexander Frei, Michael Ballack, u Patrick Vieira kolla rċevew żewġ unuri.

[editja] Tim All Star

It-Tim All Star hi skwadra tat-23 plejer li l-aktar impressjonaw matul it-Tazza tad-Dinja 2006, kif ġew magħżula mill-Grupp tal-Istudju Tekniku tal-FIFA. It-tim finali ġie magħżul minn aktar minn 50 plejer nominat, u ġie magħżul skont il-prestazzjonijiet individwali mit-tieni rawnd 'il quddiem.[17]

Gowlkipers Difensuri Midfilders Attakkanti

Bandiera tal-Italja Gianluigi Buffon
Bandiera tal-Ġermanja Jens Lehmann
Bandiera tal-Portugall Ricardo

Bandiera tal-Arġentina Roberto Ayala
Bandiera tal-Ingilterra John Terry
Bandiera ta' Franza Lilian Thuram
Bandiera tal-Ġermanja Philipp Lahm
Bandiera tal-Italja Fabio Cannavaro
Bandiera tal-Italja Gianluca Zambrotta
Bandiera tal-Portugall Ricardo Carvalho

Bandiera tal-Brażil Zé Roberto
Bandiera ta' Franza Patrick Vieira
Bandiera ta' Franza Zinedine Zidane
Bandiera tal-Ġermanja Michael Ballack
Bandiera tal-Italja Andrea Pirlo
Bandiera tal-Italja Gennaro Gattuso
Bandiera tal-Italja Francesco Totti
Bandiera tal-Portugall Luís Figo
Bandiera tal-Portugall Maniche

Bandiera tal-Arġentina Hernán Crespo
Bandiera ta' Franza Thierry Henry
Bandiera tal-Ġermanja Miroslav Klose
Bandiera tal-Italja Luca Toni

[editja] L-aqwa skorers

Miroslav Klose kien l-aqwa skorer tal-kampjonat u rċieva ż-Żarbuna tad-Deheb wara li skorja 5 gowls fit-Tazza tad-Dinja. Dan kien l-iżgħar numru ta' gowls skurjati mill-aqwa skorer tal-kampjonat tat-Tazza tad-Dinja minn meta sitt plejers spiċċaw b'total ta' erba' gowls fit-Tazza tad-Dinja 1962. Matul din l-edizzjoni 149 gowl ġew skurjati (erba' minnhom kien awtogowls).

5 gowls
3 gowls
2 gowls
gowl
Awtogowls

[editja] Referenzi

  1. ^ The FIFA World Cup TV viewing figures (Ingliż) PDF. FIFA. Aċċessata nhar il-31 ta' Ottubru 2007.
  2. ^ FIFA acknowledges Brazil’s withdrawal from 2006 World Cup race (Ingliż), FIFA.com, 04-07-2000 (Aċċessata nhar il-29-03-2008).
  3. ^ FIFA World Cup 2006 : Results of First Two Rounds of Voting (Ingliż), FIFA.com, 06-07-2000 (Aċċessata nhar il-29-03-2008).
  4. ^ Call for World Cup re-vote (Ingliż), BBC Sport, 07-07-2000 (Aċċessata nhar il-25-06-2007).
  5. ^ S. Africa Confident of Blatter's Support to Host 2006 World Cup (Ingliż), People's Daily Online, 19-01-2000 (Aċċessata nhar il-25-06-2007).
  6. ^ FIFA World Cup 2006 : Results of First Two Rounds of Voting (Ingliż), FIFA.com, 06-07-2000 (Aċċessata nhar il-29-03-200).
  7. ^ FIFA president Blatter a big loser with Germany getting 2006 World Cup (Ingliż), Soccertimes.com (Aċċessata nhar il-07-08-2008).
  8. ^ The Hoax That Brought the World Cup to Germany (Ingliż), Spiegel Online, 17-01-2006 (Aċċessata nhar il-11-09-2008).
  9. ^ Record number of 204 teams enter preliminary competition (Ingliż), FIFA, 03-03-2007 (Aċċessata nhar il-29-03-2008).
  10. ^ Stadiums renamed for Fifa sponsors (Ingliż), BBC, 06-06-2006 (Aċċessata nhar il-29-03-2008).
  11. ^ FIFA Organising Committee approves team classifications and final draw procedure (Ingliż), FIFA.com, 06-12-2005 (Aċċessata nhar il-29-03-2008).
  12. ^ Wilson, Paul. An easy group? Draw your own conclusions (Ingliż), The Observer, 11-12-2005 (Aċċessata nhar il-26-06-2006).
  13. ^ Group C Tactics Board (Ingliż). ESPNsoccernet (24-05-2006). Aċċessata nhar il-26-06-2006.
  14. ^ South African to learn lessons from Germany (Ingliż), The 2006 FIFA World Cup Germany, 09-07-2006 (Aċċessata nhar il-27-07-2006).
  15. ^ Zeigler, Mark. World Cup quarterfinals (Ingliż), Union Tribune, 30-06-2006 (Aċċessata nhar il-31-03-2008).
  16. ^ Who's to blame for Cup card frenzy?, BBC Sport, 26-06-2006 (Aċċessata nhar il-23-07-2006).
  17. ^ Associated Press. France, Italy dominate World Cup all-star squad (Ingliż), CBC, 07-07-2006 (Aċċessata nhar il-11-08-2006).

[editja] Ħoloq esterni

Commons-logo.svg
Wikimedia Commons għandha fajls multimedjali relatati ma':
Wikinews-logo.svg
Fil-Wikibarijiet hemm aħbarijiet relatati: