Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

(Riindirizzat minn Tazza tad-Dinja 2002)
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2002
2002 FIFA 월드컵 한국/일본

2002 FIFAワールドカップ 韓国/日本

L-Emblema uffiċċjali
Timijiet Parteċipanti
• Fażi Finali
199 tim
32 tim kwalifikat
Ospitu Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel / Flag of Japan (bordered).svg Ġappun
Data 31 ta' Mejju 2002
30 ta' Ġunju 2002
Pożizzjonijiet
• Rebbieħ
• Tieni Post
• Tielet Post
• Raba Post

Flag of Brazil.svg Brażil
Flag of Germany.svg Ġermanja
Flag of Turkey.svg Turkija
Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel
Partiti 64
Total ta' Gowls 161 (2.516 gowl f'kull partita)
Spettaturi 2,705,197 (42,269 f'kull partita)
Top-Scorer Flag of Brazil.svg Ronaldo (8)
Unur għal-Logħob Rett Flag of Belgium.svg Belġju
Premju Lev Yashin Flag of Germany.svg Oliver Kahn
Pajjiżi kwalifikati

It-Tazza tad-Dinja 2002 kienet is-sbatax-il edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja, li hu avveniment mondjali tal-futbol li jsir kull erba' snin. Dan kien miżmum f'żewġ pajjiżi bejn il-31 ta' Mejju u t-30 ta' Ġunju 2002. Din kienet l-ewwel darba li l-edizzjoni tat-Tazza tad-Dinja saret f'pajjiż Ażjatiku u l-ewwel darba li saret barra mill-Amerika t'Isfel, l-Ewropa u l-Amerika ta' Fuq. Il-Brażil rebaħ il-ħames titlu tiegħu meta fil-finali rebaħ lill-Ġermanja 2-0.

Werrej

[editja] Kwalifikazzjoni

Total ta' 32 tim ikkwalifikaw għall-edizzjoni ta' l-2002. Mit-32 tim, iċ-champions tat-Tazza tad-Dinja 1998, Franza, flimkien ma' l-ospiti l-Korea t'Isfel u Ġappun, ikkwalifikaw awtomatikament u ma lagħbu l-ebda logħba għall-kwalifikazzjoni. Din kienet l-aħħar darba li ċ-champions ta' l-edizzjoni ta' qabel ikollhom post garantit. Hawn taħt hawn il-lista tal-pajjiżi li kkwalifikaw għall-fażi finali:


  • Afrika (CAF)
    • Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel
    • Flag of Cameroon.svg Kamerun
    • Flag of Nigeria.svg Niġerja
    • Flag of Senegal.svg Senegal (ikkwalifika għall-ewwel darba)
    • Flag of Tunisia.svg Tuniżija
  • Asja (AFC)
    • Flag of the People's Republic of China.svg Ċina (ikkwalifika għall-ewwel darba)
    • Flag of Japan (bordered).svg Ġappun (ospiti)
    • Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel (ospiti)
    • Flag of Saudi Arabia.svg Sawdi Għarabja
  • Amerika t'Isfel (CONMEBOL)
    • Flag of Argentina.svg Arġentina
    • Flag of Brazil.svg Brażil
    • Flag of Ecuador.svg Ekwador (ikkwalifika għall-ewwel darba)
    • Flag of Paraguay.svg Paragwaj
    • Flag of Uruguay.svg Urugwaj
  • Ewropa (UEFA)
    • Flag of Belgium.svg Belġju
    • Flag of Denmark.svg Danimarka
    • Flag of France.svg Franza (champions ta' l-edizzjoni 1998)
    • Flag of Germany.svg Ġermanja
    • Flag of England (bordered).svg Ingilterra
    • Flag of Ireland.svg Repubblika Irlandiża
    • Flag of Italy.svg Italja
    • Flag of Croatia.svg Kroazja
    • Flag of Poland (bordered).svg Poland
    • Flag of Portugal.svg Portugall
    • Flag of Spain.svg Spanja
    • Flag of Russia (bordered).svg Russja
    • Flag of Slovenia (bordered).svg Slovenja (ikkwalifika għall-ewwel darba)
    • Flag of Sweden.svg Svezja
    • Flag of Turkey.svg Turkija
  • Amerika ta' Fuq u Ċentrali u l-Karibew (CONCACAF)
    • Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika
    • Flag of Mexico.svg Messiku
    • Flag of the United States.svg Stati Uniti

[editja] Ħarsa Ġenerali

[editja] Grupp A-D

It-Tazza tad-Dinja bdiet b'ħasda hekk kif ir-rebbieħ ta' l-edizzjoni ta' l-1998, Franza, tilfu l-ewwel partita tagħhom kontra l-parteċipanti l-ġodda, is-Senegal, b'gowl ta' Papa Bouba Diop fejn Franza lagħbu mingħajr Zinedine Zidane. Fil-fatt, il-Franċiżi naqqsu li jiskurjaw gowl matul l-edizzjoni u spiċċaw l-aħħar post fi Grupp A. L-uniku punt li kisbu kien kontra l-Urugwaj fi draw ta' mingħajr gowls. Id-Danimarka rebħet il-grupp flimkien mas-Senegal li mxew għar-rawnd ta' wara.

Spanja kellha bidu ħafif fi Grupp B, bil-Paragwaj jiskurjaw gowl fl-aħħar minuti kontra l-iSlovenja biex ġew l-istess punti ma' l-Afrika t'Isfel kif ukoll l-istess fid-differenza tal-gowls; minħabba li l-Paragwaj skorja gowl iktar mill-Afrika t'Isfel huma ngħaqdu ma' Spanja fit-tieni rawnd. Il-tim tal-Brażil iddomina Grupp Ċ u t-Turkija ngħaqdu magħhom meta rnexxielhom jikkwalifikaw minħabba differenza ta' gowls aħjar fuq il-Kosta Rika. Iċ-Ċina naqset li tħalli mpressjoni hekk kif spiċċat l-aħħar mingħajr punt u mingħajr gowl. Grupp D ra sorpriżi differenti hekk kif l-Istati Uniti għelbet lill-qawwa tradizzjonali Portugiża bl-iskor ta' 3-2. Wara, il-gowler Brad Friedel kiseb għall-Amerikani draw ta' 1-1 kontra l-Korea t'Isfel. Il-Korea t'Isfel, li kienet diġà fit-tieni rawnd wara li rebħet lill-Polonja 2-0, u rebħet lill-Portugall, tat lill-Istati Uniti post fir-rawnd ta' wara.

[editja] Grupp E-H

Il-Ġermanja għelbet bl-iskor kbir ta' 8-0 lis-Sawdi Għarabja fi Grupp E grazzi għal tliet gowls ta' Miroslav Klose. L-Irlanda, li kienu qed jilgħabu mingħajr Roy Keane, li ntbagħat id-dar qabel it-Tazza tad-Dinja, ikkwalifikaw għall-fażi ta' wara fuq ċ-champions Afrikani, il-Kamerun.

Fi Grupp F, jew kif kien aħjar magħruf bħala "il-Grupp tal-Mewt" (bl-Ingliż: Group of Death), kien hemm il-favoriti l-Arġentina li naqsu li jimxu fil-grupp. Telfa ta' 1-0 kontra l-Ingilterra b'gowl ta' David Beckham u draw kontra l-Isvezja żamm lis-Sud-Amerikani milli javanzaw. L-Iskandinavi rebħu l-grupp u bl-Ingilterra jsegwu. Fi Grupp Ġ, l-Italja, il-Kroazja u l-Ekwador kollha rebħu darba lil xulxin darba, imma d-draw kontra r-rebbieħa tal-grupp, il-Messiku, filwaqt li ż-żewġ timijiet l-oħra jitilfu kontra l-Amerikani, ta lill-Italja t-tieni post fil-grupp.

L-ospiti ta' l-edizzjoni flimkien mal-Korea t'Isfel, il-Ġappun rebħu Grupp H, u l-Belġju akkompanjathom għat-tieni rawnd. Ir-Russja u t-Tuniżija kienu tnejn mid-diżappunt tal-kampjonat, u dan il-grupp kien ikkunsidrat bħala l-inqas kompetittiv f'din l-edizzjoni ta' l-2002.

[editja] L-Aħħar Sittax

Fl-Aħħar Sittax, il-Ġermanja rebħet b'gowl fl-aħħar minuti minn Oliver Neuville, kontra l-Paragwaj. L-Ingilterra rebħet lit-tim Daniż bl-iskor ta' 3-0. Is-Senegal komplew jimpresjonaw hekk kif rebħu bil-golden goal kontra t-tim ta' l-Isvezja bl-iskor ta' 2-1. Il-gowl ta' Robbie Keane fl-aħħar minuti tal-logħba kontra Spanja ma serviex għall-Irlanda biex jikkwalifikaw meta tilfu bil-penalties kontra t-tim Spanjol. Fil-partita kollha Amerikana, bejn l-Istati Uniti u l-Messiku, l-Istati Uniti ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0 b'gowls ta' Brian McBride u Landon Donovan. Il-Belġju lagħbu tajjeb kontra l-Brażil, però arrendew fl-aħħar taqsima meta l-Brażil ħarġu rebbieħa 2-0. It-Turkija waqfet is-serje pożittiva tal-Ġappun meta rebħu bl-iskor minimu ta' 1-0. L-ospiti l-oħra, il-Korea t'Isfel, għelbu lill-Italja, f'partita kontroversjali, b'golden goal biex rebħu 2-1.

[editja] Kwarti tal-Finali

Ir-rebħa tal-Korea t'Isfel assigurat, li għall-ewwel darba fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni, it-timijiet mill-Ewropa, l-Amerika ta' Fuq, l-Amerika t'Isfel, l-Afrika u l-Asja waslu sal-kwarti tal-finali. Fil-kwarti tal-finali, il-gowl ta' Ronaldinho kien il-gowl rebbieħ fil-konfront kontra l-Ingilterra, meta l-Brażil rebħu 2-1. L-Istati Uniti tilfu kontra l-Ġermanja b'gowl minn Michael Ballack. L-Amerikani ddominaw il-logħba u talbu lir-referì għal penalty wara li plejer Ġermaniż għamel kuntatt mal-ballun b'idejh fil-kaxxa tal-gowler. Korea t'Isfel rebħet bil-penalties kontra Spanja, fl-logħba oħra kontroversjali. B'hekk il-Korea t'Isfel saret l-ewwel pajjiż Ażjatiku li kkwalifika għas-semi-finali tat-Tazza tad-Dinja. It-Turkija komplew il-mixja pożittiva tagħhom b'rebħa ta' 1-0 (golden goal) kontra s-Senegal li wkoll ħallew impressjoni fl-ewwel dehra tagħom f'dan il-kampjonat.

[editja] Semi-Finali

Is-Semi-Finali raw ż-żewġ logħbiet jispiċċaw 1-0; l-ewwel, il-gowl ta' Ballack kien biżżejjed biex poġġa lill-Ġermanja fil-finali u l-Korea t'Isfel għall-partita għat-tielet u r-raba' post. Minkejja l-gowl tiegħu, Ballack tilef il-finali minħabba numru ta' karti sofor. Ronaldo skorja s-sitt gowl fil-kompetizzjoni għall-Brażil, li rebħu lit-Turkija.

[editja] It-Tielet Post

Fil-partita għat-tielet u r-raba' post, it-Turkija rebħet 3-2 lill-Korea t'Isfel biex kisbet it-tielet post. L-ewwel gowl ġie skurjat minn Hakan Şükür ftit sekondi mill-bidu tal-konfront, li hu l-iktar gowl kmieni li qatt sar fl-istorja tat-Tazza tad-Dinja.

[editja] Finali

Żewġ gowls minn Ronaldo assiguraw lill-Brażil ir-rebħ tat-Tazza tad-Dinja fuq il-Ġermanja f'Yokohama. L-istilla ta' Inter skorja darbtejn fit-tieni taqsima f'partita eċitanti. Dan kien il-ħames unur tal-Brażil, biex assiguraw ruħhom bħala l-aktar rebbieħa ta' din il-kompetizzjoni. Il-captain tal-Brażil Cafu, li sar l-ewwel plejer li deher fi tliet edizzjonijiet tat-Tazza tad-Dinja, aċċetta t-trofew: Ir-rebħa kompliet vjaġġ rimarkabbli għall-Luiz Felipe Scolari li ma tantx wera s-saħħa tiegħu fil-fażi ta' kwalifikazzjoni filwaqt li Ronaldo kkonferma r-reputazzjoni tiegħu bħala l-aqwa attakkant.

[editja] Grawnds

Il-Korea t'Isfel u l-Ġappun provdew kull wieħed għaxar grawnds, il-maġġornaza taggħhom mibnijin mill-ġdid.

[editja] Korea t'Isfel

Sapporo Dome
Belt Isem tal-Grawnd Kapaċità Infetaħ
Busan Busan Asiad Stadium 55,983 Lulju 2001
Daegu Daegu World Cup Stadium 68,014 Mejju 2001
Daejeon Purple Arena 40,407 Settembru 2001
Gwangju Guus Hiddink Stadium 42,880 Settembru 2001
Incheon Incheon Munhak Stadium 52,179 Diċembru 2001
Jeonju Jeonju Castle 42,391 Settembru 2001
Seogwipo Jeju World Cup Stadium 42,256 Diċembru 2001
Seoul Seoul Sang-am Stadium 64,677 Marzu 2001
Suwon Suwon Bigbird Stadium 43,188 Mejju 2001
Ulsan Munsu Cup Stadium 43,550 April 2001

[editja] Ġappun

Belt Isem tal-Grawnd Kapaċità Infetaħ
Fukuroi, Shizuoka Shizuoka Stadium 50,600 Marzu 2001
Kashima, Ibaraki Kashima Stadium 42,000 Mejju 2001
Kobe, Hyogo Kobe Wing Stadium 42,000 Ottubru 2001
Niigata, Niigata Niigata Stadium 42,300 Marzu 2001
Ōita, Ōita Ōita Stadium 43,000 Marzu 2001
Osaka, Osaka Nagai Stadium 50,000 Mejju 1996
Rifu, Miyagi Miyagi Stadium 49,000 Marzu 2000
Saitama, Saitama Saitama Stadium 63,000 Lulju 2001
Sapporo, Hokkaido Sapporo Dome 42,000 Mejju 2001
Yokohama, Kanagawa International Stadium Yokohama 70,000 Ottubru 1997

[editja] L-Ewwel Rawnd

Fit-tabelli li jsegwu:

  • Punti = total ta' punti
  • Logħob = total ta' logħob
  • R = total ta' rebħiet
  • P = total ta' pari (draw)
  • T = total ta' telfiet
  • GF = total ta' gowls favur
  • GK = total ta' gowls kontra
  • +/- = differenza tal-gowls


It-timijiet li spiċċaw fl-ewwel żewġ postijiet, ikkwalifikaw għar-rawnd ta' l-aħħar sittax.

[editja] Grupp A

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Flag of Denmark.svg Danimarka 7 3 2 1 0 5 2 +3
Flag of Senegal.svg Senegal 5 3 1 2 0 5 4 +1
Flag of Uruguay.svg Urugwaj 2 3 0 2 1 4 5 -1
Flag of France.svg Franza 1 3 0 1 2 0 3 -3

[editja] Logħob


31 ta' Mejju 2002
20:30
Flag of France.svg Franza 0 – 1 Flag of Senegal.svg Senegal Seoul World Cup Stadium, Seoul
Attendenza: 62,561
Referì: Bujsaim (Emirati Għarab Magħquda)
30' Diop

1 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of Uruguay.svg Urugwaj 1 – 2 Flag of Denmark.svg Danimarka Munsu Football Stadium, Ulsan
Attendenza: 30,157
Referì: Saad Mane (Kuwajt)
47' Rodriguez 45', 83' Tomasson

6 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Denmark.svg Danimarka 1 – 1 Flag of Senegal.svg Senegal Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendeza: 43,500
Referì: Batres (Gwatemala)
16' Tomasson (pen) 52' Diao

6 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of France.svg Franza 0 – 0 Flag of Uruguay.svg Urugwaj Busan Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 38,289
Referì: Ramos Rizo (Messiku)

11 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Denmark.svg Danimarka 2 – 0 Flag of France.svg Franza Incheon Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 48,100
Referì: Melo Pereira (Portugall)
22' Rommedahl,

67' Tomasson


11 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Senegal.svg Senegal 3 – 3 Flag of Uruguay.svg Urugawj Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 33,681
Referì: Wegereef (Olanda)
20' Fadiga (pen),

26', 38' Diop

46' Morales,

69' Forlan,

88' Recoba (pen)


[editja] Grupp B

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Flag of Spain.svg Spanja 9 3 3 0 0 9 4 +5
Flag of Paraguay.svg Paragwaj 4 3 1 1 1 6 6 0
Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel 4 3 1 1 1 5 5 0
Flag of Slovenia (bordered).svg Slovenja 0 3 0 0 3 2 7 -5

[editja] Logħob


2 ta' Ġunju 2002
16:30
Flag of Paraguay.svg Paragwaj 2 – 2 Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel Busan Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 25,186
Referì: Ľuboš Micheľ (Slovakkja)
39' Santa Cruz,

55' Arce

63' Mokoena,

90' Fortune (pen)


2 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Spain.svg Spanja 3 – 1 Flag of Slovenia (bordered).svg Slovenja Gwangju World Cup Stadium, Gwangju
Attendenza: 28,598
Referì: Guezzaz (Marokk)
44' Raul,

74' Valeron,

87' Hierro (pen)

82' Cimirotic

7 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of Spain.svg Spanja 3 – 1 Flag of Paraguay.svg Paragwaj Jeonju World Cup Stadium, Jeonju
Attendenza: 24,000
Referì: Gamal Ghandour (Eġittu)
53', 69' Morientes,

83' Hierro (pen)

10' Puyol (og)

8 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel 1 – 0 Flag of Slovenia (bordered).svg Slovenja Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendenza: 47,226
Referì: Angel Sanchez (Arġentina)
4' Nomvethe

12 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of South Africa.svg Afrika t'Isfel 2 – 3 Flag of Spain.svg Spanja Daejeon World Cup Stadium, Daejeon
Attendenza: 31,024
Referì: Saad Mane (Kuwajt)
31' Mc Carthy,

53' Radebe

4', 56' Raul,

46' Mendieta


12 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Slovenia (bordered).svg Slovenja 1 – 3 Flag of Paraguay.svg Paragwaj Jeju World Cup Stadium, Seogwipo
Attendenza: 30,176
Referì: Ramos Rizo (Messiku)
46' Acimovic 65', 84' Cuevas,

73' Campos


[editja] Grupp Ċ

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Flag of Brazil.svg Brażil 9 3 3 0 0 11 3 +8
Flag of Turkey.svg Turkija 4 3 1 1 1 5 3 +2
Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika 4 3 1 1 1 5 6 -1
Flag of the People's Republic of China.svg Ċina 0 3 0 0 3 0 9 -9

[editja] Logħob


3 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of Brazil.svg Brażil 2 – 1 Flag of Turkey.svg Turkija Munsu Football Stadium, Ulsan
Attendenza: 33,842
Referì: Young Joo Kim (Korea t'Isfel)
50' Ronaldo,

87' Rivaldo (pen)

47' Hasan Sas

4 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of the People's Republic of China.svg Ċina 0 – 2 Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika Gwangju World Cup Stadium, Gwangju
Attendenza: 27,217
Referì: Vassaras (Greċja)
61' Gomez,

65' Wright


8 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Brazil.svg Brażil 4 – 0 Flag of the People's Republic of China.svg Ċina Jeju World Cup Stadium, Seogwipo
Attendenza: 36,750
Referì: Anders Frisk (Svezja)
15' Roberto Carlos,

32' Rivaldo,

45' Ronaldinho (pen),

55' Ronaldo


9 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika 1 – 1 Flag of Turkey.svg Turkija Incheon Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 42,299
Referì: Codjia (Benin)
86' Parks 56' Belozoglu

13 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Costa Rica.svg Kosta Rika 2 – 5 Flag of Brazil.svg Brażil Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 38,524
Referì: Gamal Ghandour (Eġittu)
39' Wanchope,

56' Gomez

10', 13' Ronaldo,

38' Edmilson,

62' Rivaldo,

64' Junior


13 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Turkey.svg Turkija 3 – 0 Flag of the People's Republic of China.svg Ċina Seoul World Cup Stadium, Seoul
Attendenza: 43,605
Referì: Oscar Ruiz (Kolombja)
6' Sas,

9' Korkmaz,

85' Davala


[editja] Grupp D

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel 7 3 2 1 0 4 1 +3
Flag of the United States.svg Stati Uniti 4 3 1 1 1 5 6 -1
Flag of Portugal.svg Portugall 3 3 1 0 2 6 4 +2
Flag of Poland (bordered).svg Polonja 3 3 1 0 2 3 7 -4

[editja] Logħob


4 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel 2 – 0 Flag of Poland (bordered).svg Polonja Busan Asiad Main Stadium, Busan
Attendenza: 48,760
Referì: Oscar Ruiz (Kolombja)
26' Hwang,

53' Yoo


5 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of the United States.svg Stati Uniti 3 – 2 Flag of Portugal.svg Portugall Suwon World Cup Stadium, Suwon
Attendenza: 37,306
Referì: Byron Moreno (Ekwador)
4' O Brien,

29' Jorge Costa (og),

36' McBride

39' Beto,

71' Agoos (og)


10 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel 1 – 1 Flag of the United States.svg Stati Uniti Daegu World Cup Stadium, Daegu
Attendenza: 60,778
Referì: Urs Meier (Svizzera)
78' Ahn 24' Mathis

10 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Portugal.svg Portugall 4 – 0 Flag of Poland (bordered).svg Polonja Jeonju World Cup Stadium, Jeonju
Attendenza: 31,000
Referì: Hugh Dallas (Skozja)
14', 65', 77' Pauleta,

88' Rui Costa


14 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Poland (bordered).svg Polonja 3 – 1 Flag of the United States.svg Stati Uniti Daejeon World Cup Stadium, Daejeon
Attendenza: 26,482
Referì: Jun Lu (Ċina)
3' Olisadebe,

5' Kryszalowicz,

66' Zewlakow

83' Donovan

14 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Portugal.svg Portugall 0 – 1 Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel Incheon Munhak Stadium, Incheon
Attendenza: 50,239
Referì: Angel Sanchez (Arġentina)
70' Park

[editja] Grupp E

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Flag of Germany.svg Ġermanja 7 3 2 1 0 11 1 +10
Flag of Ireland.svg Repubblika Irlandiża 5 3 1 2 0 5 2 +3
Flag of Cameroon.svg Kamerun 4 3 1 1 1 2 3 -1
Flag of Saudi Arabia.svg Sawdi Għarabja 0 3 0 0 3 0 12 -12

[editja] Logħob


1 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Ireland.svg Irlanda 1 – 1 Flag of Cameroon.svg Kamerun Niigata Stadium Big Swan, Niigata
Attendenza: 33,679
Referì Toru Kamikawa (Ġappun)
52' Holland 39' Mboma

1 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Germany.svg Ġermanja 8 – 0 Flag of Saudi Arabia.svg Għarabja Sawdita Sapporo Dome, Sapporo
Attendenza: 32,218
Referì: Ubaldo Aquino (Paragwaj)
20', 25', 70' Klose,

40' Ballack,

46' Jancker,

73' Linke,

84' Bierhoff,

90' Schneider


5 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Germany.svg Ġermanja 1 – 1 Flag of Ireland.svg Irlanda Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 35,854
Referì: Nielsen (Danimarka)
19' Klose 90' Keane

6 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of Cameroon.svg Kamerun 1 – 0 Flag of Saudi Arabia.svg Għarabja Sawdita Saitama Stadium 2002, Saitama
Attendenza: 52 328
Arbitro: Terje Hauge (Norveġja)
66' Eto'o

11 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Cameroon.svg Kamerun 0 – 2 Flag of Germany.svg Ġermanja Shizuoka Stadium Ecopa, Shizuoka
Attendenza: 47,085
Referì: Lopez Nieto (Spanja)
50' Bode,

79' Klose


11 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Saudi Arabia.svg Għarabja Sawdita 0 – 3 Flag of Ireland.svg Irlanda International Stadium, Yokohama
Attendenza: 65,320
Referì: Falla Ndoye (Senegal)
7' Keane,

61' Breen,

87' Duff


[editja] Grupp F

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Flag of Sweden.svg Svezja 5 3 1 2 0 4 3 +1
Flag of England (bordered).svg Ingilterra 5 3 1 2 0 2 1 +1
Flag of Argentina.svg Arġentina 4 3 1 1 1 2 2 0
Flag of Nigeria.svg Niġerja 1 3 0 1 2 1 3 -2

[editja] Logħob


2 ta' Ġunju 2002
18:30
Flag of England (bordered).svg Ingilterra 1 – 1 Flag of Sweden.svg Svezja Saitama Stadium 2002, Saitama
Attendenza: 52,721
Referì: Carlos Simon (Brażil)
24' Campbell 59' Alexandersson

2 ta' Ġunju 2002
14:30
Flag of Argentina.svg Arġentina 1 – 0 Flag of Nigeria.svg Niġerja Ibaraki Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 34,050
Referì: Veissière (Franza)
63' Batistuta

7 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Sweden.svg Svezja 2 – 1 Flag of Nigeria.svg Niġerja Kobe Wing Stadium, Kobe
Attendenza: 36,194
Referì: René Ortube (Bolivja)
35', 63' Larsson (pen) 27' Aghahowa

7 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Argentina.svg Arġentina 0 – 1 Flag of England (bordered).svg Ingilterra Sapporo Dome, Sapporo
Attendenza: 35,927
Referì: Pierluigi Collina (Italja)
44' Beckham (pen)

12 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Sweden.svg Svezja 1 – 1 Flag of Argentina.svg Arġentina Miyagi Stadium, Miyagi
Attendenza: 45,777
Referì: Bujsaim (Emirati Għarab Magħquda)
59' Svensson 88' Crespo

12 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Nigeria.svg Niġerja 0 – 0 Flag of England (bordered).svg Ingilterra Osaka Nagai Stadium, Osaka
Attendenza: 44,864
Referì: Brian Hall (Stati Uniti)

[editja] Grupp Ġ

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Flag of Mexico.svg Messiku 7 3 2 1 0 4 2 +2
Flag of Italy.svg Italja 4 3 1 1 1 4 3 +1
Flag of Croatia.svg Kroazja 3 3 1 0 2 2 3 -1
Flag of Ecuador.svg Ekwador 3 3 1 0 2 2 4 -2

[editja] Logħob


3 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Croatia.svg Kroazja 0 – 1 Flag of Mexico.svg Messiku Niigata Stadium Big Swan, Niigata
Attendenza: 32,239
Referì: Jun Lu (Ċina)
60' Blanco (pen)

3 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Italy.svg Italja 2 – 0 Flag of Ecuador.svg Ekwador Ibaraki Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 31,081
Referì: Brian Hall (Stati Uniti)
7', 27' Vieri

8 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of Italy.svg Italja 1 – 2 Flag of Croatia.svg Kroazja Ibaraki Kashima Stadium, Ibaraki
Attendenza: 36,472
Referì: Graham Poll (Ingilterra)
58' Vieri 73' Olic,

76' Rapaic


9 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Mexico.svg Messiku 2 – 1 Flag of Ecuador.svg Ekwador Miyagi Stadium, Miyagi
Attendenza: 45,610
Referì: Mourad Daami (Tuniżija)
28' Borgetti,

57' Torrado

5' Delgado

13 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Mexico.svg Messiku 1 – 1 Flag of Italy.svg Italja Oita Stadium Big Eye, Oita
Attendenza: 39,291
Referì: Carlos Simon (Brażil)
34' Borgetti 85' Del Piero

13 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Ecuador.svg Ekwador 1 – 0 Flag of Croatia.svg Kroazja International Stadium, Yokohama
Attendenza: 65,862
Referì: Mattus Vega (Kosta Rika)
48' Mendez

[editja] Grupp H

Tim Punti Logħob R P T GF GK +/-
Flag of Japan (bordered).svg Ġappun 7 3 2 1 0 5 2 +3
Flag of Belgium.svg Belġju 5 3 1 2 0 6 5 +1
Flag of Russia (bordered).svg Russja 3 3 1 0 2 4 4 0
Flag of Tunisia.svg Tuniżija 1 3 0 1 2 1 5 -4

[editja] Logħob


4 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of Japan (bordered).svg Ġappun 2 – 2 Flag of Belgium.svg Belġju Saitama Stadium 2002, Saitama
Attendeza: 55,256
Referì: Mattus Vega (Kosta Rika)
59' Suzuki,

67' Inamoto

57' Wilmots,

75' Van Der Heyden


5 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Russia (bordered).svg Russja 2 – 0 Flag of Tunisia.svg Tuniżija Kobe Wing Stadium, Kobe
Attendenza: 30,957
Referì: Peter Prendergast (Ġamajka)
59' Titov,

64' Karpin (pen)


9 ta' Ġunju 2002
20:30
Flag of Japan (bordered).svg Ġappun 1 – 0 Flag of Russia (bordered).svg Russja International Stadium, Yokohama
Attendenza: 66,108
Referì: Markus Merk (Ġermanja)
51' Inamoto

10 ta' Ġunju 2002
18:00
Flag of Tunisia.svg Tuniżija 1 – 1 Flag of Belgium.svg Belġju Oita Stadium Big Eye, Oita
Attendenza: 39,700
Referì: Mark Shield (Awstralja)
17' Bouzaiene 13' Wilmots

14 ta' Ġunju 2002
15:30
Flag of Tunisia.svg Tuniżija 0 – 2 Flag of Japan (bordered).svg Ġappun Osaka Nagai Stadium, Osaka
Attendenza: 45,213
Referì: Veissière (Franza)
48' Morishima,

75' Nakata


14 ta' Ġunju 2002]
15:30
Flag of Belgium.svg Belġju 3 – 2 Flag of Russia (bordered).svg Russja Shizuoka Stadium ECOPA, Shizuoka
Attendenza: 46,640
Referì: Kim Milton Nielsen (Danimarka)
7' Walem,

78' Sonck,

82' Wilmots

52' Beschastnykh,

88' Sychev


[editja] Fażi ta' l-Eliminazzjoni

Il-fażi ta' l-eliminazzjoni hija rawnd fejn fiha min jitlef jiġi eliminat direttament. Din tinvolvi sittax-il tim li kkwalfikaw mill-fażi tal-gruppi. Kien hemm erba' rawnds, fejn f'kull waħda jiġu eliminati nofs it-timijiet li kkompetew f'dik il-fażi. Ir-rawnds suċċessivi kienu: L-Aħħar Sittax, il-Kwarti tal-Finali, is-Semi-Finali u l-Finali. Kien hemm ukoll il-logħba għat-tielet u r-raba' post. Għal kull logħba f'din il-fażi, jekk il-logħba tispiċċa pari wara l-ħin normali, tletin minuta kienu jiġu milgħuba (żewġ taqsimiet ta' ħmistax-il minuta); jekk il-partita tibqa' pari, ikun imiss l-għoti tal-penalties biex jiġi ddeterminat ir-rebbieħ tal-konfront.

Riżultati wara l-ħin miżjud huma mmarkati bħala (a.e.t) u riżultati wara l-għoti tal-penalties huma mmarkati bħala (pen).

[editja] Riżultati

L-Aħħar sittax Kwarti tal-finali Semifinali Finali
                           
15 ta' Ġunju - Seogwipo            
  Flag of Germany.svg Ġermanja  1
21 ta' Ġunju - Ulsan
  Flag of Paraguay.svg Paragwaj  0  
  Flag of Germany.svg Ġermanja  1
17 ta' Ġunju - Jeonju
    Flag of the United States.svg Stati Uniti  0  
  Flag of Mexico.svg Messiku  0
25 ta' Ġunju - Seoul
  Flag of the United States.svg Stati Uniti  2  
  Flag of Germany.svg Ġermanja  1
16 ta' Ġunju - Suwon
    Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel  0  
  Flag of Spain.svg Spanja (pen)  1 (3)
22 ta' Ġunju - Gwangju
  Flag of Ireland.svg Rep. Irlandiża  1 (2)  
  Flag of Spain.svg Spanja  0 (3)
18 ta' Ġunju - Daejeon
    Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel (pen)  0 (5)  
  Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel (a.e.t)  2
30 ta' Ġunju - Yokohama
  Flag of Italy.svg Italja  1  
  Flag of Germany.svg Ġermanja  0
15 ta' Ġunju - Niigata
    Flag of Brazil.svg Brażil  2
  Flag of Denmark.svg Danimarka  0
21 ta' Ġunju - Shizuoka
  Flag of England (bordered).svg Ingilterra  3  
  Flag of England (bordered).svg Ingilterra  1
17 ta' Ġunju - Kobe
    Flag of Brazil.svg Brażil  2  
  Flag of Brazil.svg Brażil  2
26 ta' Ġunju - Saitama
  Flag of Belgium.svg Belġju  0  
  Flag of Brazil.svg Brażil  1
6 ta' Ġunju - Oita
    Flag of Turkey.svg Turkija  0   It-Tielet post
  Flag of Sweden.svg Svezja  1
22 ta' Ġunju - Osaka 29 ta' Ġunju - Daegu
  Flag of Senegal.svg Senegal (a.e.t)  2  
  Flag of Senegal.svg Senegal  0   Flag of Turkey.svg Turkija  3
18 ta' Ġunju - Miyagi
    Flag of Turkey.svg Turkija (a.e.t)  1     Flag of South Korea (bordered).svg Korea t'Isfel  2
  Flag of Japan (bordered).svg Ġappun  0
  Flag of Turkey.svg Turkija  1  


[editja] Rebbieħ

Rebbieħ tat-Tazza tad-Dinja 2002

Brażil

BRAŻIL
(Ħames titlu)

[editja] Top-Scorers

8 gowls

5 gowls

4 gowls

3 gowls

2 gowls

[editja] Ħoloq Oħra


|-

!style="background:#BFD7FF;"|

  Tazza tad-Dinja tal-Futbol  a  d  m 

|- style="text-align:center;" | Urugwaj 1930 | Italja 1934 | Franza 1938 | Brażil 1950 | Svizzera 1954 | Svezja 1958 | Ċili 1962 | Ingilterra 1966 | Messiku 1970 | Ġermanja tal-Punent 1974 | Arġentina 1978 | Spanja 1982 | Messiku 1986 | Italja 1990 | Stati Uniti 1994 | Franza 1998 | Korea/Ġappun 2002 | Ġermanja 2006 | Afrika t'Isfel 2010 | Brażil 2014 | 2018