Tazza tan-Nazzjonijiet Afrikana
Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
| CONCACAF Gold Cup | |
| Sport | Futbol |
| Fundazzjoni | 1957 |
| Numru ta' Timijiet | 16 |
| Konfederazzjoni | Afrika, (CAF) |
| Champion Preżenti | |
It-Tazza Afrikana (bl-Ingliż: African Nations Cup) hi l-kompetizzjoni prinċipali tal-futbol fl-Afrika. Hi taħt id-diriġenza tal-CAF (Confederation of African Football) u l-ewwel edizzjoni saret fl-1957. Mill-1968, il-kompetizzjoni bdiet issir kull sentejn.
Fl-1957 kien hemm tliet pajjiżi partiċipanti li kienu l-Eġittu, is-Sudan u l-Etjopja. L-Afrika t'Isfel kienet se tieħu sehem imma ġew diskwalifikati minħabba r-razziżmu li kien qed isir. Minn dak iż-żmien, kważi kull pajjiż Afrikan jieħu sehem u għalhekk kien hemm il-bżonn tal-partiti ta' kwalifika. In-numru ta' parteċipanti fil-kampjonat finali jilħaq sittax fl-1998 (sittax-il tim kienu se jieħdu sehem fl-1996 imma n-Niġerija ma ħaditx sehem biex in-numru ta' parteċipanti niżel għal ħmistax. Il-format minn dak iż-żmien ma tbiddilx u s-sittax-il tim bdew jiġu mqassma f'erba' gruppi, b'min jikklasifika fl-ewwel żewġ postijiet jgħaddi għall-fażi l-oħra.
Il-pajjiż li l-aktar rebaħ din il-kompetizzjoni hu l-Eġittu b'ħames trofej, bil-Gana u l-Kamerun bi tliet trofej. Tliet trofej differenti ġew mogħtija fl-istorja tal-kampjonat, bil-Gana u l-Kamerun jirbħu l-ewwel żewġ verżjonijiet. It-trofej li qed jingħata issa ngħata l-ewwel darba fl-2002.
Werrej |
[editja] It-Trofew
Fl-istorja ta' din il-kompetizzjoni, kien hemm tliet trofej differenti li kienu mogħtija lir-rebbieħa. L-ewwel trofew, magħmul mill-fidda, kien "Abdelaziz Abdallah Salem Trophy" li kien imsemmi wara l-ewwel President tal-CAF, l-Eġizzjan Abdelaziz Abdallah Salem. Dan it-trofew ġie mogħti għal erba' edizzjonijiet bil-Gana żżommu għal dejjem.
It-tieni trofew kien ġie mogħti bejn 1980 u s-sena 2000 u dan kien msemmi "Trophy of African Unity" jew "African Unity Cup". Kien ġie mogħti mill-Kunsill Suprem ta' l-Isports fl-Akrika għall-kampjonat ta' l-1980. Dan kien magħmul forma ta' ċilindru biċ-ċrieki ta' l-Olimpiku madwar il-mappa tal-kontinent. Il-Kamerun rebaħ dan it-trofew meta rebħu fis-sena 2000 biex għaqdu t-tielet rebħa fil-finali.
Fl-2001, it-tielet trofew kien inawgurat u li kien iddisinjat u magħmul ġewwa l-Italja. Kamerun kienu l-ewwel pajjiż li ħadu dan it-trofew fis-sena 2002.
[editja] Riżultati
1957 Eġittu 4-0 Etjopja
1959 Eġittu (Repubblika Għarab Magħquda) 2-1 Sudan
- Fl-1959, it-tliet timijiet lagħbu darba ma' xulxin. Fl-aħħar logħba tal-kampjonat, ir-rebħa ta' l-Eġittu 2-1 kontra s-Sudan għamlet lill-Eġittu champions.
1962 Etjopja 4-2 Eġittu (Repubblika Għarab Magħquda)
1963 Gana 3-0 Sudan
1965 Gana 3-2 Tuniżija
1968 Kongo (Repubblika Demokratika) 1-0 Gana
1970 Sudan 1-0 Gana
1972 Kongo 3-2 Mali
1974 Żaire 2-2 Żambja (Żaire jirbħu 2-0 wara replay)
1976 Marokk - Guinea
- Fl-1976 ma kienx hemm finali uffiċjali, hekk kif il-kampjonat kien deċiż fi grupp finali ta' erba' timijiet.
1978 Gana 2-0 Uganda
1980 Niġerja 3-0 Alġerija
1982 Gana 1-1 Libja (Gana jirbu 7-6 bil-penalties)
1984 Kamerun 3-1 Niġerja
1986 Eġittu 0-0 Kamerun (Eġittu jirbħu 5-4 bil-penalties)
1988 Kamerun 1-0 Niġerja
1990 Alġerja 1-0 Niġerja
1992 Kosta ta' L-Avorju 0-0 Gana (Kosta ta' L-Avorju jirbħu 11-10 bil-penalties)
1994 Niġerja 2-1 Żambja
1996 Afrika t'Isfel 2-0 Tuniżija
1998 Eġittu 2-0 Afrika t'Isfel
2000 Kamerun 2-2 Niġerja (Kamerun jirbħu 4-3 bil-penalties)
2002 Kamerun 0-0 Senegal (Kamerun jirbħu 3-2 bil-penalties)
2004 Tuniżija 2-1 Marokk
2006 Eġittu 0-0 Kosta ta' L-Avorju (Eġittu jirbħu 4-2 bil-penalties)
2008
[editja] Statistika
[editja] Rebbieħa
| Rebħiet | Tim | Sena/Snin |
|---|---|---|
|
|
1957, 1959, 1986, 1998, 2006 | |
|
|
1984, 1988, 2000, 2002 | |
|
|
1963, 1965, 1978, 1982 | |
|
|
1968, 1974 | |
|
|
1980, 1994 | |
|
|
1962 | |
|
|
1972 | |
|
|
1992 | |
|
|
1990 | |
|
|
1976 | |
|
|
1996 | |
|
|
1970 | |
|
|
2004 |
[editja] Ospiti
| Ospiti | Tim | Sena/Snin |
|---|---|---|
|
|
1959, 1974, 1986, 2006 | |
|
|
1963, 1978, 2000, 2008* | |
|
|
1962, 1968, 1976 | |
|
|
1965, 1994, 2004 | |
|
|
1982, 2014* | |
|
|
1980, 2000 | |
|
|
1957, 1970 | |
|
|
1990 | |
|
|
1998 | |
|
|
1972 | |
|
|
1990 | |
|
|
2002 | |
|
|
1988 | |
|
|
1992 | |
|
|
1996 | |
|
|
2010* | |
|
|
2012^ | |
|
|
2012^ |
- * Għadha se ssir
- ^ Ospitata bejn żewġ nazzjonijiet
[editja] Ħoloq Oħra
- Confédération Africaine de Football
- Rekords storiċi minn BBC Sport
- Ghana CAN 2008 - Aħbarijiet mit-Tazza Afrikana
|
|||||||||||||||||||||||||||||