Talpa marsupjal tat-Tramuntana

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Talpa marsupjal tat-Tramuntana
Talpa marsupjal tat -Tramuntana(N. caurinus)..jpg
Talpa marsupjal tat-Tramuntana jew karkarratul Notoryctes caurinus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Australidelphia
Ordni: Notoryctemorphia
Kirsch, in Hunsaker, 1977
Familja: Notoryctidae
Ogilby, 1892
Ġeneru: Notoryctes
Stirling, 1891
Speċi: N.caurinus
Isem binominali
Notoryctes caurinus
Northern Marsupial Mole area.png
Firxa tat-Talpa marsupjal tat-Tramuntana

It-talpa marsupjal tat-Tramuntana "Notoryctes caurinus" jew kif inhi magħrufha wkoll karkarratul hija mammiferu marsupjal rari, ta' daqs żgħir, mifrux mad-deżerti fil-majistral ta' l-Awstralja u hija 1 miż-2 speċi ta' talpi marsupjali.

Din l-ispeċi għal ħafna żmien twil kienet meqjusha bħala popolazjoni oħra minn ta' l-ispeċi "Notoryctes typhlops" it-talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew itjaritjari, dan għaliex huma simili ħafna ta' xulxin, ftit differenzi huma d-daqs u s-snien.

Dieta[editja]

It-talpa marsupjal tat-Tramuntana hija marsupjal karnivoru, attiv ħafna kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl. Il-biċċa l-kbira tad-dieta tikkonsisti minn larvi u pupae ta' insetti tad-deżert, għalkemm rettili u annimali vertebrati żgħar oħra jiġu ikkunsmati wkoll.

Deskrizzjoni[editja]

It-talpa marsupjal tat-Tramuntana jew karkarratul, hija mammiferu għami u mill-għajnejn baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn.

Dan il-marsupjal għandu ġismu f'forma ċilindrika (tubu) b'tul massimu ta' 16-il ċm, ras f'forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni u denb qasir ta' 2.6cm jew inqas li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija.

It-talpa marsupjal tat-Tramuntana morfometrikament hija l-iżgħar speċi fost it-tnejn li jeżistu u d-daqs apparti l-lokalità huwa fattur determinanti biex wieħed jagħraf l-ispeċi, dan minħabba li huma kważi identiċi.

Riproduzzjoni[editja]

Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u huwa maqsum fi 2 u f'kull parti hemm beżżula 1, fih jilqa' massimu ta' 2 embrjuni kull darba.

Evoluzzjoni[editja]

It-talpa marsupjal tat-Tramuntana tipprovdi eżempju ċar ta' evoluzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi tad-deheb ta' l-Afrika. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti t-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzjoni.

Il-linja anċestrali ta' dan il-marsupjal tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sa llum.

Klassifikazzjoni[editja]

Referenzi[editja]

Ħoloq esterni[editja]