Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar
| Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar | |
|---|---|
| Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew Itjaritjari Notoryctes typhlops | |
| Klassifikazzjoni xjentifika | |
| Renju: | Animalia |
| Phylum: | Chordata |
| Klassi: | Mammalia |
| Infraklassi: | Metatheria |
| Superordni: | Australidelphia |
| Ordni: | Notoryctemorphia Kirsch, in Hunsaker, 1977 |
| Familja: | Notoryctidae Ogilby, 1892 |
| Ġeneru: | Notoryctes Stirling, 1891 |
| Speċi: | N.typhlops |
| Isem binominali | |
| Notoryctes typhlops |
|
| Sottospeċi | |
| Firxa tat-Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew itjaritjari Notoryctes typhlops | |
It-talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar Notoryctes typhlops jew kif inhi magħrufha wkoll itjaritjari, kif jgħid isimha hija mammiferu marsupjal rari, ta' daqs żgħir, mifrux mad-deżerti fin-Nofs in-nhar ta' l-Awstralja u hija 1 miż-2 speċi ta' talpi marsupjali.
Minn studji reenti l-ispeċi Notoryctes typhlops turi li hija magħmula minn 2 sottospeċi, dik miċ-ċentru ta' l-Awstralja Notoyctes typhlops typhlops u dik minn Nofs in-nhar ta' l-istat Awstraljan ta' Nofs in-nhar Notoryctes typhlops ? li għad trid tingħata isem.
Werrej |
Dieta [editja]
It-talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar hija marsupjal karnivoru, attiv ħafna kemm matul il-ġurnata kif ukoll bil-lejl. Il-biċċa il-kbira tad-dieta tikkonsisti minn larvae u pupae ta' insetti tad-deżert, għalkemm rettili u annimali vertebrati żgħar oħra jiġu ikkunsmati wkoll.
Deskrizzjoni [editja]
It-talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew itjaritjari, hija mammiferu għami, u mill-għajnejn baqa' biss par lenti midfuna taħt il-ġilda li minn barra jidhru bħala żewġ tbajja u żewġ toqbiet ċkejkna mgħottija bil-pil iservu ta' widnejn.
Dan il-marsupjal għandu ġismu f'forma ċilindrika (tubu) b'tul massimu ta' 18ċm, ras forma konika (lembut), b'biċċtejn ġilda iebsa kwadrati, waħda fuq il-moħħ u l-oħra fuq l-imnieħer bħala protezzjoni, b'denb qasir ta' 2.6cm jew inqas li jispiċċa b'forma ta' ballun ċkejken bl-istess tip ta' ġilda. Il-pil fin ħafna, pjuttost qasir lewn il-krema fil-bajdani, ileqq b'iridexxenza dehebija.
It-talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar hija l-akbar speċi fost it-tnejn li jeżistu u d-daqs apparti l-lokalità huwa fattur determinanti biex wieħed jagħraf l-ispeċi, dan minħabba li huma simili ħafna ta' xulxin.
Riproduzzjoni [editja]
Ftit li xejn huwa magħruf dwar ir-riproduzjoni ta' dawn l-annimali. Fir-raġel it-testikoli huma interni u fil-mara l-marsupju evolva jħares lura biex waqt it-tħaffir taħt l-art ma jidħolx ramel u huwa maqsum fi 2 u f'kull parti hemm beżżula 1 , fih jilqa' massimu ta' 2 embrjuni kull darba.
Evoluzzjoni [editja]
It-talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew itjaritjari tipprovdi eżempju ċar ta' evoluzzjoni konverġenti mat-talpi plaċentati inġenerali u xi ħaġa partikolari mat-talpi tad-deheb ta' l-Afrika. Għalkemm dawn relatati biss bill-fatt li huma kollha mammiferi, ix-xebħ esterjuri huwa wieħed straordinarju u dan jirrifletti it-toroq simili li huma ħadu fl-evoluzzjoni.
Il-linja anċestrali ta' dan il-marsupjal tmur lura minn ta' l-inqas 50 miljun sena ilu u l-klassifikazzjoni eżatta tagħhom għadha suġġett ta' dibattitu sal-lum.
Klassifikazzjoni [editja]
- Ordni Notoryctemorphia
- Familja Notoryctidae
- Ġeneru Notoryctes
- Speċi
- Talpa marsupjal ta' Nofs in-nhar jew Itjaritjari Notoryctes typhlops
- Sottospeċi
- Popolazjoni miċ-Centru ta' l-Awstralja Notoryctes typhlops typhlops
- Popolazjoni minn Nofs in-nhar tal-istat ta' Nofs in-nhar tal-Awstralja, Notoryctes typhlops ?
- Ġeneru Notoryctes
- Familja Notoryctidae
Referenzi [editja]
- University of Western Australia marsupial mole home page
- Research mission to discover conservation requirements (includes photo)
- Nature news story (includes photo)
- AusEmade: Marsupial Mole Information
- Archer, Hand & Godthelp, Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site, Reed New Holland, 1991. ISBN 1-876334-59-2
- Groves, Colin (2005-11-16). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press, 22.