Ta' Xbiex

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Ta' Xbiex huwa raħal żgħir bejn l-Imsida u l-Gżira, biss huwa raħal awtonomu u parroċċa għalih. L-isem Ta' Xbiex ġej mill-kelma "ta' xbiek", peress li dan ir-raħal qiegħed viċin tax-xatt u probabbli kont tara ħafna sajjieda u d-dgħajjes tagħhom, anke llum il-ġurnata għadek tarahom, biss naqsu ħafna. Biex ikompli jissaħħaħ dan l-għidud, l-arma ta' Ta' Xbiex hija tmun ta' vapur. L-motto ta' Ta' Xbiex huwa Unitatae Fortior bil-Latin, li bil-Malti tfisser bejn wieħed u ieħor "Fl-Għaqda hemm is-Saħħa."

F'Ta' Xbiex issib bosta aġenziji u ambaxxati fosthom dik tal-Eġittu u dik tal-Italja kif ukoll l-Kummissjoni Għolja Britannika. Sfortunatament il-ġnien tal-Yacht Marina ma għadux jagħmel parti minn Ta' Xbiex iżda sar jagħmel parti mill-Gżira.

L-ordni reliġjuż li jieħu ħsieb din il-paroċċa huwa dak tal-Karmelitani Tereżjani Skalzi. F'Ta' Xbiex ma jsirux festi esterni kbar iżda interni fejn kulħadd ikun miġbur; fost dawn il-Festi hemm tal-Madonna tal-Karmnu li hija il-patruna tal-Ordni u ta' San Ġwann tas-Salib li huwa il-patrun ta' Ta' Xbiex.

Bħala parroċċa Ta' Xbiex hija waħda vera attiva, fejn fil-kors tal-aħħar snin, żdiedu gruppi jew il-membri tagħhom bħalma huma, l-Abbatini, il-Kor Laudamus Unum Deum - Infaħħru Alla Wieħed, il-Grupp Leġjonarju, l-Appostolat tal-Ħniena Divina, il-Grupp Ċenaklu Ta' Xbiex / Moviment Marjan, il-Grupp tal-Lectio Divina, u l-Grupp taż-Żgħażagħ Teens 4 Christ jew T4C.

Toroq prinċipali f'Ta' Xbiex[editja]

  • Triq Giuseppe Calì
  • Triq Abate Rigord
  • Triq Enrico Mizzi
  • Triq il-Prinċipessa Margerita
  • Triq il-Prinċipessa Eliżabetta
  • Triq l-Ambaxxati
  • Triq San Ġwann tas-Salib
  • Triq Sir Ugo Mifsud
  • Triq Testaferrata
  • Rampa ta' Ta' Xbiex
  • Vjal Sir Temi Zammit
  • Xatt Ta' Xbiex