Supereroj

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Supereroj

Supereroj huwa karattru fittizju li hu msemmi għall-għemejjel kuraġġużi u nobbli li jwettaq. Dan il-personaġġ, li jkollu kważi dejjem isem u kostum ikkuluriti, iħaddan abbiltajiet li jisbqu 'l dawk normali tal-bnedmin.

Superman (is-super-raġel), il-karattru tal-komiks (imma wkoll tal-films, tal-kartuns, tat-teleserjejiet u tal-vidjo-loghob) li ddebutta fl-1938, huwa l-prototip tas-supereroj.

Lejn definizzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Id-dizzjunarji lis-supereroj jarawh hekk:

  • Persunaġġ erojku b'missjoni diżinteressata li twassal għat-tajjeb tas-soċjetà.
  • Min għandu super-poteri, teknoloġija avvanzata ferm, ħiliet mistiċi jew fiżiċi u/jew mentali żviluppati ħafna.
  • Min għandu super-identità, kostum li joħloq ikona madwaru, u poteri (li jippermettu trasformazzjoni minn persuna bħal kulħadd f'supereroj).
  • Hu ġeneralment distint, ċoè jintgħażel mill-kumplament tal-persunaġġi li nsibu f'ġeneri oħrajn bħall-fantaxjenza.

Tipikament is-supereroj ikollhom żewġ identitajiet: dik ta' supereroj li jaf bih kulħadd (li tinżamm mistura) u l-oħra ta' bniedem komuni li jafuh ftit nies.