Steve Borg

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Steve Borg
Informazzjoni personali
Twelid15 ta' Mejju 1988 (1988-05-15) (35 sena)
MostaMalta
RwolDifensur ċentrali
Informazzjoni fuq il-klabb
Klabb attwaliGżira United
Mixtliet
Mosta
Karriera professjonali
SninKlabb
2005–2009Mosta
2009–2015Valletta
2015–2016Aris Limassol
2016–2020Valletta
2020–Gżira United
Tim nazzjonali
2011–Malta

Steve Borg (twield fil-15 ta' Mejju 1988) huwa plejer tal-futbol Malti li jilgħab mat-tim ta' Gżira United bħala difensur.

Karriera[immodifika | immodifika s-sors]

Borg tela' mit-tim taż-żgħażagħ tal-klabb Malti ta' Mosta, sakemm iddebbutta mal-ewwel tim fl-2005. Fl-2009 issieħeb f'Lulju tal-2009 ma' Valletta fejn fl-istaġun sussegwenti rebaħ il-kampjonat Premier. Magħhom stabbilixxa ruħu fost l-aqwa difensuri fil-kampjonat lokali u f'Lulju tal-2005 ġie mħabbar li Steve Borg kien se jingħaqad mal-klabb Ċiprijott ta' Aris Limassol.[1] Hu skorja l-ewwel gowl tiegħu mal-klabb bil-gowl tar-rebħa kontra Ethnikos Achna nhar is-7 ta' Novembru.[2]

Wara sena, f'Ġunju tal-2016, Valletta ħabbru li Borg reġa' ngħaqad magħhom fejn iffirma kuntratt ta' ħames snin.[3]

Internazzjonali[immodifika | immodifika s-sors]

Fis-7 ta' Ottubru 2011, huwa għamel id-debutt tiegħu mat-tim nazzjonali ta' Malta fil-logħba valida għall-kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej 2012 kontra l-Latvja.

Unuri[immodifika | immodifika s-sors]

Valletta

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Id-difensur internazzjonali Steve Borg uffiċjalment maċ-Ċiprijotti Aris Limassol FC". TVM. 2015-07-07.
  2. ^ "Steve Borg jiskorja l-goal tar-rebħa ma' Arsis Limassol". TVM. 2015-11-07.
  3. ^ Azzopardi, Kevin (2016-06-06). "Defender Borg rejoins Valletta" (bl-Ingliż). Times of Malta.

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]