Ellis Park Stadium

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Stejdjum Ellis Park)
Ellis Park Stadium
Lokalità Johannesburg, Afrika t'Isfel
Inawgurazzjoni 1928
Rinovazzjoni 2009
Espansjoni 2009
Proprjetarju Golden Lions Rugby Union u Orlando Pirates
Operatur Ellis Park Stadium Pty (Ltd)
Wiċċ Ħaxix
Spiża tal-kostruzzjoni R 40 miljun
Kapaċità 62,567
Lokatorji
Orlando Pirates

Ellis Park Stadium, illum magħruf aktar bħala Coca-Cola Park minħabba l-isponsorizzazzjoni, huwa stadju li jinsab ġewwa Johannesburg, fl-Afrika t'Isfel. Mibni fl-1928, dawn huwa wieħed mill-ikbar stadji fl-Afrika t'Isfel. Dan l-impjant huwa l-aktar famuż minħabba li ġewwa fih ospita l-finali tar-rugby tal-1995, li rat lill-Afrika t'Isfel tegħleb lil New Zealand u ssir ċampjin mondjali.

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-bini ta' Ellis Park beda fl-1972 sabiex jospita l-logħbiet tat-tim tar-rugby ta' Golden Lions. Dan ġie msemmi wara JD Ellis, kunsillier ta' Johannesburg, li oriġinarjament kien proġett li jirreserva art ta' iktar minn ħames ettari. F'Ġunju 1928, il-grawnd kien lest għal partita ta' prova bejn l-Afrika t'Isfel u New Zealand. Bejn l-1947 u l-1957, l-iskop prinċipali tal-grawnd kien dak li jilqa' fih logħob tar-rugby u tal-krikit.

Fi tmiem is-snin sebgħin, l-impjant ġie modernizzat. L-istadju l-ġdid, inawgurat fl-1982, kellu jesa' 60,000 ruħ. Fl-1995, dan ospita numru ta' logħbiet mit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby u kif ukoll il-finali mirbuħa mis-Sud-Afrikani fuq it-tim tal-All Blacks.

Fl-1999 saret partita ta' ħbiberija tal-futbol bejn tim magħżul ta' Afrikani u selezzjoni mondjali sabiex isellmu t-tluq ta' Nelson Mandela minn President tal-Afrika t'Isfel. Fil-11 ta' April, 2001, waħda mill-ikbar traġedji sportivi ħadet post f'Ellis Park meta 40 ruħ spiċċaw mejta fil-konfront bejn Orlando Pirates u Kaizer Chiefs.

Fl-2009, Ellis Park żamm fih il-finali tat-Tazza tal-Konfederazzjonijiet bejn l-Istati Uniti u l-Brażil. Huwa ġie magħżul fost għaxar impjanti sabiex fihom jintlagħbu l-logħbiet mit-Tazza tad-Dinja tal-Futbol 2010.

Tazza tad-Dinja 2010[immodifika | immodifika s-sors]

Data Ħin (UTC+2) Tim 1 Riżultat Tim 2 Rawnd Attendenza
12 ta' Ġunju 2010 16.00  Arġentina 1–0  Niġerja Grupp B 55,686
15 ta' Ġunju 2010 20.30  Brażil 2–1  Korea ta' Fuq Grupp Ġ 54,331
18 ta' Ġunju 2010 16.00  Slovenja 2–2  Stati Uniti Grupp Ċ 45,573
21 ta' Ġunju 2010 20.30  Spanja 2–0  Ħonduras Grupp H 54,386
24 ta' Ġunju 2010 16.00  Slovakkja 3–2  Italja Grupp F 53,412
28 ta' Ġunju 2010 20.30  Brażil 3–0  Ċili L-Aħħar Sittax 54,096
3 ta' Lulju 2010 20.30  Paragwaj 0–1  Spanja Kwarti tal-Finali 55,359

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]

Koordinati: 26°11′51.07″S 28°3′38.76″E / 26.1975194°S 28.0607667°E / -26.1975194; 28.0607667