Stefan Sultana
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 18 ta' Lulju 1968 Ħamrun |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.80 m | ||
| Rwol | Attakkant | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 1983–1998 | Ħamrun Spartans | 227 | (129) |
| 1998–2002 | Hibernians | 69 | (25) |
| 2002–2009 | Ħamrun Spartans | 132 | (43) |
| 2010 | Xewkija Tigers | 2 | (0) |
| Total | 430 | (197) | |
| Tim nazzjonali | |||
| 1991–2000 | Malta | 33 | (4) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 16:15, 16 Ġunju 2010 (UTC) |
|||
Stefan Sultana (Ħamrun, 18 ta' Lulju 1968) huwa eks-plejer tal-futbol, fejn barra li qatta' l-aqwa perjodu tal-karriera tiegħu mal-klabb ta' Ħamrun Spartans, hu wkoll iżomm ir-rekord tal-aktar numru ta' gowls skurjati fil-Premier League Malti.
Werrej |
Karriera [editja]
Stefan tela' fi ħdan is-settur taż-żgħażagħ ta' Ħamrun Spartans, il-klabb tal-lokal tiegħu, u ddebutta mat-tim tal-kbar fit-28 ta' April 1985 f'telfa ta' 4–0 kontra Marsa. Minn dakinhar mar biex skorja 197 gowl fil-kampjonat Malti f'karriera illustri ta' 25 sena. Kien eżattament nhar il-5 ta' Frar 2003 li Sultana irnexxielu jegħleb ir-rekord, li kien f'idejn Tony Nicholl, bil-gowl numru 174 tal-karriera tiegħu fir-rebħa ta' 3–1 kontra Marsaxlokk.[1] Wara li għal sentejn kien mal-klabb ta' Raħal Ġdid, Hibernians, qabel ma reġa' rritorna mal-Ħamrun, Stefan lagħab l-aħħar logħba tiegħu personali u mal-klabb Ħamruniż fit-3 ta' Mejju 2009, fit-telfa ta' 2–0 kontra Qormi.[2]
Wara l-irtirar [editja]
Wara li rtira mil-logħba tal-futbol huwa baqa' nvolut f'dan il-kamp hekk kif ħa ħsieb it-tim ta' taħt is-17-il sena tal-Ħamrun.[3] Nhar id-9 ta' Ottubru 2009, saret partita ta' testimonjanza ġewwa l-Victor Tedesco Stadium f'ġieħ is-servizzi tal-istess Stefan Sultana. Il-partita kienet tinvolvi selezzjoni tat-tim nazzjonali Malti u selezzjoni oħra tat-tim Ħamruniż, li Stefan lagħab magħhom. It-tim tal-Ħamrun rebħu 3–0 bi Stefan Sultana jiskorja gowl minnhom.[4] It-tim tal-iSpartans ħabbru li n-numru 11 milbus minn Sultana matul il-karriera tiegħu kien se jiġi rtirat.[5]
Lura fl-azzjoni [editja]
B'sorpriża kbira, Stefan Sultana issospenda l-irtirar tiegħu biex ingħaqad mal-klabb Għawdxi ta' Xewkija Tigers. Hu ffirma fil-15 ta' Marzu 2010, b'kuntratt sa tmiem l-istaġun. L-ewwel logħba mal-klabb mill-Ewwel Diviżjoni Għawdxija kienet fil-konfront mirbuħ bl-iskor ta' 2–0 kontra Għajnsielem.[6]
Internazzjonali [editja]
Sultana, wara li kien deher xi logħbiet mat-tim Malti ta' taħt il-21 sena, iddebutta mat-tim nazzjonali A Malti nhar is-7 ta' Mejju 1991 fit-telfa ta' 4–1 kontra l-Iżlanda. Minn dakinhar irnexxielu jagħmel 33 dehra man-nazzjonal Malti fejn ħalla l-marka tiegħu għal erba' darbiet.
Statistika [editja]
| Klabb | Staġun | Preżenzi | Gowls |
|---|---|---|---|
| Ħamrun Spartans | 1983–84 | 6 | 0 |
| 1984–85 | 3 | 0 | |
| 1985–86 | 7 | 0 | |
| 1986–87 | 11 | 0 | |
| 1987–88 | 13 | 5 | |
| 1988–89 | 16 | 2 | |
| 1989–90 | 15 | 11 | |
| 1990–91 | 14 | 2 | |
| 1991–92 | 17 | 22 | |
| 1992–93 | 18 | 18 | |
| 1993–94 | 18 | 13 | |
| 1994–95 | 18 | 13 | |
| 1995–96 | 17 | 10 | |
| 1996–97 | 26 | 23 | |
| 1997–98 | 25 | 8 | |
| 1998–99 | 3 | 2 | |
| Total | 227 | 129 | |
| Hibernians | 1998–99 | 19 | 10 |
| 1999–00 | 22 | 6 | |
| 2000–01 | 27 | 9 | |
| 2001–02 | 1 | 0 | |
| Total | 69 | 25 | |
| Ħamrun Spartans | 2001–02 | 26 | 11 |
| 2002–03 | 24 | 11 | |
| 2003–04 | 24 | 6 | |
| 2004–05 | 0 | 0 | |
| 2005–06 | 17 | 5 | |
| 2007–08 | 21 | 8 | |
| 2008–09 | 20 | 2 | |
| Total | 132 | 43 | |
| Xewkija Tigers | 2009–10 | 2 | 0 |
| Total | 2 | 0 | |
| Total tal-karriera | 430 | 197 | |
Unuri [editja]
Klabb [editja]
- Premier League Malti: 1986–87, 1987–88, 1990–91
- U*Bet FA Trophy: 1983, 1984, 1987, 1988, 1989, 1992
Individwali [editja]
- L-aqwa skorer tal-kampjonat: 1991–92
Referenzi [editja]
- ^ Ħamrun Spartans 3-1 Marsaxlokk, sit uffiċjali ta' Ħamrun Spartans
- ^ Valhmor Camilleri. (Ingliż) Qormi retain status, Ħamrun doomed. TimesOfMalta, 04-05-2009
- ^ Domenic Aquilina. (Ingliż) Sultana prepares for final farewell. uefa.com, 08-10-2009
- ^ L-aħħar tislima lill-futbol għal Stefan Sultana. MaltaRightNow.com, 10-10-2009
- ^ (Ingliż) Sultana testimonial at Tedesco Stadium. TimesOfMalta.com, 10-10-2009
- ^ Joseph Grima. (Ingliż) 5-star performance by the Tigers!. xewkijatigersfc.com, 21-03-2010
Ħoloq esterni [editja]
- Profil fuq NationalFootballTeams.com