Stat kostrutt

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

L-istat kostrutt hu għamla partikolari ta' żewg nomi li flimkien jesprimu stat ta' rabta bejniethom. L-ewwel nom, li ġeneralment jiġi ddeterminat jew speċifikat b'artiklu, hawn jinkiteb mingħajr artiklu biswit nom ieħor. It tieni nom jiddetermina l-ewwel wieħed u jesprimi relazzjoni ġenitiva, jiġifieri relazzjoni jew pussess tat-tieni nom fuq l-ewwel wiehed. B'hekk, dan l'istat huwa wiehed mill possibilitajiet kif il-ġenitiv jista jiġi rrealizzat. L-istat Kostrutt iseħħ f'ilsna semitiċi bħall-Għarbi, l-Ebrew, u l-Eġizzjan antik.

il-ġenitiv f'għamla ta' stat kostrutt[editja]

Il-ġenitiv jesprimi rabta ta' possessjoni, jew relazzjoni dejqa bejn suġġett u oġġett. Fil-Malti din ir-relazzjoni tista tieħu tlett għamliet differenti:

  • Fi-Frażi b'partiċella (ta'), waħedha:
eż il-qattus ta' Pawlu

jew b'partiċella mhemuża ma' suffiss pronominali

eż il-qattus tiegħu
sufu, xagħarhom, qalbha,
  • Fl-għamla ta' l-istat kostrutt:
denb il-qattus, tarf il-ġnien

Fl-istat kostrutt ir-rabta hija bejn żewġ nomi, fejn l-ewwel nom, imsejjaħ in-nom reġġent, jiġi iddeterminat jew speċifikat aktar preċiżament mit-tieni nom (imsejjaħ komplement). In-nom reġġent huwa dejjem mingħar artiklu u it-tieni nom ma jenħtiegx il-partiċella ta'

Żewġ nomi wara xulxin ikunu fl-istat kostrutt biss meta it-tieni nom jiddetermina l-ewwel wiehed

Eż: dahar is-siġġu (stat kostrutt) vs. tazza nbid

Użu[editja]

Referenzi[editja]