Soċjaliżmu Demokratiku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex

Is-Soċjaliżmu Demokratiku huwa ideoloġija politika fiċ-ċentru-xellug tal-ispettru politiku. Il-politika soċjal-demokratika tinkludi l-welfare state, u l-ħolqien ta' demokrazija ekonomika li tassigura d-drittijiet tal-ħaddiema.

Id-Dikjarazzjoni ta' Frankfurt tal-Internazzjonali Soċjalista fl-1951, li għaliha attendew ħafna partiti soċjal-demokratiċi minn madwar id-dinja, opponiet il-Komuniżmu Bolxevista u l-Istaliniżmu.

F'dawn l-aħħar snin, ħafna partiti soċjal-demokratiċi (b'mod speċjali l-Labour Party Ingliż) adottaw politika iktar ċentrista.

L-Internazzjonali Soċjalista (SI) hija l-organizzazzjoni internazzjonali ewlenija tal-partiti soċjal-demokratiċi u tal-partiti soċjalisti moderati. Tafferma dawn il-prinċipji:

l-ewwel, libertà mhux biss individwali imma libertà mid-diskriminazzjoni u libertà mid-dipendenza fuq is-sidien tal-mezzi ta' produzzjoni jew min qed iżomm il-poter b'mod abbużiv;

it-tieni, ugwaljanza u ġustizzja soċjali, mhux biss quddiem il-liġi imma ukoll ugwaljanza ekonomika u soċjo-kulturali, u opportunitajiet indaqs għal kulħadd, inkluż dawk b'diżabilitajiet fiżiċi, mentali, jew soċjali;

u, t-tielet, is-solidarjetà ma' vittmi ta' inġustizzji u inugwaljanzi.

Ħoloq Esterni[editja]