Sminthopsini

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Aqbeż lejn: navigazzjoni, fittex
Sminthopsini
Ant lucp.jpg
Sminthopsis leucopus
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Marsupialia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Dasyuridae
Sottofamilja: Sminthopsinae
Ġeneri

Sminthopsini hija tribù ta' mammiferi marsupjali karnivori żgħar li morfoloġikament qieshom ġrieden (eżempji ta' speċi f' din it-tribù huma, d-Dunnart, il-Kultarr u n-Ningawi).

Din it-tribù qegħda klassifikata fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani u l-kolokolo ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae u fis-sottofamilja Sminthopsinae ma' tribù oħra biss, il-Planigalini.

Din hija it- 2 l-akbar tribù fost l- 4 li hemm fil-familja Dasyuridae u tiġbor f' hija 3 ġeneri (Antechinomys, Ningaui u Sminthopsis) u bosta speċi kemm estinti kif ukoll estanti.

Fin-numru ta' ġeneri u speċi, it-tribù Sminthopsini hija ħafn' akbar, mit-tribù l-oħra tas-sottofamilja Sminthopsinae u din tiġbor f' hija l-ġeneru Sminthopsis l-aktar wieħed ta' suċċess fin-numru ta' speċi fl-ordni Dasyuromorphia kollu.

L-ispeċi tat-tribù Sminthopsini, ġeneralment ikunu akbar fid-daqs minn dawk tat-tribù Planigalini (din ta' laħħar tiġbor f' hija l-iżgħar speċi ta' marsupjali eżistenti l-llum il-ġurnata).

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Dunnart, Kultarr, Ningawi, Dasjuromorfju jew Dasyuromorphia)

Lista ta' l-ispeċi tat-tribù Sminthopsini [editja]

Referenzi [editja]

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

Ħoloq Esterni [editja]