Sebastian Prödl
| Informazzjoni personali | |||
|---|---|---|---|
| Twelid | 21 ta' Ġunju 1987 Graz |
||
| Pajjiż | |||
| Tul | 1.94 m | ||
| Rwol | Difensur | ||
| Informazzjoni fuq il-klabb | |||
| Klabb kurrenti | Werder Bremen | ||
| Numru | 15 | ||
| Klabbs ġovanili | |||
| SV Kirchberg | |||
| SV Feldbach | |||
| 2002–2006 | Sturm Graz | ||
| Klabbs professjonali* | |||
| Snin | Klabb | Preż | Gwls |
| 2006–2008 | Sturm Graz | 43 | (4) |
| 2008– | Werder Bremen | 56 | (2) |
| Tim nazzjonali | |||
| 2007– | Awstrija | 29 | (3) |
| * Il-preżenzi u l-gowls fil-karriera professjonali huma validi biss għall-kampjonat domestiku. Aġġornament: 13:51, 11 Awwissu 2011 (UTC) |
|||
Sebastian Prödl (Graz, 21 ta' Ġunju 1987) huwa plejer tal-futbol Awstrijak li jilgħab bħala attakkant ma' Werder Bremen u mat-tim nazzjonali Awstrijak.
[editja] Karriera
Ta' dsatax-il sena iddebutta ma' Sturm Graz fil-Bundesliga Awstrijaka fil-konfront tad-9 ta' Diċembru 2006 kontra Mattersburg. Fid-9 ta' Mejju 2007 skorja l-ewwel gowl tiegħu fil-kampjonat kontra Altach.
Nhar l-1 ta' Lulju 2008 ġie uffiċjalizzat l-akkwist ta' Prödl min-naħa ta' Werder Bremen għas-somma ta' madwar 2.5 miljun ewro.
[editja] Internazzjonali
Wara li wassal lit-tim nazzjonali Awstrijak ta' taħt l-20 sena għar-raba' post fit-Tazza tad-Dinja 2007 tal-istess kategorija, hu ddebutta mat-tim tal-kbar f'Mejju tal-2007 kontra l-Iskozja. L-ewwel gowls tiegħu waslu fil-logħba ta' ħbiberija tas-26 ta' Marzu 2008 kontra l-Olanda, fejn skorja doppjetta. Mal-Awstrija ħa sehem fil-Kampjonati Ewropej 2008.
[editja] Ħoloq esterni
- Profil fuq werder.de
- Statistika fuq fussballdaten.de